Sib informazzjoni għal kull reġjun
NB! Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1393/2007 inbidel bir-Regolament (UE) 2020/1784 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill mill-1 ta’ Lulju 2022.
In-notifiki li saru skont ir-Regolament il-ġdid jistgħu jinstabu hawnhekk!
Informazzjoni ġenerali
Regolament (KE Nru 1393/2007) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Novembru 2007 dwar is-servizz fl-Istati Membri ta’ dokumenti ġudizzjarji u extra-ġudizzjarji fi kwistjonijiet ċivili jew kummerċjali (servizz ta’ dokumenti) u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1348/2000 għandu l-għan li jtejjeb u jħaffef il-mod kif jintbagħtu l-atti ġudizzjarji u extra-ġudizzjarji fi kwistjonijiet ċivili jew kummerċjali għan-notifika bejn l-Istati Membri.
Ir-Regolament japplika bejn l-Istati Membri kollha ta' l-Unjoni Ewropea, inkluża d-Danimarka li kkonfermat l-intenzjoni li timplimenta l-kontenut tar-Regolament permezz ta' dikjarazzjoni bbażata fuq ftehim parallel konkluż mal-Komunità Ewropea.
Ir-Regolament jipprevedi modi differenti biex jintbagħtu d-dokumenti: jistgħu jintbagħtu permezz ta' aġenziji li jibagħtu u li jirċievu, jistgħu jintbagħtu b'mezzi konsulari jew diplomatiċi, u tista' ssir notifika bil-posta u notifika diretta.
L-Aġenziji li Jibagħtu għandhom il-kompetenza li jibagħtu atti ġudizzjarji jew extra-ġudizzjarji sabiex jiġu notifikati fi Stat Membru ieħor. L-Aġenziji li jirċievu għandhom il-kompetenza li jirċievu atti ġudizzjarji jew extra-ġudizzjarji minn Stat Membru ieħor. L-entità Ċentrali hija responsabbli biex jipprovdi tagħrif lill-aġenziji li jibagħtu u biex isib soluzzjonijiet għal kull diffikultà li tista' tinqala' waqt li jkunu qed jintbagħtu dokumenti għan-notifika.
Ir-Regolament jipprovdi seba' formoli.
Il-Portal Ewropew tal-e-Ġustizzja jipprovdik b'informazzjoni dwar l-applikazzjoni tar-Regolament u b'għodda faċli li tintuża biex timla l-formoli.
Jekk jogħġbok agħżel il-bandiera tal-pajjiż rilevanti biex tikseb informazzjoni nazzjonali dettaljata.
Links relatati
Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-renju tad-Danimarka dwar in-notifika ta’ dokumenti ġudizzjarji u extra-ġudizzjarji fi kwistjonijiet ċivili jew kummerċjali
Is-sit web ARKIVJAT tal-ATLAS Ġudizzjarju Ewropew (magħluq fit-30 ta' Settembru 2017)
Din il-paġna hi amministrata mill-Kummissjoni Ewropea. L-informazzjoni f’din il-paġna ma tirriflettix neċessarjament il-pożizzjoni uffiċjali tal-Kummissjoni Ewropea. Il-Kummissjoni ma taċċetta l-ebda responsabbiltà fir-rigward ta’ kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali fir-rigward tar-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-paġni Ewropej.