Notifika ta' dokumenti

Portugall

Il-kontenut ipprovdut minn
Portugall

NB! Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1393/2007 inbidel bir-Regolament (UE) 2020/1784 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill mill-1 ta’ Lulju 2022.

In-notifiki li saru skont ir-Regolament il-ġdid jistgħu jinstabu hawnhekk!


L-Artikolu 2(1) - Aġenziji Trażmettituri

L-aġenziji tat-trażmissjoni deżinjati mill-Portugall huma:

- il-qrati distrettwali (Tribunais Judiciais de Comarca);

- ir-reġistraturi (Conservadores);

- in-nutara (Notários);

- l-aġenti tal-eżekuzzjoni (Agentes de execução); u

- ir-rappreżentanti legali (Mandatários Judiciais).

L-Artikolu 2(2) - Aġenziji li jirċievu

L-aġenziji riċeventi deżinjati mill-Portugall huma:

- it-taqsima ġenerali (Juízo de Competência Genérica) jew it-taqsima ċivili lokali (Juízo local cível), jekk tkun teżisti, tal-qorti distrettwali b’ġuriżdizzjoni; u

- l-aġenti tal-eżekuzzjoni (Agentes de execução) (OSAE - Ordem dos Solicitadores e dos Agentes de Execução):

Rua Artilharia Um, n.º 63

1250-083 Lisboa

Tel.: (351) 21 389 42 00

Fax: (351) 21 353 48 70

Posta elettronika: geral@osae.pt

http://www.osae.pt/pt/pag/OSAE/osae/1/1/1/1

L-Artikolu 2(4)(c) - Mezzi biex jiġu rċevuti d-dokumenti

L-atti jistgħu jintbagħtu permezz tal-posta.

L-Artikolu 2(4)(d) - Il-lingwi li jistgħu jintużaw għat-tlestija tal-formola standard fl-Anness I

Il-Portugall jaċċetta l-formoli li jimtlew bil-Portugiż, bl-Ingliż jew bl-Ispanjol.

L-Artikolu 3 - Korp ċentrali

Fil-Portugall, il-korp ċentrali huwa d-Direttorat Ġenerali għall-Amministrazzjoni tal-Ġustizzja (Direção-Geral da Administração da Justiça).

Direção-Geral da Administração da Justiça

Av. D. João II, 1.08.01 D/E

PT - 1990-097 LISBOA

Tel. +351 217906200 - +351 217906223

Faks +351 211545100/60

Email: correio@dgaj.mj.pt

Sit web: http://www.dgaj.mj.pt/

Lingwi mitkellma: Il-Portugiż, l-Ispanjol, il-Franċiż u l-Ingliż.

L-Artikolu 4 - Trasmissjoni tad-dokumenti

Il-Portugall jaċċetta l-formoli li jimtlew bil-Portugiż, bl-Ingliż jew bl-Ispanjol.

L-Artikolu 8(3) u 9(2) - Termini preskrittivi stabbiliti mil-liġi nazzjonali għan-notifika tad-dokumenti

Għall-finijiet tal-Artikoli 8(3) u 9(2) tar-Regolament, l-Artikolu 323 tal-Kodiċi Ċivili tal-Portugall jistipula li l-perjodu ta’ limitazzjoni jkun sospiż ħamest ijiem wara li tkun intalbet in-notifika f’każijiet li fihom ma jkunx possibbli li l-atti jiġu nnotifikati għal raġunijiet li ma jirrigwardawx lir-rikorrent.

L-Artikolu 10 - Ċertifikat tas-servizz u kopja tad-dokument innotifikat

Il-Portugall jaċċetta ċertifikati li jimtlew bil-Portugiż, bl-Ingliż u bl-Ispanjol.

L-Artikolu 11 - Spejjeż tas-servizz

Ġeneralment, in-notifika tal-atti ġudizzjarji minn Stat Membru ieħor ma twassalx għall-ħlas ta’ xi tariffi jew kostijiet jekk l-atti jintbagħtu lill-qrati.

Madankollu, jekk l-atti jiġu nnotifikati personalment minn uffiċjal tal-qorti jew aġent tal-eżekuzzjoni, japplikaw il-kostijiet segwenti:

1. Aġenti tal-eżekuzzjoni:

Jekk issir in-notifika: EUR 76

Jekk ma ssirx in-notifika (pereż. jekk il-persuna li kellha tingħatalha n-notifika ma kinitx residenti fl-indirizz mogħti jew jekk l-indirizz ma kienx jeżisti): EUR 50.50

2. Uffiċjali tal-qorti:

Jekk issir in-notifika: EUR 51

Jekk ma ssirx in-notifika (pereż. jekk il-persuna li kellha tingħatalha n-notifika ma kinitx residenti fl-indirizz mogħti jew jekk l-indirizz ma kienx jeżisti): ma jkun dovut l-ebda ħlas.

L-Artikolu 13 - Servizz minn aġenti diplomatiċi jew konsulari

Il-Portugall jopponi li Stat Membru ieħor jinnotifika atti ġudizzjarji jew extraġudizzjarji fit-territorju tiegħu permezz tal-kanali konsulari jew diplomatiċi sakemm il-persuna li tkun trid tiġi nnotifikata bl-att ma tkunx ċittadin ta’ dak l-Istat Membru.

L-Artikolu 15 - Servizz dirett

Il-liġi tal-Portugall ma tippermettix notifika diretta kif stipulat fl-Artikolu 15 tar-Regolament.

L-Artikolu 19 - Meta l-konvenut ma jidhirx għall-proċeduri

Minkejja d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 19(1), il-qrati tal-Portugall jistgħu jagħtu l-verdett tagħhom jekk ikunu ġew issodisfati l-kundizzjonijiet kollha stipulati fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu.

Għall-finijiet tal-Artikolu 19(4), fil-Portugall, ir-rikors għal-liberazzjoni mill-effetti tal-iskadenza tat-terminu preskrittiv għall-appell irid jiġi ppreżentat fi żmien sena mid-data tad-deċiżjoni kkontestata. Ma jiġux aċċettati rikorsi wara dik id-data.

L-Artikolu 20 - Ftehimiet jew arranġamenti li tagħhom huma firmatarji l-Istati Membri u li huma konformi mal-kundizzjonijiet fl-Artikolu 20(2)

Ftehimiet li l-Istati Membri huma firmatarji tagħhom:

- Ftehim bejn ir-Repubblika Portugiża u r-Renju ta’ Spanja dwar il-Kooperazzjoni Ġudizzjarja f’Materji Kriminali u Ċivili tad-19 ta’ Novembru 1997;

Ftehimiet oħra li l-Portugall huwa firmatarju tagħhom:

- il-Ftehim dwar il-Kooperazzjoni Legali u Ġudizzjarja mal-Angola tat-30 ta’ Awwissu 1995;

- il-Ftehim dwar il-Kooperazzjoni Legali u Ġudizzjarja mar-Repubblika ta’ Cape Verde tat-2 ta’ Frar 2003;

- il-Ftehim dwar il-Kooperazzjoni Legali u Ġudizzjarja mar-Reġjun Amministrattiv Speċjali tal-Macao tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina tal-1 ta’ Lulju 2001;

- il-Ftehim dwar il-Kooperazzjoni Ġudizzjarja mal-Guinea-Bissau tal-5 ta’ Lulju 1988;

- il-Ftehim dwar il-Kooperazzjoni Legali u Ġudizzjarja mal-Mozambique tat-12 ta’ April 1990;

- il-Ftehim Ġudizzjarju ma’ São Tomé u Príncipe tat-23 ta’ Marzu 1976.

L-aħħar aġġornament: 07/04/2024

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.