Smigħ ta' xhieda

Ungerija

Il-kontenut ipprovdut minn
Ungerija

NB! Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1206/2001 inbidel bir-Regolament (UE) 2020/1783 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill mill-1 ta’ Lulju 2022.

In-notifiki li saru skont ir-Regolament il-ġdid jistgħu jinstabu hawnhekk!


L-Artikolu 2 – Qrati li ssirilhom Talba

L-aċċettazzjoni ta' talbiet għall-għajnuna legali fil-każ tat-teħid tal-evidenza taqa' taħt il-ġurisdizzjoni u l-kompetenza tal-qorti distrettwali (f'Budapest, il-Qorti Ċentrali Distrettwali ta' Buda (Budai Központi Kerületi Bíróság)) li fiż-żona tagħha

(a) il-persuna li għandha tinstema' tkun domiċiljata jew nomalment residenti fl-Ungerija,

(b) ikun jaqa' s-suġġett tal-ispezzjoni, jew

(c) ikun l-aktar prattiku li tkun tista' tittieħed l-evidenza, b'mod partikolari fejn diversi persuni li jkunu se jinstemgħu jkunu domiċiljati jew normalment residenti u/jew fejn diversi suġġetti tal-ispezzjoni jkunu jaqgħu taħt il-ġurisdizzjoni ta' diversi qrati.

L-Artikolu 3 – Korp Ċentrali

Fl-Ungerija, il-kompiti tal-korp ċentrali jitwettqu mill-ministru inkarigat mis-sistema ġudizzjarja.

Il-Ministeru tal-Ġustizzja (Igazságügyi Minisztérium)

Id-Dipartiment tal-Liġi Internazzjonali Privata (Nemzetközi Magánjogi Főosztály)

Indirizz: Nádor utca 22., 1051 Budapest

Indirizz postali: Pf. 2., 1357 Budapest

Tel.: +36 1 795 3188, +36 1 795 5397

Faks: +36 1 550 3946

Posta elettronika: nmfo@im.gov.hu

Lingwi: L-Ungeriż, il-Ġermaniż, l-Ingliż u l-Franċiż.

L-Artikolu 5 – Il-lingwi aċċettati għat-tlestija tal-formoli

Il-qrati Ungeriżi jaċċettaw talbiet bl-Ungeriż, l-Ingliż jew il-Ġermaniż.

L-Artikolu 6 – Mezzi aċċettati għat-trażmissjoni tat-talbiet u komunikazzjonijiet oħra

Il-qrati Ungeriżi jaċċettaw talbiet bil-posta, bil-faks jew bil-posta elettronika.

L-Artikolu 17 – Il-korp ċentrali jew l-awtorità(jiet) kompetenti responsabbli mid-deċiżjonijiet dwar talbiet għall-kumpilazzjoni diretti tax-xhieda

Fl-Ungerija, il-kompiti tal-korp ċentrali jitwettqu mill-ministru inkarigat mis-sistema ġudizzjarja.

Il-Ministeru tal-Ġustizzja (Igazságügyi Minisztérium)

Id-Dipartiment tal-Liġi Internazzjonali Privata (Nemzetközi Magánjogi Főosztály)

Indirizz: Nádor utca 22., 1051 Budapest

Indirizz postali: Pf. 2., 1357 Budapest

Tel.: +36 1 795 3188, +36 1 795 5397

Faks: +36 1 550 3946

Posta elettronika: nmfo@im.gov.hu.

L-aħħar aġġornament: 02/01/2024

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.