- L-Artikolu 2 – Qrati li ssirilhom Talba
- L-Artikolu 3 – Korp Ċentrali
- L-Artikolu 5 – Il-lingwi aċċettati għat-tlestija tal-formoli
- L-Artikolu 6 – Mezzi aċċettati għat-trażmissjoni tat-talbiet u komunikazzjonijiet oħra
- L-Artikolu 17 – Il-korp ċentrali jew l-awtorità(jiet) kompetenti responsabbli mid-deċiżjonijiet dwar talbiet għall-kumpilazzjoni diretti tax-xhieda
- L-Artikolu 21 – Ftehimiet jew arranġamenti li tagħhom huma firmatarji l-Istati Membri u li huma konformi mal-kundizzjonijiet tal-Artikolu 21(2)
Sib informazzjoni għal kull reġjun
NB! Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1206/2001 inbidel bir-Regolament (UE) 2020/1783 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill mill-1 ta’ Lulju 2022.
In-notifiki li saru skont ir-Regolament il-ġdid jistgħu jinstabu hawnhekk!
L-Artikolu 2 – Qrati li ssirilhom Talba
Fi Franza, l-eżekuzzjoni tat-talbiet għall-kumpilazzjoni ta’ xhieda f’materji ċivili u kummerċjali hija r-responsabbiltà unika tal-qrati ġudizzjarji.
Il-qorti ġudizzjarja b’kompetenza territorjali hija l-qorti fejn it-talba għall-kumpilazzjoni tax-xhieda trid issir fil-ġuriżdizzjoni tagħha.
Il-qorti kompetenti u d-dettalji ta’ kuntatt tagħha jistgħu jinkisbu mill-Atlas Ġudizzjarju Ewropew li jinsab fuq is-sit web tal-ġustizzja elettronika.
L-Artikolu 3 – Korp Ċentrali
Franza għażlet korp wieħed b’responsabbiltà nazzjonali, jiġifieri d-Dipartiment tal-assistenza reċiproka, id-dritt internazzjonali privat u d-dritt tal-UE (Département de l’entraide, du droit international privé et européen – DEDIPE) tal-Ministeru tal-Ġustizzja li d-dettalji ta’ kuntatt tiegħu huma kif ġej:
Indirizz:
Ministère de la Justice
Direction des Affaires Civiles et du Sceau
Département de l’entraide, du droit international privé et européen (DEDIPE)
13 Place Vendôme
75042, PARIS Cedex 01
Tel.: 00 33 (0)1 44 77 61 05
Faks: 00 33 (0)1 44 77 61 22
Posta elettronika: Entraide-civile-internationale@justice.gouv.fr
L-Artikolu 5 – Il-lingwi aċċettati għat-tlestija tal-formoli
Il-formoli mibgħuta lill-qrati ġudizzjarji u lill-korp ċentrali Franċiż iridu jiġu abbozzati jew tradotti għall-Franċiż.
L-Artikolu 6 – Mezzi aċċettati għat-trażmissjoni tat-talbiet u komunikazzjonijiet oħra
It-talbiet jistgħu jintbagħtu bil-posta, bil-faks jew bil-posta elettronika lill-qrati Franċiżi u lill-korp ċentrali Franċiż.
L-Artikolu 17 – Il-korp ċentrali jew l-awtorità(jiet) kompetenti responsabbli mid-deċiżjonijiet dwar talbiet għall-kumpilazzjoni diretti tax-xhieda
Ministère de la Justice
Direction des Affaires Civiles et du Sceau
Département de l’entraide, du droit international privé et européen (DEDIPE)
13 Place Vendôme
75042, PARIS Cedex 01
Tel.: 00 33 (0)1 44 77 61 05
Faks: 00 33 (0)1 44 77 61 22
Posta elettronika: Entraide-civile-internationale@justice.gouv.fr
L-Artikolu 21 – Ftehimiet jew arranġamenti li tagħhom huma firmatarji l-Istati Membri u li huma konformi mal-kundizzjonijiet tal-Artikolu 21(2)
L-ebda
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.