Sib informazzjoni għal kull reġjun
SIB QRATI/AWTORITAJIET KOMPETENTI
L-għodda ta' tiftix hawn taħt se tgħinek tidentifika qorti/qrati jew awtorità(jiet) kompetenti għal strument legali Ewropew speċifiku. Jekk jogħġbok innota li għalkemm sar kull sforz biex tiġi aċċertata l-preċiżjoni tar-riżultati, jista' jkun hemm xi każijiet eċċezzjonali li jikkonċernaw id-determinazzjoni ta' kompetenza li mhumiex neċessarjament koperti.
L-Artikolu 67 (a)
L-ismijiet, l-indirizzi u l-mezzi ta’ komunikazzjoni għall-awtoritajiet ċentrali maħtura skont l-Artikolu 53:
Central Authority for International Child Abduction,
Department of Justice,
7 Ely Place,
Dublin 2.
Numru tat-telefon +353 (1) 602 8202,
Posta elettronika internationalchildabduction@justice.ie
L-Artikolu 67 (b)
Il-lingwi aċċettati għall-komunikazzjonijiet mal-awtoritajiet ċentrali skont l-Artikolu 57(2): L-Irlandiż u/jew l-Ingliż.
L-Artikolu 67 (c)
Il-lingwi aċċettati għaċ-ċertifikati li jikkonċernaw id-drittijiet ta' aċċess u ta' ritorn tal-minuri skont l-Artikolu 45(2) huma: l-Ingliż u/jew l-Irlandiż.
L-Artikoli 21 u 29
It-talbiet previsti mill-Artikoli 21 u 29 għandhom ikunu ppreżentati fil-qrati li ġejjin:
- fl-Irlanda, il-Qorti Superjuri (High Court).
L-Artikolu 33
L-appell previst mill-Artikolu 33 għandu jkun ippreżentat fil-qrati mniżżla hawn taħt:
- fl-Irlanda, il-Qorti Superjuri (High Court).
L-Artikolu 34
Fl-Irlanda, appell fil-Qorti tal-Appell dwar punt tad-dritt (ta' min jinnota, madankollu, li b'konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Kostituzzjoni Irlandiża, il-Qorti Suprema għandu jkollha kompetenza għall-appelli minn deċiżjoni tal-Qorti Superjuri jekk tkun sodisfatta li jkun hemm ċirkostanzi ta' eċċezzjoni li jiġġustifikaw appell dirett lilha. Il-Qorti Suprema għandu jkollha wkoll kompetenza għall-appelli minn deċiżjoni tal-Qorti tal-Appell jekk tkun sodisfatta li ċerti kundizzjonijiet stabbiliti fil-Kostituzzjoni jkunu ssodisfati.)
Din il-paġna web hija parti minn L-Ewropa Tiegħek.
Nilqgħu l-feedback tiegħek dwar l-utilità tal-informazzjoni pprovduta.
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.