1. Proċeduri għall-korrezzjoni u l-irtirar (Art. 10(2))
Il-proċedura għar-rettifika ta' żbalji f'Ordni Ewropew ta' Infurzar prevista fl-Artikolu 10(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 805/2004, issir fil-forma prevista fl-ewwel tliet paragrafi tal-Artikolu 267 tal-Liġi Organika 6/1985 tal-1 ta' Lulju dwar il-Ġudikatura.
Il-proċedura għar-revoka ta' ċertifikat ta' Ordni Ewropew ta' Infurzar imsemmija fl-Artikolu 10(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 805/2004, issir b'konformità mad-dispożizzjonijiet li jikkonċernaw ir-rikorsi għal rieżami stipulati fil-Liġi 1/2000 tas-7 ta' Jannar dwar il-Proċedura Ċivili.
Fir-rigward ta' Ordni Ewropew tal-Infurzar ta' dokumenti pubbliċi b'titolu eżekuttiv, huwa n-nutar inkarigat mill-atti li huwa responsabbli biex jara jekk hemmx żbalji ta' natura materjali jew jekk ġewx issodisfati r-rekwiżiti għall-ħruġ taċ-ċertifikati u biex jibgħat talba għal rettifika fuq il-bażi ta' żball ta' natura materjali jew talba għall-irtirar skont l-Artikolu 10(1) tar-Regolament (KE) Nru 805/2004.
2. Proċeduri għar-reviżjoni (Art.19 (1))
Ir-rieżami f'każijiet eċċezzjonali msemmija fl-Artikolu 19 tar-Regolament (KE) Nru 805/2004 jista' jseħħ permezz ta' annullament ta' sentenza finali wara talba mill-parti kontumaċi (l-Artikolu 501 tal-Liġi 1/2000 tas-7 ta' Jannar dwar il-Proċedura Ċivili).
3. Lingwi aċċettati (Art. 20(2)(c))
Il-lingwa aċċettata skont l-Artikolu 20(2)(c) hija l-Ispanjol.
4. Awtoritajiet nominati biex jiċċertifikaw id-dokumenti awtentiċi (Art. 25)
Hija r-responsabbiltà tan-nutar awtorizzanti, jew tar-rappreżentant legali tiegħu jew min jissostitwih fil-każ ikkonċernat, li joħroġ iċ-ċertifikat previst fl-Artikolu 25(1) u fl-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 805/2004.
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.