Sib informazzjoni għal kull reġjun
SIB QRATI/AWTORITAJIET KOMPETENTI
L-għodda ta' tiftix hawn taħt se tgħinek tidentifika qorti/qrati jew awtorità(jiet) kompetenti għal strument legali Ewropew speċifiku. Jekk jogħġbok innota li għalkemm sar kull sforz biex tiġi aċċertata l-preċiżjoni tar-riżultati, jista' jkun hemm xi każijiet eċċezzjonali li jikkonċernaw id-determinazzjoni ta' kompetenza li mhumiex neċessarjament koperti.
1. Proċeduri għall-korrezzjoni u l-irtirar (Art. 10(2))
Fl-Estonja tista' tiġi ppreżentata talba għal rettifika jew irtirar ta' ordni ta' eżekuzzjoni Ewropea speċifikata fl-Artikolu 10(2) tar-Regolament fil-mod stabbilit fl-Artikolu 447 u fit-Taqsima 6191(3) u (4) tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili.
2. Proċeduri għar-reviżjoni (Art.19 (1))
Fis-sitwazzjonijiet speċifikati fl-Artikolu 19(1), fl-Estonja tista' tiġi ppreżentata talba skont l-Artikolu 415 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili.
3. Lingwi aċċettati (Art. 20(2)(c))
Għall-finijiet tal-Artikolu 20(2)(c) tar-Regolament, l-Estonja tilqa' ċertifikati bl-Ingliż jew bl-Estonjan jew li jkunu ġew tradotti għal dawk il-lingwi.
4. Awtoritajiet nominati biex jiċċertifikaw id-dokumenti awtentiċi (Art. 25)
L-awtorità msemmija fl-Artikolu 25 hija l-Qorti tal-Kontea ta' Harjumaa.
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.