Sib informazzjoni għal kull reġjun
SIB QRATI/AWTORITAJIET KOMPETENTI
L-għodda ta' tiftix hawn taħt se tgħinek tidentifika qorti/qrati jew awtorità(jiet) kompetenti għal strument legali Ewropew speċifiku. Jekk jogħġbok innota li għalkemm sar kull sforz biex tiġi aċċertata l-preċiżjoni tar-riżultati, jista' jkun hemm xi każijiet eċċezzjonali li jikkonċernaw id-determinazzjoni ta' kompetenza li mhumiex neċessarjament koperti.
1. Proċeduri għall-korrezzjoni u l-irtirar (Art. 10(2))
Fir-rigward tal-informazzjoni dwar ir-regoli stabbiliti fil-leġiżlazzjoni nazzjonali li jimplimentaw l-applikazzjoni tal-Artikolu 10(2) tar-Regolament u li jistabbilixxu l-proċedura għar-rettifika jew l-irtirar ta’ Ċertifikat ta’ Ordni Ewropew ta’ Infurzar, l-awtoritajiet Latvjani jindikaw li l-miżuri ta’ implimentazzjoni tal-Artikolu 19(2) ġew inkorporati fl-Artikoli 543.1 u 545.1 tal-tal-Liġi dwar il-Proċedura Ċivili tal-Latvja.
2. Proċeduri għar-reviżjoni (Art.19 (1))
Fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-Artikolu 19(1) tar-Regolament, ma ġiet inkorporata l-ebda regola addizzjonali fil-leġiżlazzjoni nazzjonali, peress li fil-Latvja dawn ir-regoli huma koperti mid-dispożizzjonijiet tal-Liġi dwar il-Proċedura Ċivili.
“Artikolu 51. Ir-riistituzzjoni tat-termini proċedurali
(1) Fuq talba minn parti fil-proċedimenti, il-qorti għandha terġa’ ddaħħal fis-seħħ it-termini proċedurali li jkunu nqabżu jekk tikkonstata li r-raġunijiet li waslu biex jinqabżu jkunu ġustifikati.
(2) Meta terġa’ ddaħħal fis-seħħ terminu proċedurali li jkun inqabeż, il-qorti għandha tippermetti wkoll li titwettaq l-azzjoni proċedurali posposta.
Artikolu 52. Estensjoni tat-termini proċedurali
It-termini stipulati minn qorti jew minn imħallef jistgħu jiġu estiżi fuq talba minn parti fil-proċedimenti.
Artikolu 53 Proċedura għall-estensjoni jew għar-riistituzzjoni tat-termini proċedurali
(1) Talba għall-estensjoni jew għar-riistituzzjoni ta’ terminu li jkun inqabeż għandha tiġi ppreżentata lill-qorti li fiha kellha titwettaq l-azzjoni posposta, u t-talba għandha tiġi eżaminata permezz ta’ proċedura bil-miktub. Qabel ma t-talba permezz ta’ proċedura bil-miktub tiġi eżaminata, il-partijiet fil-proċedimenti għandhom ikunu nnotifikati biha u għandha tintbagħtilhom kopja tat-talba għall-estensjoni ta’ terminu jew għar-riistituzzjoni ta’ terminu li jkun inqabeż.
(2) Talba għal riistituzzjoni ta’ terminu proċedurali għandha tkun akkumpanjata mid-dokumenti meħtieġa għall-eżekuzzjoni tal-azzjoni proċedurali, u r-raġunijiet għar-riistituzzjoni tat-terminu.
(3) Terminu stabbilit minn imħallef jista’ jiġi estiż minn imħallef uniku.
(4) Tista’ ssir talba anċillari fir-rigward ta’ ċaħda minn qorti jew imħallef li jestendi jew jerġa’ jdaħħal fis-seħħ terminu.”
3. Lingwi aċċettati (Art. 20(2)(c))
F’konformità mal-Artikolu 20(2)(c) tar-Regolament, il-Latvja tindika l-Latvjan bħala l-lingwa aċċettata biex tirċievi u toħroġ Ċertifikat ta’ Ordni Ewropew ta’ Infurzar.
4. Awtoritajiet nominati biex jiċċertifikaw id-dokumenti awtentiċi (Art. 25)
L-Artikolu 107.11(3) tal-Liġi dwar in-nutara:
Fuq talba tar-rikorrent, nutar ġuramentat għandu joħroġ, abbażi tar-Regolament (KE) Nru 805/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ April 2004 li joħloq Ordni Ewropew ta’ Infurzar għal talbiet mhux kontestati (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ ir-Regolament Nru 805/2004) u l-Artikolu 25(1) tiegħu, Ordni Ewropew ta’ Infurzar (l-Anness III tar-Regolament Nru 805/2004) għall-atti notarili tal-eżekuzzjoni maħruġa.
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.