Sib informazzjoni għal kull reġjun
SIB QRATI/AWTORITAJIET KOMPETENTI
L-għodda ta' tiftix hawn taħt se tgħinek tidentifika qorti/qrati jew awtorità(jiet) kompetenti għal strument legali Ewropew speċifiku. Jekk jogħġbok innota li għalkemm sar kull sforz biex tiġi aċċertata l-preċiżjoni tar-riżultati, jista' jkun hemm xi każijiet eċċezzjonali li jikkonċernaw id-determinazzjoni ta' kompetenza li mhumiex neċessarjament koperti.
L-Artikolu 67 (a)
L-ismijiet u l-indirizzi tal-awtoritajiet ċentrali maħtura skont l-Artikolu 53, flimkien ma' kif tista' tikkuntattjahom, huma kif ġej:
The Ministry of Justice
International Legal Protection for Children and International Adoptions Directorate
Tel.: (+359 2) 9237302
Indirizz tal-posta elettronika: L_Chernogorova@justice.government.bg
Faks: (+359 2) 9871557
Indirizz: Ul. Slavyanska No 1
BG-1040 Sofia
Bulgaria
(Għal kull kwistjoni koperta mir-Regolament b'rabta mar-responsabbiltà tal-ġenituri u s-sekwestru u l-kollokament tat-tfal (Artikolu 56))
International Legal Cooperation and European Affairs Directorate
Tel.: (+359 2) 9237413
Faks: (+359 2) 9809223
Indirizz: Ul. Slavyanska No 1
BG-1040 Sofia
Bulgaria
(Għal kull kwistjoni koperta mir-Regolament, ħlief għal kwistjonijiet b'rabta mar-responsabbiltà tal-ġenituri u s-sekwestru u l-kollokament tat-tfal (Artikolu 56))
L-Artikolu 67 (b)
Il-lingwi aċċettati għall-komunikazzjoni mal-awtoritajiet ċentrali deżinjati skont l-Artikolu 57(2) huma: il-Bulgaru, l-Ingliż, u l-Franċiż.
L-Artikolu 67 (c)
Il-lingwi aċċettati għaċ-ċertifikat rigward id-drittijiet ta' aċċess skont l-Artikolu 45(2) huma: il-Bulgaru, l-Ingliż, u l-Franċiż.
L-Artikoli 21 u 29
Il-korpi kompetenti msemmija fl-Artikolu 21(2) għar-rikonoxximent tas-sentenzi fi kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta' responsabbiltà tal-ġenituri huma l-awtoritajiet kompetenti għar-reġistrazzjoni, jiġifieri s-sindki tal-muniċipalitajiet (l-Artikolu 621(2) tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili).
Il-korp kompetenti msemmi fl-Artikolu 21(3) għar-rikonoxximent tas-sentenzi huwa l-Qorti Provinċjali li jkollha l-ġurisdizzjoni fuq l-indirizz permanenti jew reġistrat tal-parti opposta jew, jekk dik il-parti ma jkollhiex indirizz permanenti jew reġistrat fir-Repubblika tal-Bulgarija, il-Qorti li jkollha l-ġurisdizzjoni fuq l-indirizz permanenti jew reġistrat tal-parti interessata (l-Artikolu 622(1) tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili). Jekk lanqas il-parti interessata ma ma jkollha indirizz permanenti jew reġistrat fil-Bulgarija, l-applikazzjoni għandha ssir lill-Qorti Muniċipali ta' Sofija.
L-awtorità kompetenti li quddiemha għandha titressaq l-applikazzjoni msemmija fl-Artikolu 29, għal dikjarazzjoni ta' eżegwibbiltà ta' deċiżjoni ġudizzjarja maħruġa fi Stat Membru tal-UE ieħor, hija l-Qorti Provinċjali li jkollha ġurisdizzjoni fuq l-indirizz permanenti jew reġistrat tal-obbligant, jew inkellha fuq il-post tal-eżekuzzjoni. (L-Artikolu 623(1) tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili)
L-Artikolu 33
Id-deċiżjoni hija soġġetta għal appell quddiem il-Qorti tal-Appell ta' Sofija. (L-Artikolu 623(6), l-ewwel sentenza, tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili)
L-Artikolu 34
Appelli ulterjuri kontra deċiżjonijiet tal-Qorti tal-Appell ta' Sofija jitressqu mal-Qorti Suprema tal-Kassazzjoni. (L-Artikolu 623(6), it-tieni sentenza, tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili).
Din il-paġna web hija parti minn L-Ewropa Tiegħek.
Nilqgħu l-feedback tiegħek dwar l-utilità tal-informazzjoni pprovduta.
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.