Fil-qasam tal-ġustizzja ċivili, il-proċeduri u l-proċedimenti pendenti mibdija fi tmiem il-perjodu ta’ tranżizzjoni se jkomplu skont il-liġi tal-UE. Il-Portal tal-Ġustizzja elettronika, abbażi tal-ftehim reċiproku mar-Renju Unit, se jżomm l-informazzjoni rilevanti marbuta mar-Renju Unit sa tmiem l-2022.

Titolu eżekuttiv ewropew

L-Irlanda ta’ fuq

Il-kontenut ipprovdut minn
L-Irlanda ta’ fuq

SIB QRATI KOMPETENTI

L-għodda ta' tiftix hawn taħt se tgħinek tidentifika qorti/qrati jew awtorità(jiet) kompetenti għal strument legali Ewropew speċifiku. Jekk jogħġbok innota li għalkemm sar kull sforz biex tiġi aċċertata l-preċiżjoni tar-riżultati, jista' jkun hemm xi każijiet eċċezzjonali li jikkonċernaw id-determinazzjoni ta' kompetenza li mhumiex neċessarjament koperti.

Renju Unit

L-Irlanda ta’ fuq

Ir-Rikonoxximent u l-Infurzar ta' Sentenzi fi Kwistjonijiet Ċivili u Kummerċjali - Ordni ta' Infurzar Ewropew


*input mandatarju

1. Proċeduri għall-korrezzjoni u l-irtirar (Art. 10(2))

Ir-Regoli tal-Qorti għall-Irlanda ta’ Fuq jagħtu effett lir-Regolament. Dawn ir-Regoli tal-Qorti huma magħrufa bħala r-Regoli tal-1980 tal-Qorti tal-Ġudikatura (l-Irlanda ta’ Fuq) [Rules of the Court of Judicature (Northern Ireland) 1980] [li huma magħmula skont l-Att tal-1978 dwar il-Ġudikatura (l-Irlanda ta’ Fuq) (Judicature (Northern Ireland) Act 1978) u jirregolaw il-proċedimenti fil-Qorti Suprema ta’ Ġudikatura fl-Irlanda ta’ Fuq (Supreme Court of Judicature in Northern Ireland)] u r-Regoli tal-1981 tal-Qrati tal-Kontea (l-Irlanda ta’ Fuq) (County Court Rules (Northern Ireland) 1981) [li jsiru skont l-Ordni tal-1980 tal-Qrati tal-Kontea (l-Irlanda ta’ Fuq) (County Courts (Northern Ireland) Order 1980) u l-Ordni tal-1997 dwar l-Evidenza Ċivili (l-Irlanda ta’ Fuq) (Civil Evidence (Northern Ireland) Order 1997) u jirregolaw il-proċedimenti fil-qorti tal-kontea (county court)]. Dawn ir-Regoli jistgħu jiġu aċċessati fuq is-sit web tal-Qrati u t-Tribunali tal-Irlanda ta’ Fuq fuq Regoli tal-Qrati Ġudizzjarji u Regoli tal-Qrati tal-Kontea

L-Artikolu 10 jirreferi għad-dritt li wieħed iressaq rikors quddiem il-qorti biex ċertifikat jiġi rettifikat (f’każ ta’ diskrepanza mas-sentenza) jew jiġi rtirat (f’każ ta’ diskrepanza mar-Regolament).

Hemm proċeduri fis-seħħ biex jiġu ttrattati dawn ir-rikorsi kemm fir-Regoli tal-1980 tal-Qorti tal-Ġudikatura (l-Irlanda ta’ Fuq) [Rules of the Court of Judicature (Northern Ireland) 1980] kif ukoll fir-Regoli tal-1981 tal-Qrati tal-Kontea (l-Irlanda ta’ Fuq) [County Court Rules (Northern Ireland) 1981]. Dawn ir-Regoli rispettivament jirregolaw il-proċedimenti fil-Qorti ta’ Ġudikatura (Court of Judicature) u fil-qrati tal-kontea (county courts) fl-Irlanda ta’ Fuq.

Fil-każ ta’ rikorsi skont l-ewwel Regoli, ġeneralment dawn ir-rikorsi jistgħu jsiru permezz ta’ taħrika u affidavit skont il-proċedura stabbilita fl-Ordni 32 u bl-użu tal-Formola (*) 28 fl-Appendiċi A għar-Regoli. Għandhom jiddikjaraw x’ordni qed jitlob ir-rikorrent u għaliex ir-rikorrent qed jitlob dik l-ordni.

Bl-istess mod, fil-qorti tal-kontea (county court), rikors jista’ jsir permezz ta’ avviż ta’ mozzjoni u affidavit ta’ sostenn skont l-Ordni 14 u bl-użu tal-Formoli ġenerali (*) 1 u 2 li jinsabu fl-Appendiċi 1 għar-Regoli. Għal darb’oħra, l-avviż għandu jiddikjara x’ordni qed jitlob ir-rikorrent u għaliex ir-rikorrent qed jitlob dik l-ordni.

L-Annessi I-V tar-Regolament huma l-formoli standard li permezz tagħhom il-qorti toħroġ iċ-ċertifikati. Il-kredituri jużaw il-formoli rilevanti tal-qrati tar-Renju Unit biex jippreżentaw ir-rikorsi meħtieġa u ċ-ċertifikat jinħareġ fil-forma prevista fir-Regolament. Rikors skont l-Artikolu 10(3) jista’ jsir bl-użu tal-formola standard ta’ rikors tar-Renju Unit jew il-formola fl-Anness VI tar-Regolament.

2. Proċeduri għar-reviżjoni (Art.19 (1))

L-Artikolu 19(1) jirrikjedi li d-debitur għandu jkollu d-dritt li jressaq rikors għal stħarriġ ġudizzjarju tas-sentenza f’ċirkostanzi fejn id-dokument li jistitwixxi l-proċedimenti ma jkunx wasallu jew ikun ġie prekluż milli joġġezzjona għat-talba mingħajr ebda ħtija min-naħa tiegħu.

Ir-Regola 8 tal-Ordni 13 tar-Regoli tal-1980 tal-Qorti tal-Ġudikatura (l-Irlanda ta’ Fuq) [Rules of the Court of Judicature (Northern Ireland) 1980] tippermetti lid-debitur kanonizzat biex jippreżenta rikors quddiem il-qorti sabiex is-sentenza b’kontumaċja tiġi annullata jew varjata. Għalkemm ma hemm l-ebda formola speċifika preskritta għal tali rikors, normalment dawn ir-rikorsi jistgħu jsiru permezz ta’ taħrika u affidavit skont il-proċedura indikata fil-Ordni 32 u bl-użu tal-Formola 28 fl-Appendiċi A għar-Regoli.

Bl-istess mod, ir-Regola 12 tal-Ordni 12 tar-Regoli tal-1981 tal-Qrati tal-Kontea (l-Irlanda ta’ Fuq) [County Court Rules (Northern Ireland) 1981] tippermetti lid-debitur kanonizzat jippreżenta tali rikors fil-qorti tal-kontea (county court). Għal darb’oħra, għalkemm ma hemm l-ebda formola speċifika preskritta, rikors jista’ jsir permezz ta’ avviż ta’ mozzjoni u affidavit ta’ sostenn skont l-Ordni 14 u bl-użu tal-Formoli ġenerali 1 u 2 indikati fl-Appendiċi 1 għar-Regoli.

Fiż-żewġ qrati, l-applikazzjoni ta’ din is-setgħa ta’ annullament jew varjazzjoni hija purament diskrezzjonali u r-regoli ma jimponu l-ebda kundizzjoni għall-eżerċitar tagħha.

3. Lingwi aċċettati (Art. 20(2)(c))

Ċertifikati li jintbagħtu lill-Irlanda ta’ Fuq jiġu aċċettati bl-Ingliż.

4. Awtoritajiet nominati biex jiċċertifikaw id-dokumenti awtentiċi (Art. 25)

Għalkemm Strumenti Awtentiċi minn Stati Membri oħra jiġu eżegwiti fl-Irlanda ta’ Fuq dawn ma jiġux prodotti fl-Irlanda ta’ Fuq. Għalhekk, ma hemmx bżonn li tinħatar awtorità biex tiċċertifikahom.

L-aħħar aġġornament: 20/07/2021

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.