Fil-qasam tal-ġustizzja ċivili, il-proċeduri u l-proċedimenti pendenti mibdija fi tmiem il-perjodu ta’ tranżizzjoni se jkomplu skont il-liġi tal-UE. Il-Portal tal-Ġustizzja elettronika, abbażi tal-ftehim reċiproku mar-Renju Unit, se jżomm l-informazzjoni rilevanti marbuta mar-Renju Unit sa tmiem l-2022.

Smigħ ta' xhieda

Skozja

Il-kontenut ipprovdut minn
Skozja

L-Artikolu 2 – Qrati li ssirilhom Talba

Ikklikkja fuq il-link hawn taħt biex tara l-awtoritajiet kollha kompetenti relatati ma' dan l-Artikolu.
Lista ta' awtoritajiet kompetenti

L-Artikolu 3 – Korp Ċentrali

Scottish Government (il-Gvern Skoċċiż)

Central Authority & International Law Team

St. Andrew’s House (GW15)

Edinburgh EH1 3DG

Tel.:  +44 131 244 0460

Faks: +44 131 244 4848

Indirizz elettroniku: Angela.Lindsay@gov.scot

L-Artikolu 5 – Il-lingwi aċċettati għat-tlestija tal-formoli

L-Ingliż.

L-Artikolu 6 – Mezzi aċċettati għat-trażmissjoni tat-talbiet u komunikazzjonijiet oħra

It-talbiet jistgħu jiġu aċċettati bil-posta, bil-faks jew bil-posta elettronika.

L-Artikolu 17 – Il-korp ċentrali jew l-awtorità(jiet) kompetenti responsabbli mid-deċiżjonijiet dwar talbiet għall-kumpilazzjoni diretti tax-xhieda

Scottish Government (il-Gvern Skoċċiż)

Central Authority & International Law Team

St. Andrew's House

Regent Road

Edinburgh EH1 3DG

Tel.: +44 131 244 0460

Faks: +44 131 244 4848

Indirizz elettroniku: Angela.Lindsay@gov.scot

L-Artikolu 21 – Ftehimiet jew arranġamenti li tagħhom huma firmatarji l-Istati Membri u li huma konformi mal-kundizzjonijiet tal-Artikolu 21(2)

Ir-Renju Unit m’għandux intenzjoni li jżomm xi ftehimiet bilaterali ma’ Stati Membri oħrajn għall-ġbir ta’ evidenza bejn ir-Renju Unit u Stati Membri oħrajn. Madankollu, ir-Renju Unit informa lill-Istati Membri li magħhom għandu ftehimiet bilaterali li jrid li dawn il-ftehimiet ikomplu japplikaw għall-każijiet bejn dawk l-Istati Membri u t-Territorji extra-Ewropej tar-Renju Unit li mhumiex parti mill-Unjoni Ewropea.

Il-pajjiżi li magħhom ir-Renju Unit għandu ftehimiet bilaterali u d-data ta’ dawk il-ftehimiet huma kif ġej:

l-Awstrija 31/03/31   il-Greċja 07/02/36

il-Belġju 21/06/22   l-Italja 17/12/30

id-Danimarka 29/11/32  in-Netherlands 31/05/32

il-Finlandja 11/08/33     il-Portugall 09/07/31

Franza 02/02/22     Spanja 27/06/29

il-Ġermanja 20/03/28  l-Iżvezja 28/08/30

It-Territorji extra-Ewropej tar-Renju Unit li mhumiex fl-Unjoni Ewropea li għalihom se jkomplu japplikaw dawn il-ftehimiet bilaterali, huma:

iċ-Channel Islands

Isle of Man

Anguilla

Bermuda

il-Gżejjer Verġni Brittaniċi

il-Gżejjer Cayman

il-Gżejjer Falkland u d-Dipendenzi tagħhom

Montserrat

iż-Żoni ta’ Bażi Sovrana ta’ Akrotiri u Dhekelia (Ċipru)

Saint Helena u d-Dipendenzi tagħha

il-Gżejjer Turks u Caicos

L-aħħar aġġornament: 16/08/2021

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.