Notifika ta' dokumenti

Rumanija

Il-kontenut ipprovdut minn
Rumanija

SIB QRATI KOMPETENTI

L-għodda ta' tiftix hawn taħt se tgħinek tidentifika qorti/qrati jew awtorità(jiet) kompetenti għal strument legali Ewropew speċifiku. Jekk jogħġbok innota li għalkemm sar kull sforz biex tiġi aċċertata l-preċiżjoni tar-riżultati, jista' jkun hemm xi każijiet eċċezzjonali li jikkonċernaw id-determinazzjoni ta' kompetenza li mhumiex neċessarjament koperti.

Rumanija

Għoti ta' Dokumenti


*input mandatarju

L-Artikolu 2(1) - Aġenziji Trażmettituri

Fir-rigward ta’ dokumenti ġudizzjarji, l-awtoritajiet Rumeni li jittrażmettu tali dokumenti huma kollha qrati Rumeni bis-setgħa li jinnotifikaw atti ġudizzjarji direttament lill-awtoritajiet riċeventi fl-Istati Membri tal-UE: il-Qrati Distrettwali (judecătorii), il-Qrati tal-Kontea (tribunale), il-Qrati tal-Appell (curți de apel) u l-Qorti Għolja tal-Kassazzjoni u tal-Ġustizzja (Înalta Curte de Casație și Justiție).

Fir-rigward ta’ dokumenti ekstraġudizzjarji, in-nutara, l-uffiċjali ġudizzjarji u awtoritajiet oħra li l-isfera ta’ kompetenza tagħhom tinkludi n-notifika ta’ dokumenti barra l-pajjiż, jittrażmettu t-talbiet permezz tal-qrati distrettwali li jkollhom il-ġuriżdizzjoni fuq il-lok tal-uffiċċji rreġistrati tagħhom. (l-Artikolu 32(1)(a) u (b) tal-Liġi Nru 189/2003 dwar l-assistenza ġudizzjarja internazzjonali f’materji ċivili u kummerċjali).

L-Artikolu 2(2) - Aġenziji li jirċievu

L-aġenzija Rumena li tirċievi l-applikazzjonijiet għal notifika ta' atti ġudizzjarji u ekstraġudizzjarji mill-Istati Membri tal-UE hija l-qorti distrettwali li jkollha l-ġuriżdizzjoni fuq id-domiċilju jew l-uffiċċju rreġistrat tar-riċevitur (l-Artikolu 32(1)(c) tal-Liġi Nru 189/2003 dwar l-assistenza ġudizzjarja internazzjonali f'materji ċivili u kummerċjali).

L-Artikolu 2(4)(c) - Mezzi biex jiġu rċevuti d-dokumenti

Il-mezzi tekniċi biex jiġu rċevuti l-applikazzjonijiet u d-dokumenti mehmuża magħhom huma bil-posta jew b'faks.

L-Artikolu 2(4)(d) - Il-lingwi li jistgħu jintużaw għat-tlestija tal-formola standard fl-Anness I

Minbarra formoli mimlija bir-Rumen, ir-Rumanija tilqa' wkoll formoli ta' applikazzjoni standard mimlija bl-Ingliż jew bil-Franċiż.

L-Artikolu 3 - Korp ċentrali

L-awtorità Rumena ċentrali hija l-Ministeru tal-Ġustizzja.

Il-Ministeru għall-Ġustizzja - Ministerul Justiției

Id-Direttorat għad-Dritt Internazzjonali u l-Kooperazzjoni Ġudizzjarja - Direcția Drept Internațional și Cooperare Judiciară

Str. Apolodor nr. 17 Sector 5 Bucharest 050741

Tel: +40372041077; Faks: +40372041079

Is-Servizz għall-kooperazzjoni ġudizzjarja internazzjonali f’materji ċivili u kummerċjali - Serviciul cooperare judiciară internațională în materie civilă și comercială

Tel: +40372041083; Tel.: +40372041218; Faks: +40372041079, +40372041084

L-Artikolu 4 - Trasmissjoni tad-dokumenti

Minbarra formoli mimlija bir-Rumen, ir-Rumanija tilqa' wkoll formoli ta' applikazzjoni standard mimlija bl-Ingliż jew bil-Franċiż.

Il-mezzi tekniċi biex jiġu rċevuti l-applikazzjonijiet u d-dokumenti mehmuża magħhom huma bil-posta jew b'faks.

L-Artikolu 8(3) u 9(2) - Termini preskrittivi stabbiliti mil-liġi nazzjonali għan-notifika tad-dokumenti

L-Artikolu 183 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili jirregola l-atti ppreżentati f’uffiċċji postali, b’servizz ta’ kurrier speċjalizzat u f’unitajiet militari jew f’siti ta’ detenzjoni.

Id-dokument proċedurali ppreżentat fit-terminu stabbilit mil-liġi bil-posta rreġistrata fl-uffiċċju postali jew iddepożitat ma’ servizz ta’ kurrier express jew servizz speċjalizzat jitqies li ġie ppreżentat fit-terminu stabbilit.

Id-dokument ippreżentat mill-parti interessata fil-limitu ta’ żmien stabbilit mil-liġi fl-unità militari jew l-amministrazzjoni tas-sit ta’ detenzjoni fejn il-parti tkun miżmuma jitqies ukoll li ġie ppreżentat fit-terminu stabbilit.

L-irċevuta tal-uffiċċju postali, flimkien mar-rekord jew l-attestazzjoni magħmula fuq l-istrument ippreżentat mis-servizz ta’ kurrier express, mis-servizz ta’ komunikazzjoni speċjalizzat, mill-unità militari jew mill-amministrazzjoni tas-sit ta’ detenzjoni, skont il-każ, iservu bħala prova tad-data tas-sottomissjoni tad-dokument mill-parti interessata.

Skont l-Artikolu 192(2), flimkien mal-Artikolu 199(1) tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili, il-proċess jibda bir-reġistrazzjoni tat-talba quddiem il-qorti. Dikjarazzjoni ta’ talba ppreżentata personalment jew bi prokura, bil-posta, b’kurjer jew b’faks jew skennjata u mibgħuta bil-posta elettronika jew bħala dokument elettroniku, tkun irreġistrata u ttimbrata bid-data tal-wasla.

F’konformità mal-punti 18, 10 u 11 tal-Artikolu 2 u l-punt 6 tal-Artikolu 30 tal-Ordni ta’ Emerġenza Nru 13/2013 dwar is-servizzi postali, is-servizz tal-posta rreġistrata ifisser servizz postali li jipprovdi garanzija b’rata fissa kontra r-riskji ta’ telf, serq, qerda totali jew parzjali jew ħsara lill-posta rreġistrata u, b’talba, wara l-kunsinna tal-oġġett postali, tingħata prova tas-sottomissjoni tal-posta mibgħuta jew tal-kunsinna lill-indirizzat, mingħajr ebda konferma bil-miktub minn dan tal-aħħar.

Oġġetti ta’ korrispondenza tfisser komunikazzjoni bil-miktub fuq kwalunkwe tip ta’ mezz fiżiku mibgħut u kkunsinnat fl-indirizz indikat minn min jibagħtu fuq l-oġġett innifsu jew fuq it-tgeżwir tiegħu.

Id-data meta tintbagħat il-posta hija d-data li fiha l-kunsinna postali tkun inġabret mis-servizzi postali, skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 183 tal-Liġi Nru 134/2010 dwar il-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili, ippubblikata mill-ġdid, kif emendata u attwalment fis-seħħ.

Id-data meta tintbagħat il-posta għandha tkun id-data li fiha l-kunsinna postali tkun inġabret mis-servizzi postali permezz tal-punt ta’ aċċess postali, dment li l-posta tkun intbagħtet qabel il-ġbir finali għal dak il-punt ta’ aċċess partikolari. Meta l-kunsinna tintbagħat wara l-ġbir finali tal-posta, id-data meta tintbagħat il-posta għandha titqies bħala l-jum tax-xogħol li jmiss minn meta l-posta tinġabar minn dak il-punt ta’ aċċess partikolari.

L-Artikolu 10 - Ċertifikat tas-servizz u kopja tad-dokument innotifikat

Minbarra ċertifikati tan-notifika mimlija bir-Rumen, ir-Rumanija tilqa' wkoll ċertifikati tan-notifika trażmessi bl-Ingliż jew bil-Franċiż.

L-Artikolu 11 - Spejjeż tas-servizz

In-notifika ta' dokumenti proċedurali ssir bla ħlas, ex officio, mill-qorti, mill-aġenti proċedurali tal-qorti jew minn impjegat ieħor tagħha. Jekk dan ma jibqax possibbli, ikunu nnotifikati bil-posta rreġistrata b'kontenut iddikjarat u konferma tal-irċevuta, f'envelop issiġillat, li jkollu fih il-prova tal-irċevuta/rapport u avviż. Wara talba mill-parti interessata li ġġarrab ukoll l-ispejjeż relatati, atti proċedurali jistgħu wkoll jiġu nnotifikati mill-qorti, permezz ta' eżekuturi ġudizzjarji jew b'konsenja espressa (l-Artikolu 154(1), (4) u (5) tal-Kodiċi ta' Proċedura Ċivili). Il-ħlasijiet lill-eżekuturi ġudizzjarji huma ta' bejn RON 20 u RON 400. Ara l-Ordni Nru 2550 tal-14 ta’ Novembru 2006 tal-Ministeru tal-Ġustizzja li tapprova l-ħlasijiet minimi u massimi għas-servizzi pprovduti mill-eżekuturi ġudizzjarji.

L-Artikolu 13 - Servizz minn aġenti diplomatiċi jew konsulari

Ir-Rumanija tiddikjara li l-aġenti diplomatiċi u l-aġenti konsulari barranin jistgħu jinnotifikaw dokumenti ġudizzjarji u ekstraġudizzjarji fit-territorju Rumen biss liċ-ċittadini tal-pajjiż li jirrapreżentaw.

L-Artikolu 15 - Servizz dirett

Ir-Rumanija topponi n-notifikazzjoni diretta kif stipulat fl-Artikolu 15(1).

L-Artikolu 19 - Meta l-konvenut ma jidhirx għall-proċeduri

Bla preġudizzju għall-paragrafu 1 tal-Artikolu 19 tar-Regolament, il-qrati Rumeni jistgħu joħorġu deċiżjoni biss jekk ikunu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha stabbiliti fil-paragrafu 2.

Talba intiża għall-eżenzjoni mid-dekadenza, kif stabbilita fil-paragrafu 4 tal-Artikolu 19 tar-Regolament, tista' tiġi ppreżentata fi żmien sena meta tingħata d-deċiżjoni.

L-Artikolu 20 - Ftehimiet jew arranġamenti li tagħhom huma firmatarji l-Istati Membri u li huma konformi mal-kundizzjonijiet fl-Artikolu 20(2)

Mhux applikabbli.

L-aħħar aġġornament: 18/10/2021

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.