Ir-Regolament Brussell IIa - Kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta’ responsabbiltà tal-ġenituri

Iċ-Ċekja

Il-kontenut ipprovdut minn
Iċ-Ċekja

SIB QRATI/AWTORITAJIET KOMPETENTI

L-għodda ta' tiftix hawn taħt se tgħinek tidentifika qorti/qrati jew awtorità(jiet) kompetenti għal strument legali Ewropew speċifiku. Jekk jogħġbok innota li għalkemm sar kull sforz biex tiġi aċċertata l-preċiżjoni tar-riżultati, jista' jkun hemm xi każijiet eċċezzjonali li jikkonċernaw id-determinazzjoni ta' kompetenza li mhumiex neċessarjament koperti.

Iċ-Ċekja

Liġi tal-Familja - Ir-Regolament Brussell IIa - Kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta’ responsabbiltà tal-ġenituri


*input mandatarju

L-Artikolu 67 (a)

L-ismijiet, l-indirizzi u l-mezzi ta’ komunikazzjoni għall-awtoritajiet ċentrali nnominati skont l-Artikolu 53:

L-Uffiċċju għall-Protezzjoni Legali Internazzjonali tat-Tfal (Úřad pro mezinárodně právní ochranu dětí)

Šilingrovo náměstí 3

602 00 Brno

Ir-Repubblika Ċeka

Telefown: 00420 542 215 522

Faks: 00420 542 212 836

E-mail: podatelna@umpod.cz

Indirizz web: http://www.umpod.cz/

Kuntatti:

Zdeněk Kapitán, Direttur

Markéta Nováková, Viċi Direttriċi

L-Artikolu 67 (b)

Il-lingwi aċċettati għall-komunikazzjonijiet mal-awtoritajiet ċentrali skont l-Artikolu 57(2): iċ-Ċek, l-Ingliż, il-Ġermaniż u l-Franċiż.

L-Artikolu 67 (c)

Għaċ-ċertifikat dwar id-drittijiet ta' aċċess u r-ritorn ta' tfal – l-Artikolu 45(2): iċ-Ċek

L-Artikoli 21 u 29

Fir-Repubblika Ċeka talbiet skont l-Artikoli 21 u 29 jintbagħtu lill-qrati li ġejjin:

- lill-qrati distrettwali (okresní soudy) jew lill-marixxalli tal-qorti (soudní exekutoři).

L-Artikolu 33

Fir-Repubblika Ċeka appelli skont l-Artikolu 33 jiġu ppreżentati fil-qrati li ġejjin:

- fil-qrati distrettwali (okresní soudy).

L-Artikolu 34

L-uniku appelli li jistgħu jiġu ppreżentati skont l-Artikolu 34 fir-Repubblika Ċeka huma:

- kawża ta' annullament (žaloba pro zmatečnost) skont l-Artikolu 229 et seq. tal-Att Nru 99/1963 (il-Kodiċi ta' Proċedura Ċivili Ġudizzjarja), kif emendat, u ritrattazzjoni (dovolání) skont l-Artikolu 236 et seq. tal-Att Nru 99/1963 (il-Kodiċi ta' Proċedura Ċivili Ġudizzjarja), kif emendat.

 

Din il-paġna web hija parti minn L-Ewropa Tiegħek.

Nilqgħu l-feedback tiegħek dwar l-utilità tal-informazzjoni pprovduta.

Your-Europe

L-aħħar aġġornament: 03/06/2024

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.