Fil-qasam tal-ġustizzja ċivili, il-proċeduri u l-proċedimenti pendenti mibdija fi tmiem il-perjodu ta’ tranżizzjoni se jkomplu skont il-liġi tal-UE. Il-Portal tal-e-Ġustizzja, abbażi tal-ftehim reċiproku mar-Renju Unit, se jżomm l-informazzjoni rilevanti marbuta mar-Renju Unit sa tmiem l-2024.

Titolu eżekuttiv ewropew

Ġibiltà

Il-kontenut ipprovdut minn
Ġibiltà

1. Proċeduri għall-korrezzjoni u l-irtirar (Art. 10(2))

Permezz tar-Regola 6 tar-Regoli tal-Qorti Suprema ta’ Ġibiltà, ir-Regoli ta’ Proċedura Ċivili għall-Ingilterra u Wales japplikaw għal Ġibiltà.

L-Artikolu 10 jirreferi għad-dritt li titlob lill-qorti biex ċertifikat jiġi rettifikat (jekk dan ikun differenti mis-sentenza) jew irtirat (jekk dan ikun differenti mir-Regolament). Il-proċedura preżenti li tittratta dawn is-sitwazzjonijiet hija l-Parti 23 tar-RPĊ li fiha r-regoli dwar kif isiru t-talbiet lill-qorti. Huwa maħsub li talba taħt l-Artikolu 10 ssir lill-qorti li tkun ħarġet Ordni ta’ Infurzar Ewropea permezz tal-proċedura fil-Parti 23. L-Ordnijiet ta’ Infurzar Ewropej f’Ġibiltà jsiru mill-Qorti Suprema.

It-test sħiħ tal-Parti 23 jista’ jinsab hawn: http://www.dca.gov.uk/civil/procrules_fin/contents/parts/part23.htm

It-talba ssir fuq avviż ta’ talba magħruf bħala l-FormolaTP#_ftn1(*)PT N244 (ara http://www.hmcourts-service.gov.uk/courtfinder/forms/n244_eng.pdf). L-avviż tat-talba għandu jiddikjara liema ordni qiegħed jitlob l-applikant (jiġifieri ordni għar-rettifika jew għall-irtirar) u r-raġuni għaliex tkun qiegħda ssir it-talba (per eżempju, għaliex hemm diskrepanza fiċ-ċertifikat).

L-emenda tar-RPĊ li għandha tieħu qies ta’ l-Ordni ta’ Infurzar Ewropea ser tindika l-Parti 23 lill-applikant u tinkludi dettalji dwar il-proċedura dwar kif issir it-talba.



(*)Ir-Renju Unit jikkonferma li ser jintużaw il-formoli standard fir-Regolament. L-Annessi I-V tar-Regolament huma l-formoli li fuqhom għandhom jinħarġu ċ-ċertifikati mill-qorti. Sabiex iressqu t-talbiet tagħhom, il-kredituri jużaw il-formoli standard tal-qorti tar-Renju Unit u ċ-ċertifikat jinħareġ fil-formola standard ipprovduta fir-Regolament. Huwa maħsub li talba taħt l-Artikolu 10(3) tkun tista’ ssir fuq formola standard tat-talba tar-Renju Unit jew fuq il-formola li tinsab fl-Anness VI tar-Regolament.

2. Proċeduri għar-reviżjoni (Art.19 (1))

Permezz tar-Regola 6 tar-Regoli tal-Qorti Suprema ta’ Ġibiltà, ir-Regoli ta’ Proċedura Ċivili għall-Ingilterra u Wales japplikaw għal Ġibiltà.

Sabiex jagħtu effett lil dan ir-Regolament ser jintużaw ir-Regoli tal-Qorti għall-Ingilterra u Wales magħmula taħt l-Att dwar il-Proċedura Ċivili 1997. Dawn ir-Regoli tal-Qorti huma magħrufa bħala r-Regoli tal-Proċedura Ċivili (RPĊ) u jsiru permezz ta’ strument statutorju.

L-Artikolu 19(1) jirrikjedi li d-debitur għandu jkun intitolat li jitlob reviżjoni tas-sentenza f’ċirkostanzi fejn id-dokument li jagħti bidu għall-proċedura ma jkunx wasallu jew jekk huwa ma setgħax jikkontesta t-talba minħabba raġuni mhux attribbwibbli għalih.

Il-Parti 13 tar-RPĊ tippermetti d-debitur f'sentenza li jitlob reviżjoni tas-sentenza fiċ-ċirkostanzi deskritti fl-Artikolu 19. Din tistabbilixxi l-proċedura għat-talba biex is-sentenza titħassar jew tiġi mibdula. Tista’ tinkiseb sentenza f’kontumaċja fejn id-debitur f’sentenza ma jkunx ippreżenta rikonoxximent tan-notifika u/jew difiża.

It-test sħiħ tal-Parti 13 jista’ jinsab fuq: http://www.dca.gov.uk/civil/procrules_fin/contents/parts/part13.htm

M’hemm l-ebda formola għat-talba biex titħassar jew tinbidel sentenza f’kontumaċja. Normalment l-applikant jippreżenta t-talba permezz ta’ l-avviż ta’ talba fil-Formola N244 (http://www.hmcourts-service.gov.uk/courtfinder/forms/n244_eng.pdf). L-applikant għandu jiddikjara l-ordni li jixtieq u r-raġuni għaliex is-sentenza għandha titħassar jew tinbidel, ngħidu aħna għaliex huwa ma kienx notifikat bil-proċedura fi żmien biżżejjed biex iħejji d-difiża tiegħu. Is-smigħ ta’ dik it-talba jkun jinkludi reviżjoni ta' dik is-sentenza.

3. Lingwi aċċettati (Art. 20(2)(c))

Ċertifikati mibgħuta f’Ġibiltà jiġu aċċettati bl-Ingliż.

4. Awtoritajiet nominati biex jiċċertifikaw id-dokumenti awtentiċi (Art. 25)

Filwaqt li Strumenti Awtentiċi minn Stati Membri oħra jiġu infurzati f’Ġibiltà, dawn ma jsirux f’Ġibiltà. Għaldaqstant, m’hemmx bżonn li tinħatar awtorità biex tiċċertifikhom.

L-aħħar aġġornament: 28/07/2021

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.