- L-Artikolu 2(1) - Aġenziji Trażmettituri
- L-Artikolu 2(2) - Aġenziji li jirċievu
- L-Artikolu 2(4)(c) - Mezzi biex jiġu rċevuti d-dokumenti
- L-Artikolu 2(4)(d) - Il-lingwi li jistgħu jintużaw għat-tlestija tal-formola standard fl-Anness I
- L-Artikolu 3 - Korp ċentrali
- L-Artikolu 4 - Trasmissjoni tad-dokumenti
- L-Artikolu 8(3) u 9(2) - Termini preskrittivi stabbiliti mil-liġi nazzjonali għan-notifika tad-dokumenti
- L-Artikolu 10 - Ċertifikat tas-servizz u kopja tad-dokument innotifikat
- L-Artikolu 11 - Spejjeż tas-servizz
- L-Artikolu 13 - Servizz minn aġenti diplomatiċi jew konsulari
- L-Artikolu 15 - Servizz dirett
- L-Artikolu 19 - Meta l-konvenut ma jidhirx għall-proċeduri
- L-Artikolu 20 - Ftehimiet jew arranġamenti li tagħhom huma firmatarji l-Istati Membri u li huma konformi mal-kundizzjonijiet fl-Artikolu 20(2)
Sib informazzjoni għal kull reġjun
NB! Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1393/2007 inbidel bir-Regolament (UE) 2020/1784 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill mill-1 ta’ Lulju 2022.
In-notifiki li saru skont ir-Regolament il-ġdid jistgħu jinstabu hawnhekk!
L-Artikolu 2(1) - Aġenziji Trażmettituri

Ikklikkja fuq il-link hawn taħt biex tara l-awtoritajiet kollha kompetenti relatati ma' dan l-Artikolu.
Lista ta' awtoritajiet kompetenti
L-Artikolu 2(2) - Aġenziji li jirċievu
L-istituzzjoni kompetenti hija l-qorti distrettwali (sąd rejonowy) li n-notifika trid issir fid-distrett tagħha.
Ikklikkja fuq il-link hawn taħt biex tara l-awtoritajiet kollha kompetenti relatati ma' dan l-Artikolu.
Lista ta' awtoritajiet kompetenti
L-Artikolu 2(4)(c) - Mezzi biex jiġu rċevuti d-dokumenti
Id-dokumenti jistgħu jaslu biss bil-posta.
L-Artikolu 2(4)(d) - Il-lingwi li jistgħu jintużaw għat-tlestija tal-formola standard fl-Anness I
Il-formola tista' timtela bil-Pollakk, bl-Ingliż jew bil-Ġermaniż.
L-Artikolu 3 - Korp ċentrali
Il-Ministeru tal-Ġustizzja
Id-Dipartiment tal-Kooperazzjoni Internazzjonali u d-Dritt Ewropew
Al. Ujazdowskie 11, 00 - 950 Warsaw
Tel./faks: +48 22 6280949 01
Lingwi: il-Pollakk, l-Ingliż u l-Ġermaniż.
L-Artikolu 4 - Trasmissjoni tad-dokumenti
Il-lingwi li jistgħu jintużaw għall-mili tal-formola li tinsab fl-Anness I: il-Pollakk, l-Ingliż u l-Ġermaniż.
L-Artikolu 8(3) u 9(2) - Termini preskrittivi stabbiliti mil-liġi nazzjonali għan-notifika tad-dokumenti
Fil-liġi Pollakka ma hemm l-ebda rekwiżit għan-notifika ta’ dokumenti fi żmien perjodu partikolari.
L-Artikolu 10 - Ċertifikat tas-servizz u kopja tad-dokument innotifikat
Il-lingwi li jistgħu jintużaw għall-mili tal-formola li tinsab fl-Anness I: il-Pollakk, l-Ingliż u l-Ġermaniż.
L-Artikolu 11 - Spejjeż tas-servizz
Ma jintalab l-ebda ħlas b’rabta man-notifika ta’ dokumenti.
L-Artikolu 13 - Servizz minn aġenti diplomatiċi jew konsulari
Il-Polonja topponi n-notifika minn aġenti konsulari u diplomatiċi fit-territorju tagħha, sakemm id-dokumenti ma jkunux iridu jiġu nnotifikati lil ċittadini tal-Istat Membru minn fejn ikun joriġina d-dokument.
L-Artikolu 15 - Servizz dirett
Il-Polonja topponi l-metodu ta’ notifika msemmi f’dan l-Artikolu fit-territorju tagħha.
L-Artikolu 19 - Meta l-konvenut ma jidhirx għall-proċeduri
Talba għal-liberazzjoni tal-konvenut mill-effetti tal-iskadenza tal-perjodu għall-appell, ippreżentata wara sena minn dakinhar li tkun inqatgħet is-sentenza, tiġi kkunsidrata biss f’każijiet eċċezzjonali.
L-Artikolu 20 - Ftehimiet jew arranġamenti li tagħhom huma firmatarji l-Istati Membri u li huma konformi mal-kundizzjonijiet fl-Artikolu 20(2)
Mhux applikabbli
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.