Ir-Regolament Brussell IIb - Kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta’ responsabbiltà tal-ġenituri (riformulazzjoni)

Малта

Съдържание, предоставено от
Малта

ТЪРСЕНЕ НА КОМПЕТЕНТНИ СЪДИЛИЩА/ОРГАНИ

Инструментът за търсене по-долу ще ви помогне да намерите съдилища или органи, компетентни за даден европейски правен инструмент. Моля, имайте предвид, че въпреки че са положени всички усилия да се провери точността на резултатите, може да има изключения при определянето на компетентност, които не са обхванати.

Малта

Семейно право – Регламент „Брюксел IIб“ – брачни дела и дела, свързани с родителската отговорност (преработен текст)


*задължително поле

L-Artikolu 103(1) (a) (l-ewwel parti) - Awtoritajiet pubbliċi jew awtoritajiet oħra awtorizzati biex jistabbilixxu strument awtentiku msemmi fil-punt (2)(b) tal-Artikolu 2(2), u awtoritajiet pubbliċi awtorizzati li jirreġistraw ftehim imsemmi fil-punt (3) tal-Artikolu 2(2)

Mhux applikabbli

L-Artikolu 103 (1) (a) (it-tieni parti) - Awtoritajiet amministrattivi li jagħtu l-għajnuna legali msemmija fl-Artikolu 74(2)

L-Aġenzija tal-Għajnuna Legali Malta

188/189, Triq l-Ifran, Il-Belt Valletta VLT1455

Telefown: +356 22471500

Imejl: info.legalaidmalta@gov.mt

L-Artikolu 103 (1) (b) (l-ewwel parti) - Qrati kompetenti biex joħorġu ċertifikati għal deċiżjoni skont l-Artikolu 36(1), u qrati u awtoritajiet kompetenti biex joħorġu ċertifikat għal strument awtentiku jew ftehim imsemmija fl-Artikolu 66

Il-Qrati kompetenti biex joħrġu ċertifikati għal deċizjoni skont l-Artikolu 36(1) huma: Il-Qorti Ċivili (Sezzjoni tal-Familja) għal Malta u l-Qorti tal-Maġistrati (Għawdex) (Sezzjoni tal-Familja) (Kompetenza Superjuri) għal Għawdex.

Il-Qrati u awtoritajiet kompetenti biex joħorġu ċertifikat għal strument awtentiku jew ftehim imsemmi fl-Artikolu 66: mhux applikabbli.

L-Artikolu 103 (1) (b) (it-tieni parti) - Qrati kompetenti biex jirrettifikaw iċ-ċertifikati msemmija fl-Artikolu 37(1), l-Artikolu 48(1) u qrati kompetenti biex joħorġu ċertifikat li jispeċifika n-nuqqas jew il-limitazzjoni ta’ deċiżjoni ċċertifikata msemmi fl-Artikolu 49; u qrati u awtoritajiet kompetenti biex jirrettifikaw iċ-ċertifikat, maħruġ skont l-Artikolu 66(1), imsemmi fl-Artikolu 67(1);

Il-Qrati kompetenti biex jirrettifikaw iċ-ċertifikati msemmija fl-Artikoli 37(1) huma: Il-Qorti Ċivili (Sezzjoni tal-Familja) għal Malta u l-Qorti tal-Maġistrati (Għawdex) (Sezzjoni tal-Familja) (Kompetenza Superjuri) għal Għawdex.

Il-Qrati kompetenti biex jirrettifikaw iċ-ċertifikati msemmija fl-Artikolu 48(1) huma: Il-Qorti Ċivili (Sezzjoni tal-Familja) għal Malta u l-Qorti tal-Maġistrati (Għawdex) (Sezzjoni tal-Familja) (Kompetenza Superjuri) għal Għawdex.

Il-Qrati kompetenti biex joħorġu ċertifikat li jispeċifika n-nuqqas jew il-limitazzjoni ta' deċizjoni ċċertifikata msemmi fl-Artikolu 49 huma: Il-Qorti Ċivili (Sezzjoni tal-Familja) għal Malta u l-Qorti tal-Maġistrati (Għawdex) (Sezzjoni tal-Familja) (Kompetenza Superjuri) għal Għawdex.

Il-Qrati u Awtoritajiet kompetenti biex jirrettifikaw iċ-ċertifikat, maħruġ skont l-Artikolu 66(1), imsemmi fl-Artikolu 67(1): mhux applikabbli.

L-Artikolu 103 (1) (c) — Qrati kompetenti għar-rikonoxximent ta’ deċiżjoni (l-Artikolu 30(3)) jew għar-rifjut tar-rikonoxximent (l-Artikolu 40(2)), kif ukoll qrati u awtoritajiet kompetenti għar-rifjut tal-infurzar, għall-kontestazzjoni jew l-appell, u għall-kontestazzjoni jew l-appell ulterjuri msemmija fl-Artikoli 58(1), 61(2) u 62

Artikolu 30(3), Artikolu 40(2) u Artikolu 58(1): Għal rikonoxximent ta' deċizjoni, rifjut tar-rikonoxximent, u rifjut tal-infurzar, il-qrati kompetenti huma:(i) f'Malta, il-Qorti Ċivili (Sezzjoni tal-Familja); u f'Għawdex, il-Qorti tal-Maġistrati (Għawdex) (Sezzjoni tal-Familja) (Kompetenza Superjuri)

Artikolu 61(2): Għal appell/kontestazzjoni, l-qorti kompetenti hija l-Qorti tal-Appell.

Artikolu 62: Kontestazzjoni jew appell ulterjuri mhux possibbli f'Malta, ħlief għal ritrattazzjoni skont l-Artikolu 811 tal-Kapitolu 12 tal-Liġijiet ta' Malta.

L-Artikolu 103 (1) (d) — Awtoritajiet kompetenti għall-infurzar imsemmija fl-Artikolu 52

Il-Qorti Ċivili (Sezzjoni tal-Familja) għal Malta u l-Qorti tal-Maġistrati (Għawdex) (Sezzjoni tal-Familja) (Kompetenza Superjuri) għal Għawdex

L-Artikolu 103 (1) (e) — Proċeduri ta’ rimedju kontra deċiżjoni dwar l-applikazzjoni għar-rifjut tal-infurzar imsemmija fl-Artikoli 61 u 62

Il-Qorti tal-Appell (kemm għal Malta kif ukoll għal Għawdex).  Kontestazzjoni jew appell ulterjuri mhux possibbli f'Malta, ħlief għal ritrattazzjoni skont l-Artikolu 811 tal-Kapitolu 12 tal-Liġijiet ta' Malta.

L-Artikolu 103 (1) (f) — Ismijiet, indirizzi u mezzi ta’ komunikazzjoni għall-Awtoritajiet Ċentrali maħtura biex jassistu fl-applikazzjoni tar-Regolament fi kwistjonijiet ta’ responsabbiltà tal-ġenituri. F’każ li tinħatar aktar minn Awtorità Ċentrali waħda, il-ġuriżdizzjoni ġeografika u funzjonali ta’ kull Awtorità Ċentrali għandha tiġi indikata kif imsemmi fl-Artikolu 76

L-Uffiċjal Ezekkuttiv Ewlieni, Awtorita' ta' Standards ta' Ħarsien Soċjali (SCSA), 469, Istitut Bugeja, Triq il-Kbira San Ġuzepp, Santa Venera SVR1012 Malta

Telefown: +356 25494000

Fax: +356 25494355

Imejl: feedback-scsa@gov.mt

L-Artikolu 103 (1) (g) — Jekk applikabbli, kategoriji ta’ qraba stretti, minbarra ġenituri, li magħhom il-minuri jista’ jitqiegħed fit-territorju ta’ Stat Membru, mingħajr il-kunsens minn qabel ta’ dak l-Istat Membru kif imsemmi fl-Artikolu 82

Mhux applikabbli

L-Artikolu 103 (1) (h) — Lingwi tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea għajr il-lingwa ta’ Stat Membru, li fihom jistgħu jiġu aċċettati komunikazzjonijiet lill-Awtoritajiet Ċentrali tiegħu kif imsemmi fl-Artikolu 91(3))

Mhux applikabbli.  Komunikazzjonijiet bil-Malti u/jew bl-Ingliz biss jiġu aċċettati mill-Awtorita' Ċentrali.

L-Artikolu 103 (1) (i) — Lingwi aċċettati għat-traduzzjonijiet ta’ talbiet u dokumenti li jakkumpanjawhom mibgħuta skont l-Artikoli 80, 81, 82 u ta’ partijiet b’test liberu taċ-ċertifikati kif imsemmi fl-Artikolu 91(2)

Malti u/jew Ingliz

L-aħħar aġġornament: 29/05/2023

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.