- SIB QRATI/AWTORITAJIET KOMPETENTI
- L-Artikolu 103(1) (a) (l-ewwel parti) - Awtoritajiet pubbliċi jew awtoritajiet oħra awtorizzati biex jistabbilixxu strument awtentiku msemmi fil-punt (2)(b) tal-Artikolu 2(2), u awtoritajiet pubbliċi awtorizzati li jirreġistraw ftehim imsemmi fil-punt (3) tal-Artikolu 2(2)
- L-Artikolu 103 (1) (a) (it-tieni parti) - Awtoritajiet amministrattivi li jagħtu l-għajnuna legali msemmija fl-Artikolu 74(2)
- L-Artikolu 103 (1) (b) (l-ewwel parti) - Qrati kompetenti biex joħorġu ċertifikati għal deċiżjoni skont l-Artikolu 36(1), u qrati u awtoritajiet kompetenti biex joħorġu ċertifikat għal strument awtentiku jew ftehim imsemmija fl-Artikolu 66
- L-Artikolu 103 (1) (b) (it-tieni parti) - Qrati kompetenti biex jirrettifikaw iċ-ċertifikati msemmija fl-Artikolu 37(1), l-Artikolu 48(1) u qrati kompetenti biex joħorġu ċertifikat li jispeċifika n-nuqqas jew il-limitazzjoni ta’ deċiżjoni ċċertifikata msemmi fl-Artikolu 49; u qrati u awtoritajiet kompetenti biex jirrettifikaw iċ-ċertifikat, maħruġ skont l-Artikolu 66(1), imsemmi fl-Artikolu 67(1);
- L-Artikolu 103 (1) (c) — Qrati kompetenti għar-rikonoxximent ta’ deċiżjoni (l-Artikolu 30(3)) jew għar-rifjut tar-rikonoxximent (l-Artikolu 40(2)), kif ukoll qrati u awtoritajiet kompetenti għar-rifjut tal-infurzar, għall-kontestazzjoni jew l-appell, u għall-kontestazzjoni jew l-appell ulterjuri msemmija fl-Artikoli 58(1), 61(2) u 62
- L-Artikolu 103 (1) (d) — Awtoritajiet kompetenti għall-infurzar imsemmija fl-Artikolu 52
- L-Artikolu 103 (1) (e) — Proċeduri ta’ rimedju kontra deċiżjoni dwar l-applikazzjoni għar-rifjut tal-infurzar imsemmija fl-Artikoli 61 u 62
- L-Artikolu 103 (1) (f) — Ismijiet, indirizzi u mezzi ta’ komunikazzjoni għall-Awtoritajiet Ċentrali maħtura biex jassistu fl-applikazzjoni tar-Regolament fi kwistjonijiet ta’ responsabbiltà tal-ġenituri. F’każ li tinħatar aktar minn Awtorità Ċentrali waħda, il-ġuriżdizzjoni ġeografika u funzjonali ta’ kull Awtorità Ċentrali għandha tiġi indikata kif imsemmi fl-Artikolu 76
- L-Artikolu 103 (1) (g) — Jekk applikabbli, kategoriji ta’ qraba stretti, minbarra ġenituri, li magħhom il-minuri jista’ jitqiegħed fit-territorju ta’ Stat Membru, mingħajr il-kunsens minn qabel ta’ dak l-Istat Membru kif imsemmi fl-Artikolu 82
- L-Artikolu 103 (1) (h) — Lingwi tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea għajr il-lingwa ta’ Stat Membru, li fihom jistgħu jiġu aċċettati komunikazzjonijiet lill-Awtoritajiet Ċentrali tiegħu kif imsemmi fl-Artikolu 91(3))
- L-Artikolu 103 (1) (i) — Lingwi aċċettati għat-traduzzjonijiet ta’ talbiet u dokumenti li jakkumpanjawhom mibgħuta skont l-Artikoli 80, 81, 82 u ta’ partijiet b’test liberu taċ-ċertifikati kif imsemmi fl-Artikolu 91(2)
Sib informazzjoni għal kull reġjun
SIB QRATI/AWTORITAJIET KOMPETENTI
L-għodda ta' tiftix hawn taħt se tgħinek tidentifika qorti/qrati jew awtorità(jiet) kompetenti għal strument legali Ewropew speċifiku. Jekk jogħġbok innota li għalkemm sar kull sforz biex tiġi aċċertata l-preċiżjoni tar-riżultati, jista' jkun hemm xi każijiet eċċezzjonali li jikkonċernaw id-determinazzjoni ta' kompetenza li mhumiex neċessarjament koperti.
L-Artikolu 103(1) (a) (l-ewwel parti) - Awtoritajiet pubbliċi jew awtoritajiet oħra awtorizzati biex jistabbilixxu strument awtentiku msemmi fil-punt (2)(b) tal-Artikolu 2(2), u awtoritajiet pubbliċi awtorizzati li jirreġistraw ftehim imsemmi fil-punt (3) tal-Artikolu 2(2)
- l-Artikolu 2(2)(2)(b): in-nutara (notaires/notarissen)
- l-Artikolu 2(2)(3): ebda informazzjoni.
L-Artikolu 103 (1) (a) (it-tieni parti) - Awtoritajiet amministrattivi li jagħtu l-għajnuna legali msemmija fl-Artikolu 74(2)
Mhux applikabbli.
L-Artikolu 103 (1) (b) (l-ewwel parti) - Qrati kompetenti biex joħorġu ċertifikati għal deċiżjoni skont l-Artikolu 36(1), u qrati u awtoritajiet kompetenti biex joħorġu ċertifikat għal strument awtentiku jew ftehim imsemmija fl-Artikolu 66
- l-Artikolu 36(1): - il-qorti tal-familja (tribunal de la famille/familierechtbank), il-qorti tal-minorenni (tribunal de la jeunesse/jeugdrechtbank), il-qorti tal-maġistrat ċivili (juge de paix/vrederechter), il-qorti tal-appell (cour d’appel/hof van beroep).
- l-Artikolu 66: nutara
L-Artikolu 103 (1) (b) (it-tieni parti) - Qrati kompetenti biex jirrettifikaw iċ-ċertifikati msemmija fl-Artikolu 37(1), l-Artikolu 48(1) u qrati kompetenti biex joħorġu ċertifikat li jispeċifika n-nuqqas jew il-limitazzjoni ta’ deċiżjoni ċċertifikata msemmi fl-Artikolu 49; u qrati u awtoritajiet kompetenti biex jirrettifikaw iċ-ċertifikat, maħruġ skont l-Artikolu 66(1), imsemmi fl-Artikolu 67(1);
- l-Artikolu 37(1): il-qorti tal-familja, il-qorti tal-minorenni, il-qorti tal-maġistrat ċivili, il-qorti tal-appell.
- l-Artikolu 48(1): il-qorti tal-familja, il-qorti tal-appell.
- l-Artikolu 49: il-qorti tal-familja, il-qorti tal-appell.
- l-Artikolu 66(3)/l-Artikolu 37(1): in-nutara.
L-Artikolu 103 (1) (c) — Qrati kompetenti għar-rikonoxximent ta’ deċiżjoni (l-Artikolu 30(3)) jew għar-rifjut tar-rikonoxximent (l-Artikolu 40(2)), kif ukoll qrati u awtoritajiet kompetenti għar-rifjut tal-infurzar, għall-kontestazzjoni jew l-appell, u għall-kontestazzjoni jew l-appell ulterjuri msemmija fl-Artikoli 58(1), 61(2) u 62
- l-Artikolu 30(3): il-qorti tal-familja.
- l-Artikolu 40(1): il-qorti tal-familja.
- l-Artikolu 58(1): il-qorti tal-familja.
- l-Artikolu 61(2): - il-qorti tal-familja u l-qorti tal-appell.
- l-Artikolu 62: - il-qorti tal-appell u l-qorti tal-kassazzjoni (cour de cassation/hof van cassatie).
L-Artikolu 103 (1) (d) — Awtoritajiet kompetenti għall-infurzar imsemmija fl-Artikolu 52
L-uffiċjali ġudizzjarji (huissiers de justice / gerechtsdeurwaarders).
L-Artikolu 103 (1) (e) — Proċeduri ta’ rimedju kontra deċiżjoni dwar l-applikazzjoni għar-rifjut tal-infurzar imsemmija fl-Artikoli 61 u 62
- l-Artikolu 61: proċedimenti ta’ appell u ta’ oppożizzjoni.
- l-Artikolu 62: proċedimenti ta’ appell u ta’ kassazzjoni.
L-Artikolu 103 (1) (f) — Ismijiet, indirizzi u mezzi ta’ komunikazzjoni għall-Awtoritajiet Ċentrali maħtura biex jassistu fl-applikazzjoni tar-Regolament fi kwistjonijiet ta’ responsabbiltà tal-ġenituri. F’każ li tinħatar aktar minn Awtorità Ċentrali waħda, il-ġuriżdizzjoni ġeografika u funzjonali ta’ kull Awtorità Ċentrali għandha tiġi indikata kif imsemmi fl-Artikolu 76
Id-Dipartiment Federali tal-Ġustizzja (Service Public Fédéral Justice / Federale Overheidsdienst Justitie), id-Direttorat Ġenerali għal-Leġiżlazzjoni, id-Drittijiet Fundamentali u l-Libertajiet (Direction générale de la Législation et des Libertés et Droits fondamentaux / Directoraat-generaal Wetgeving en Fundamentele Rechten en Vrijheden)
Kooperazzjoni ċivili internazzjonali (Service de coopération internationale civile / Dienst Internationale rechtshulp in burgerlijke zaken)
Punt ta’ kuntatt Federali għall-ħtif internazzjonali ta’ minuri (Il-punt ta’ kuntatt federali “Enlèvement international d'enfants » / Federaal Aanspreekpunt Internationale Kinderontvoeringen”)
Indirizz amministrattiv: Boulevard de Waterloo 115
Belt/muniċipalità: Brussell
Kodiċi postali: 1000
Tel.: +32 (0)2 542 67 00 (24/7)
Posta elettronika: rapt-parental@just.fgov.be
Indirizz web: https://justice.belgium.be/fr/themes_et_dossiers/enfants_et_jeunes/enlevement_international_denfants/contact
Lingwi aċċettati: il-Franċiż (FR), l-Olandiż (NL), il-Ġermaniż (DE), l-Ingliż (EN).
L-Artikolu 103 (1) (g) — Jekk applikabbli, kategoriji ta’ qraba stretti, minbarra ġenituri, li magħhom il-minuri jista’ jitqiegħed fit-territorju ta’ Stat Membru, mingħajr il-kunsens minn qabel ta’ dak l-Istat Membru kif imsemmi fl-Artikolu 82
Mhux applikabbli.
L-Artikolu 103 (1) (h) — Lingwi tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea għajr il-lingwa ta’ Stat Membru, li fihom jistgħu jiġu aċċettati komunikazzjonijiet lill-Awtoritajiet Ċentrali tiegħu kif imsemmi fl-Artikolu 91(3))
L-Ingliż apparti mit-tliet lingwi nazzjonali: l-Olandiż, il-Franċiż u l-Ġermaniż.
L-Artikolu 103 (1) (i) — Lingwi aċċettati għat-traduzzjonijiet ta’ talbiet u dokumenti li jakkumpanjawhom mibgħuta skont l-Artikoli 80, 81, 82 u ta’ partijiet b’test liberu taċ-ċertifikati kif imsemmi fl-Artikolu 91(2)
- l-Artikolu 80(3): il-lingwa uffiċjali tal-post fejn se tiġi ppreżentata l-applikazzjoni (FR-NL-DE). Qabel ma tippreżenta applikazzjoni, huwa rrakkomandat li tikkuntattja lill-awtorità ċentrali Belġjana biex tivverifika għal liema lingwa l-applikazzjoni trid tiġi tradotta.
- l-Artikoli 81(2) u 82(2): il-lingwa uffiċjali tal-post fejn għandha tiġi pproċessata l-applikazzjoni. (FR-NL-DE). Qabel ma tippreżenta applikazzjoni, huwa rrakkomandat li tikkuntattja lill-awtorità ċentrali Belġjana biex tivverifika għal liema lingwa l-applikazzjoni trid tiġi tradotta.
- l-Artikolu 91(2): il-lingwi uffiċjali biss huma aċċettati. Qabel ma tippreżenta applikazzjoni, huwa rrakkomandat li tikkuntattja lill-awtorità ċentrali Belġjana biex tivverifika għal liema lingwa l-applikazzjoni trid tiġi tradotta.
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.