Informazzjoni nazzjonali u formoli online rigward ir-Regolament Nru 655/2014.
Ir-Regolament (UE) Nru 655/2014 dwar l-Ordni Ewropea tal-Preservazzjoni tal-Kontijiet (EAPO) jiffaċilita l-irkupru tad-dejn fl-UE.
Huwa joħloq proċedura ġdida tal-Unjoni għall-iffriżar tal-fondi miżmuma f’kont bankarju f’pajjiż ieħor tal-UE.
Il-proċedura tista’ tintuża f’kawżi ċivili u kummerċjali.
Ir-regolament japplika fil-pajjiżi kollha tal-UE, minbarra d-Danimarka.
Dan ifisser illi:
- il-kredituri bbażati fid-Danimarka ma jistgħux japplikaw għal EAPO.
- ma tistax titlob għal EAPO fuq kont bankarju Daniż.
Tista’ tuża l-EAPO biss f’kawżi transfruntiera Il-proċedura tista’ tintuża biss f’kawżi transfruntiera, fejn il-qorti li qed tmexxi l-proċedura jew il-pajjiż tad-domiċilju tad-debitur iridu jkunu fi Stat Membru ieħor li mhux dak fejn huwa miżmum il-kont bankarju tad-debitur.
Ir-regolament jistabbilixxi l-proċedura meħtieġa biex tinkiseb / tiġi infurzata EAPO.
Kif għandek tapplika
Biex tibda l-proċedura, imla l-formola ta’ applikazzjoni tal-EAPO. Għandek tehmeż kwalunkwe dokument rilevanti ta’ sostenn.
Il-formoli kollha li għandek bżonn issibhom hawn taħt. Tista’ tniżżilhom jew timliehom online.
Tista’ wkoll tissejvja u tniżżel il-verżjoni tal-abbozz tiegħek.
B’kollox hemm disa’ formoli tal-EAPO – il-kontenut tal-formoli huwa stabbilit fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1823.
Minbarra d-disa’ formali standard, ġiet żviluppata formola addizzjonali mhux obbligatorja min-Network Ġudizzjarju Ewropew fl-oqsma ċivili u kummerċjali. L-għan ta’ din il-formola addizzjonali huwa li tintuża mill-qrati meta jkun meħtieġ li tintalab informazzjoni dwar kont minn awtorità oħra f’każ partikolari, u tista’ tiġi aċċessata hawnhekk (21Kb).
Verżjonijiet lingwistiċi oħra tal-UE: BG (21 Kb) , CS (20 Kb) , DA (20 Kb) , DE (21 Kb) , EL (21 Kb) , ES (21 Kb) , ET (20 Kb) , FI (20 Kb) , FR (20 Kb) , HR (20 Kb) , HU (21 Kb) , IT (20 Kb) , LT (20 Kb) , LV (20 Kb) , MT (21 Kb) , NL (20 Kb) , PL (21 Kb) , PT (20 Kb) , RO (21 Kb) , SK (21 Kb) , SL (20 Kb) , SV (20 Kb) .
Id-debituri jistgħu jikkontestaw EAPO?
Iva. Minħabba li l-EAPO tinħareġ mingħajr ma jinstema’ d-debitur, ir-Regolament joffri għadd ta’ “rimedji” lid-debitur. Dawn huma raġunijiet potenzjali biex tiġi kkontestata EAPO jew kif tiġi infurzata.
Biex tapplika għal rimedju, imla l-formola ta’ applikazzjoni għal rimedju (formola VII).
Iż-żewġ partijiet jistgħu jappellaw mid-deċiżjoni ta’ rimedju billi jużaw il-formola għal appell mir-rimedju (formola IX).
Sottomissjoni ta’ formoli lill-awtorità kompetenti
Il-formoli mimlija għandhom jintbagħtu lill-awtorità kompetenti rilevanti b’mod mitlub mill-awtorità. Aktar informazzjoni dwar id-dettalji ta’ kuntatt għall-awtoritajiet kompetenti, il-leġiżlatura nazzjonali rilevanti eċċ. tinsab fit-taqsima tal-Atlas Ġudizzjarju Ewropew. Din il-paġna fiha skedi informattivi nazzjonali ddedikati, li wħud minnhom jipprovdu informazzjoni dwar l-awtoritajiet kompetenti li lilhom għandhom jintbagħtu l-formoli mimlija.
Tista’ timla dawn il-formoli onlajn billi tikklikkja fuq waħda minn dawn il-links hawn taħt. Jekk diġà bdejt formola u ssejvjajt abbozz, tista’ ttellagħha billi tuża’ l-buttuna “Illowdja l-abbozz”.
Mill-1 ta’ Jannar 2021, ir-Renju Unit ma għadux Stat Membru tal-UE. Madankollu, fil-qasam tal-ġustizzja ċivili, il-proċeduri u l-proċeduri mibdija fi tmiem il-perjodu ta’ tranżizzjoni se jkomplu skont il-liġi tal-UE. Sa tmiem l-2024, ir-Renju Unit jista’ jkompli jintgħażel fil-formoli (dinamiċi) online għall-iskop ta’ dawk il-proċedimenti u proċeduri. Eċċezzjoni għal din ir-regola huma l-formoli tad-dokumenti Pubbliċi, li fi fihom ir-Renju Unit m’għandux jintgħażel.
Jekk jogħġbok innota li jekk taqbeż it-30 minuta ta' inattività, kull ma daħħalt jintilef jekk ma tissejvjax abbozz!
Din il-paġna hi amministrata mill-Kummissjoni Ewropea. L-informazzjoni f’din il-paġna ma tirriflettix neċessarjament il-pożizzjoni uffiċjali tal-Kummissjoni Ewropea. Il-Kummissjoni ma taċċetta l-ebda responsabbiltà fir-rigward ta’ kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali fir-rigward tar-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-paġni Ewropej.
L-aħħar aġġornament : 25/04/2022