1. Proċeduri għall-korrezzjoni u l-irtirar (Art. 10(2))
Jekk jogħġbok innota li dawn il-lingwi li ġejjin: diġà ġew tradotti.
- Fil-każ ta’ sentenzi tal-qorti u soluzzjonijiet bil-qorti, u l-arranġamenti relatati mal-obbligi ta’ manteniment imsemmija fl-Artikolu 4(3)(b): rikors għall-irtirar jew għar-rettifika taċ-ċertifikazzjoni billi Ordni Ewropew ta’ Infurzar irid ikun ippreżentat lill-qorti jew lill-awtorità amministrattiva li tkun provdiet iċ-ċertifikat (l-Artikolu 419(1) u (2) tal-Kodiċi ta’ Eżekuzzjoni tal-Awstrija (Exekutionsordnung).
- Fil-każ ta’ strumenti awtentiċi eżekutorji (Notariatsakte): rikors għal rettifika jrid isir lin-nutar li jkun fassal l-istrument awtentiku jew, jekk dan ma jkunx possibbli, lill-uffiċjal responsabbli skont l-Artikoli 119, 146 u 149 tal-Kodiċi tan-Nutara tal-Awstrija (Notariatsordnung). Is-setgħa ta’ rtirar taċ-ċertifikazzjoni mogħtija min-nutar hija tal-qorti li jkollha ġurisdizzjoni skont il-liġi proċedurali li tiddeċiedi dwar ir-rikorsi ta’ kontestazzjoni tal-eżegwibilità ta’ strument awtentiku (l-Artikolu 419(3) tal-Kodiċi ta’ Eżekuzzjoni).
2. Proċeduri għar-reviżjoni (Art.19 (1))
- Fil-każijiet li fihom l-att ġie nnotifikat kif suppost: rikors għal liberazzjoni (Antrag auf Wiedereinsetzung in den vorigen Stand) mill-effetti ta’ skadenza mhux irrispettata għall-ikkontestar tat-talba jew ta’ nuqqas ta’ attendenza għal smigħ.
- Fil-każijiet li fihom l-att ma ġiex innotifikat kif suppost: fil-każ ta’ deċiżjonijiet soġġetti għal proċedura bi stadju wieħed, bħal ordni ta’ ħlas (Zahlungsbefehl) jew ordni ta’ ħlas ta’ kambjala (Wechselzahlungsauftrag), rikors għal tiġdid tan-notifika (Antrag auf neuerliche Zustellung); fil-każ ta’ sentenza mogħtija f’kontumaċja, appell komplut (Berufung); u fil-każ ta’ deċiżjonijiet oħra bbażati fuq sentenza mogħtija f’kontumaċja, appell dwar punt tal-liġi (Rekurs).
3. Lingwi aċċettati (Art. 20(2)(c))
Jekk jogħġbok innota li dawn il-lingwi li ġejjin: diġà ġew tradotti.
Il-Ġermaniż.
4. Awtoritajiet nominati biex jiċċertifikaw id-dokumenti awtentiċi (Art. 25)
Jekk jogħġbok innota li dawn il-lingwi li ġejjin: diġà ġew tradotti.
- Fil-każ ta’ arranġamenti ta’ manteniment tat-tip imsemmija fl-Artikolu 4(3)(b): l-awtorità amministrattiva li magħha ġie konkluż l-arranġament.
- Fil-każ ta’ strumenti awtentiċi eżekutorji: in-nutar li jkun fassal l-istrument awtentiku jew, jekk dan ma jkunx possibbli, l-uffiċjal responsabbli skont l-Artikoli 119, 146 u 149 tal-Kodiċi tan-Nutara tal-Awstrija. Lista kompluta ta’ nutara tinsab fis-sit tal-Kamra tan-Nutara tal-Awstrija (Österreichische Notariatskammer) fl-indirizz segwenti: http://www.notar.at/
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.