Formoli tal-Ordni Ewropea tal-Preservazzjoni tal-Kontijiet


Informazzjoni nazzjonali u formoli online rigward ir-Regolament Nru 655/2014.


Ir-Regolament (UE) Nru 655/2014 dwar l-Ordni Ewropea tal-Preservazzjoni tal-Kontijiet (EAPO) jiffaċilita l-irkupru tad-dejn fl-UE.

Huwa joħloq proċedura ġdida tal-Unjoni għall-iffriżar tal-fondi miżmuma f’kont bankarju f’pajjiż ieħor tal-UE.

Il-proċedura tista’ tintuża f’kawżi ċivili u kummerċjali.

Ir-regolament japplika fil-pajjiżi kollha tal-UE, minbarra d-Danimarka.

Dan ifisser illi:

  • il-kredituri bbażati fid-Danimarka ma jistgħux japplikaw għal EAPO.
  • ma tistax titlob għal EAPO fuq kont bankarju Daniż.

Tista’ tuża l-EAPO biss f’kawżi transfruntiera Il-proċedura tista’ tintuża biss f’kawżi transfruntiera, fejn il-qorti li qed tmexxi l-proċedura jew il-pajjiż tad-domiċilju tad-debitur iridu jkunu fi Stat Membru ieħor li mhux dak fejn huwa miżmum il-kont bankarju tad-debitur.

Ir-regolament jistabbilixxi l-proċedura meħtieġa biex tinkiseb / tiġi infurzata EAPO.

Kif għandek tapplika

Biex tibda l-proċedura, imla l-formola ta’ applikazzjoni tal-EAPO. Għandek tehmeż kwalunkwe dokument rilevanti ta’ sostenn.

Il-formoli kollha li għandek bżonn issibhom hawn taħt. Tista’ tniżżilhom jew timliehom online.

Tista’ wkoll tissejvja u tniżżel il-verżjoni tal-abbozz tiegħek.

B’kollox hemm disa’ formoli tal-EAPO – il-kontenut tal-formoli huwa stabbilit fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1823.

Minbarra d-disa’ formali standard, ġiet żviluppata formola addizzjonali mhux obbligatorja min-Network Ġudizzjarju Ewropew fl-oqsma ċivili u kummerċjali. L-għan ta’ din il-formola addizzjonali huwa li tintuża mill-qrati meta jkun meħtieġ li tintalab informazzjoni dwar kont minn awtorità oħra f’każ partikolari, u tista’ tiġi aċċessata hawnhekk Word  (21Kb). en

Verżjonijiet lingwistiċi oħra tal-UE: BG Word (21 Kb) bg, CS Word (20 Kb) cs, DA Word (20 Kb) da, DE Word (21 Kb) de, EL Word (21 Kb) el, ES Word (21 Kb) es, ET Word (20 Kb) et, FI Word (20 Kb) fi, FR Word (20 Kb) fr, HR Word (20 Kb) hr, HU Word (21 Kb) hu, IT Word (20 Kb) it, LT Word (20 Kb) lt, LV Word (20 Kb) lv, MT Word (21 Kb) mt, NL Word (20 Kb) nl, PL Word (21 Kb) pl, PT Word (20 Kb) pt, RO Word (21 Kb) ro, SK Word (21 Kb) sk, SL Word (20 Kb) sl, SV Word (20 Kb) sv.

Id-debituri jistgħu jikkontestaw EAPO?

Iva. Minħabba li l-EAPO tinħareġ mingħajr ma jinstema’ d-debitur, ir-Regolament joffri għadd ta’ “rimedji” lid-debitur. Dawn huma raġunijiet potenzjali biex tiġi kkontestata EAPO jew kif tiġi infurzata.

Biex tapplika għal rimedju, imla l-formola ta’ applikazzjoni għal rimedju (formola VII).

Iż-żewġ partijiet jistgħu jappellaw mid-deċiżjoni ta’ rimedju billi jużaw il-formola għal appell mir-rimedju (formola IX).

Sottomissjoni ta’ formoli lill-awtorità kompetenti

Il-formoli mimlija għandhom jintbagħtu lill-awtorità kompetenti rilevanti b’mod mitlub mill-awtorità. Aktar informazzjoni dwar id-dettalji ta’ kuntatt għall-awtoritajiet kompetenti, il-leġiżlatura nazzjonali rilevanti eċċ. tinsab fit-taqsima tal-Atlas Ġudizzjarju Ewropew. Din il-paġna fiha skedi informattivi nazzjonali ddedikati, li wħud minnhom jipprovdu informazzjoni dwar l-awtoritajiet kompetenti li lilhom għandhom jintbagħtu l-formoli mimlija.

Tista’ timla dawn il-formoli onlajn billi tikklikkja fuq waħda minn dawn il-links hawn taħt. Jekk diġà bdejt formola u ssejvjajt abbozz, tista’ ttellagħha  billi tuża’ l-buttuna “Illowdja l-abbozz”.
Mill-1 ta’ Jannar 2021, ir-Renju Unit ma għadux Stat Membru tal-UE. Madankollu, fil-qasam tal-ġustizzja ċivili, il-proċeduri u l-proċeduri mibdija fi tmiem il-perjodu ta’ tranżizzjoni se jkomplu skont il-liġi tal-UE. Sa tmiem l-2022, ir-Renju Unit jista’ jkompli jintgħażel fil-formoli (dinamiċi) online għall-iskop ta’ dawk il-proċedimenti u proċeduri. Eċċezzjoni għal din ir-regola huma l-formoli tad-dokumenti Pubbliċi, li fi fihom ir-Renju Unit m’għandux jintgħażel.

  • ANNESS I - Rikors għal Ordni Ewropea tal-Preservazzjoni tal-Kontijiet
    • b’din il-lingwa il-Malti
      Iddawnlowdja formola vojta b’din il-lingwa il-Malti (ibdel il-Lingwa)
  • ANNESS II - Ordni Ewropea tal-Preservazzjoni tal-Kontijiet
    • b’din il-lingwa il-Malti
      Iddawnlowdja formola vojta b’din il-lingwa il-Malti (ibdel il-Lingwa)
  • ANNESS III - Revoka ta' Ordni Ewropea tal-Preservazzjoni tal-Kontijiet
    • b’din il-lingwa il-Malti
      Iddawnlowdja formola vojta b’din il-lingwa il-Malti (ibdel il-Lingwa)
  • ANNESS IV - Dikjarazzjoni rigward il-preservazzjoni tal-fondi
    • b’din il-lingwa il-Malti
      Iddawnlowdja formola vojta b’din il-lingwa il-Malti (ibdel il-Lingwa)
  • ANNESS V - Talba ta' rilaxx ta' ammonti żejda ppreservati
    • b’din il-lingwa il-Malti
      Iddawnlowdja formola vojta b’din il-lingwa il-Malti (ibdel il-Lingwa)
  • ANNESS VI - Konferma tar-riċevuta
    • b’din il-lingwa il-Malti
      Iddawnlowdja formola vojta b’din il-lingwa il-Malti (ibdel il-Lingwa)
  • ANNESS VII - Rikors għal rimedju
    • b’din il-lingwa il-Malti
      Iddawnlowdja formola vojta b’din il-lingwa il-Malti (ibdel il-Lingwa)
  • ANNESS VIII - Kif deċiżjoni dwar ir-rimedju tintbagħat lill-Istat Membru ta' eżekuzzjoni
    • b’din il-lingwa il-Malti
      Iddawnlowdja formola vojta b’din il-lingwa il-Malti (ibdel il-Lingwa)
  • ANNESS IX - Appell kontra deċiżjoni dwar rimedju
    • b’din il-lingwa il-Malti
      Iddawnlowdja formola vojta b’din il-lingwa il-Malti (ibdel il-Lingwa)

Jekk diġà għandek xi formola ssejvjata, jekk jogħġbok ara li tuża l-buttuna 'Illowdja l-abbozz'.

Jekk diġà għandek xi formola ssejvjata, jekk jogħġbok ara li tuża l-buttuna 'Illowdja l-abbozz'.


Din il-paġna hi amministrata mill-Kummissjoni Ewropea. L-informazzjoni f’din il-paġna ma tirriflettix neċessarjament il-pożizzjoni uffiċjali tal-Kummissjoni Ewropea. Il-Kummissjoni ma taċċetta l-ebda responsabbiltà fir-rigward ta’ kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali fir-rigward tar-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-paġni Ewropej.

L-aħħar aġġornament : 25/04/2022