Sib informazzjoni għal kull reġjun
- Belġjube
- Bulgarijabg
- Repubblika Ċekacz
- Danimarkadk
- Ġermanjade
- Estonjaee
- Irlandaie
- Greċjael
- Spanjaes
- Franzafr
- il-Kroazjahr
- Italjait
- Ċiprucy
- Latvjalv
- Litwanjalt
- Lussemburgulu
- Ungerijahu
- Maltamt
- Olandanl
- Awstrijaat
- Polonjapl
- Portugallpt
- Rumanijaro
- Slovenjasi
- Slovakkjask
- Finlandjafi
- Svezjase
- Renju Unituk
Informazzjoni ġenerali
Ir-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) 2019/1111 tal-25 ta’ Ġunju 2019 dwar il-ġuriżdizzjoni, ir-rikonoxximent u l-infurzar ta’ deċiżjonijiet fi kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta’ responsabbiltà tal-ġenituri, u dwar sekwestru internazzjonali ta’ minuri
Ir-Regolament japplika bejn l-Istati Membri kollha tal-Unjoni Ewropea bl-eċċezzjoni tad-Danimarka.
Sentenza mogħtija fi Stat Membru għandha tiġi rikonoxxuta fl-Istati Membri l-oħra mingħajr ma tkun meħtieġa ebda proċedura speċjali.
Deċiżjoni fi kwistjonijiet ta’ responsabbiltà tal-ġenituri meħuda fi Stat Membru li hija infurzabbli f’dak l-Istat Membru għandha tkun infurzabbli fl-Istati Membri l-oħra mingħajr ma tkun meħtieġa dikjarazzjoni ta’ infurzabbiltà.
L-exequatur, proċedura intermedja meħtieġa biex jinkiseb infurzar transfruntier, hija abolita għad-deċiżjonijiet kollha. Għall-finijiet tal-infurzar fi Stat Membru ta’ deċiżjoni meħuda fi Stat Membru ieħor, il-parti li qed titlob l-infurzar għandha tipprovdi lill-awtorità kompetenti għall-infurzar: (a) kopja tad-deċiżjoni u (b) iċ-ċertifikat xieraq.
Ir-Regolament jipprevedi disa’ formoli standard.
Ir-Regolament jiffaċilita wkoll iċ-ċirkolazzjoni ta’ strumenti awtentiċi u ftehimiet dwar separazzjoni legali u divorzju jew dwar kwistjonijiet ta’ responsabbiltà tal-ġenituri bejn l-Istati Membri.
Il-mekkaniżmu għar-ritorn immedjat f’każ ta’ ħtif ta’ minuri huwa fil-biċċa l-kbira bbażat fuq il-mekkaniżmu ta’ ritorn tal-Konvenzjoni tal-Aja tal-1980, li r-Regolament jissupplimenta. Jiżgura wkoll li l-proċedura tar-ritorn tal-minuri tkun aktar mgħaġġla (limitu ta’ perjodu massimu ta’ sitt ġimgħat għall-qorti tal-prim’istanza u sitt ġimgħat għal kull qorti tal-appell). Barra minn hekk, l-Awtorità Ċentrali se jkollha tipproċessa l-applikazzjoni b’mod effiċjenti (skadenza ta’ ħamest ijiem biex tikkonferma l-wasla tal-applikazzjoni).
Ir-Regolament jagħti wkoll lill-minuri l-opportunità li jesprimu l-fehmiet tagħhom matul il-proċedimenti fi kwistjonijiet ta’ responsabbiltà tal-ġenituri u f’każijiet ta’ ħtif internazzjonali ta’ minuri.
Ir-Regolament jippromwovi kooperazzjoni aħjar bejn l-Awtoritajiet Ċentrali, li huma l-punt ta’ kuntatt dirett għall-ġenituri. Kull Stat Membru għandu jaħtar Awtorità Ċentrali waħda jew aktar biex jassistu fl-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament fi kwistjonijiet ta’ responsabbiltà tal-ġenituri.
Il-Portal Ewropew tal-Ġustizzja Elettronika jipprovdik b'informazzjoni dwar l-applikazzjoni tar-Regolament u b'għodda faċli li tintuża biex timla l-formoli.
Il-Gwida Prattika għall-applikazzjoni tar-Regolament Brussell IIb tinsab f’din il-paġna: Il-pubblikazzjonijiet tan-NĠE
Jekk jogħġbok agħżel il-bandiera tal-pajjiż rilevanti biex tikseb informazzjoni nazzjonali dettaljata.
Din il-paġna hi amministrata mill-Kummissjoni Ewropea. L-informazzjoni f’din il-paġna ma tirriflettix neċessarjament il-pożizzjoni uffiċjali tal-Kummissjoni Ewropea. Il-Kummissjoni ma taċċetta l-ebda responsabbiltà fir-rigward ta’ kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali fir-rigward tar-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-paġni Ewropej.