- L-Artikolu 2 – Qrati li ssirilhom Talba
- L-Artikolu 3 – Korp Ċentrali
- L-Artikolu 5 – Il-lingwi aċċettati għat-tlestija tal-formoli
- L-Artikolu 6 – Mezzi aċċettati għat-trażmissjoni tat-talbiet u komunikazzjonijiet oħra
- L-Artikolu 17 – Il-korp ċentrali jew l-awtorità(jiet) kompetenti responsabbli mid-deċiżjonijiet dwar talbiet għall-kumpilazzjoni diretti tax-xhieda
- L-Artikolu 21 – Ftehimiet jew arranġamenti li tagħhom huma firmatarji l-Istati Membri u li huma konformi mal-kundizzjonijiet tal-Artikolu 21(2)
Sib informazzjoni għal kull reġjun
NB! Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1206/2001 inbidel bir-Regolament (UE) 2020/1783 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill mill-1 ta’ Lulju 2022.
In-notifiki li saru skont ir-Regolament il-ġdid jistgħu jinstabu hawnhekk!
L-Artikolu 2 – Qrati li ssirilhom Talba
Il-qorti mitluba li hija kompetenti għall-kumpilazzjoni tax-xhieda fil-Kroazja hija:
- il-qorti muniċipali (općinski sud) li fit-territorju tagħha jridu jittieħdu azzjonijiet proċedurali. Dan jista’ jfisser qorti muniċipali waħda jew aktar b’awtorizzazzjoni mill-President tal-Qorti Suprema tar-Repubblika tal-Kroazja (predsjednik Vrhovnog suda Republike Hrvatske) biex tikkumpila x-xhieda. Il-qorti jew il-qrati jaqgħu taħt il-ġurisdizzjoni tat-territorju ta’ qorti tal-kontea jew ta’ aktar minn qorti tal-kontea waħda (županijski sudovi).
Il-lista tal-aġenziji riċeventi (prijamna mjesta) fir-Repubblika tal-Kroazja, li fiha l-ismijiet, l-indirizzi u ż-żoni ġeografiċi tal-entitajiet ġudizzjarji kompetenti, tinsab fil-bażi tad-dejta tal-qorti li hija aċċessibbli mill-Portal Ewropew tal-Ġustizzja.
L-Artikolu 3 – Korp Ċentrali
L-entità ċentrali inkarigata minn (a) l-għoti ta’ informazzjoni lill-qorti; (b) it-tiftix ta’ soluzzjonijiet għal xi problemi li jistgħu jfeġġu fir-rigward ta’ xi talba; (c) it-trasmissjoni, f’każijiet ta’ eċċezzjoni, fuq talba ta’ qorti rikjedenti, ta’ talba lill-qorti kompetenti, hija:
il-Ministeru tal-Ġustizzja tar-Repubblika tal-Kroazja (Ministarstvo pravosuđa Republike Hrvatske)
Ulica grada Vukovara 49
Tel.: +385 1 371 40 00
Faks: +385 1 371 45 07
Sit web: https://mpu.gov.hr/
L-Artikolu 5 – Il-lingwi aċċettati għat-tlestija tal-formoli
Ir-Repubblika tal-Kroazja taċċetta formoli bil-Kroat.
L-Artikolu 6 – Mezzi aċċettati għat-trażmissjoni tat-talbiet u komunikazzjonijiet oħra
Talbiet u komunikazzjonijiet oħra jistgħu jintbagħtu permezz tal-posta (u f’każijiet ta’ eċċezzjoni bil-faks jew bil-posta elettronika).
L-Artikolu 17 – Il-korp ċentrali jew l-awtorità(jiet) kompetenti responsabbli mid-deċiżjonijiet dwar talbiet għall-kumpilazzjoni diretti tax-xhieda
Il-Ministeru tal-Ġustizzja tar-Repubblika tal-Kroazja
Ulica grada Vukovara 49
10000 Zagreb
Tel.: +385 1 371 40 00
Faks: +385 1 371 45 07
Sit web: https://mpu.gov.hr/
L-Artikolu 21 – Ftehimiet jew arranġamenti li tagħhom huma firmatarji l-Istati Membri u li huma konformi mal-kundizzjonijiet tal-Artikolu 21(2)
Ir-relazzjoni ma’ ftehimiet jew arranġamenti eżistenti jew fil-futur bejn l-Istati Membri – ftehimiet jew arranġamenti bejn ir-Repubblika tal-Kroazja u Stati Membri oħra:
- Ftehim bejn ir-Repubblika tal-Kroazja u r-Repubblika tas-Slovenja tas-7 ta’ Frar 1994 dwar l-assistenza legali f’materji ċivili u kriminali.
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.