Fil-qasam tal-ġustizzja ċivili, il-proċeduri u l-proċedimenti pendenti mibdija fi tmiem il-perjodu ta’ tranżizzjoni se jkomplu skont il-liġi tal-UE. Il-Portal tal-e-Ġustizzja, abbażi tal-ftehim reċiproku mar-Renju Unit, se jżomm l-informazzjoni rilevanti marbuta mar-Renju Unit sa tmiem l-2024.

Notifika ta' dokumenti

Skozja

Il-kontenut ipprovdut minn
Skozja

SIB QRATI/AWTORITAJIET KOMPETENTI

L-għodda ta' tiftix hawn taħt se tgħinek tidentifika qorti/qrati jew awtorità(jiet) kompetenti għal strument legali Ewropew speċifiku. Jekk jogħġbok innota li għalkemm sar kull sforz biex tiġi aċċertata l-preċiżjoni tar-riżultati, jista' jkun hemm xi każijiet eċċezzjonali li jikkonċernaw id-determinazzjoni ta' kompetenza li mhumiex neċessarjament koperti.

Renju Unit

Skozja

Għoti ta' Dokumenti


*input mandatarju

L-Artikolu 2(1) - Aġenziji Trażmettituri

L-aġenziji li jirċievu huma l-uffiċjali ġudizzjarji (messengers-at-arms). Għal lista ta’ uffiċjali ġudizzjarji (messengers-at-arms) jekk jogħġbok ara s-sit web tas-Society for Messengers-at-Arms and Sheriff Officers (SMASO): SMASO

L-Artikolu 2(2) - Aġenziji li jirċievu

L-aġenziji li jirċievu huma l-uffiċjali ġudizzjarji (messengers-at-arms). Għal lista ta’ uffiċjali ġudizzjarji (messengers-at-arms) jekk jogħġbok ara s-sit web tas-Society for Messengers-at-Arms and Sheriff Officers (SMASO): SMASO

L-Artikolu 2(4)(c) - Mezzi biex jiġu rċevuti d-dokumenti

Id-dokumenti jintbagħtu bil-faks u bil-posta.

L-Artikolu 2(4)(d) - Il-lingwi li jistgħu jintużaw għat-tlestija tal-formola standard fl-Anness I

L-Ingliż.

L-Artikolu 3 - Korp ċentrali

Scottish Government (il-Gvern Skoċċiż)

Central Authority & International Law Team

St. Andrew’s House (GW15)

Edinburgh

EH1 3DG

Tel.: +44 131 244 4829

Faks: +44 131 244 4848

Indirizz elettroniku: Finbarr.Lee@gov.scot

L-Artikolu 4 - Trasmissjoni tad-dokumenti

Il-formoli għandhom jintbagħtu bl-Ingliż.

L-Artikolu 8(3) u 9(2) - Termini preskrittivi stabbiliti mil-liġi nazzjonali għan-notifika tad-dokumenti

Ir-Renju Unit għandu l-intenzjoni li jidderoga minn dawn id-dispożizzjonijiet fuq il-bażi li l-kumplessitajiet tad-dritt tiegħu dwar it-termini u l-perjodi ta’ preskrizzjoni jiġu sempliċement aggravati minn dan l-Artikolu. Huwa importanti li d-data tan-notifika tkun tista’ tiġi identifikata b’ċertezza peress li din tiddetermina ż-żmien minn meta parti tkun tista’ titlob li tingħata sentenza fil-kontumaċja. Ir-Renju Unit ma jqisx li t-tifsira preċiża ta’ din id-dispożizzjoni, u t-tħaddim tagħha fil-prattika, huma ċari biżżejjed; għaldaqstant jistgħu jżidu l-possibbiltà ta’ konfużjoni. Għaldaqstant huwa jemmen li din il-kwistjoni għandha titħalla għad-dritt nazzjonali, tal-inqas sakemm ikollu l-opportunità jevalwa kif taħdem fil-prattika fi Stati Membri oħrajn wara l-implimentazzjoni tar-Regolament.

L-Artikolu 10 - Ċertifikat tas-servizz u kopja tad-dokument innotifikat

Minbarra l-Ingliż, ir-Renju Unit jaċċetta ċertifikati mimlija bil-Franċiż.

L-Artikolu 11 - Spejjeż tas-servizz

L-ispejjeż għan-notifika mill-Uffiċjali Ġudizzjarji (Messengers-at-Arms): (i) £142,51 għal notifika personali; u (ii) £45,40 għal notifika bil-posta. Bħala kjarifika, dawn l-ispejjeż għan-notifika bil-posta ma japplikawx għas-servizz tal-posta taħt l-Artikolu 14. Il-VAT tiġi miżjuda ma’ dawn l-ispejjeż.

L-Artikolu 13 - Servizz minn aġenti diplomatiċi jew konsulari

L-Iskozja ma toġġezzjonax għall-eżerċitar fit-territorju tagħha tad-dritt mogħti mill-Artikolu 13(1).

L-Artikolu 15 - Servizz dirett

L-Iskozja ma toġġezzjonax għall-possibbiltà ta’ notifika diretta prevista mill-Artikolu 15(1).

L-Artikolu 19 - Meta l-konvenut ma jidhirx għall-proċeduri

Skont id-dispożizzjoni eżistenti tal-Konvenzjoni tal-Aja, il-qrati fl-Iskozja, minkejja l-paragrafu 1, jistgħu jagħtu deċiżjoni jekk il-kundizzjonijiet kollha tal-paragrafu 2 ikunu ġew issodisfati.

Il-perjodu ta’ żmien li fih jista’ jiġi akkolt rikors għal eżenzjoni previst mill-paragrafu 4, wara li tkun ingħatat id-deċiżjoni:

Mhux aktar tard minn sena mid-data tad-digriet - dan ikun konformi mal-Konvenzjoni tal-Aja u huwa l-perjodu inkorporat fir-regoli tal-qrati fl-Iskozja.

L-aħħar aġġornament: 02/12/2021

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.