Ir-Regolament Brussell IIb - Kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta’ responsabbiltà tal-ġenituri (riformulazzjoni)

Bulgarija

Il-kontenut ipprovdut minn
Bulgarija

L-Artikolu 103(1) (a) (l-ewwel parti) - Awtoritajiet pubbliċi jew awtoritajiet oħra awtorizzati biex jistabbilixxu strument awtentiku msemmi fil-punt (2)(b) tal-Artikolu 2(2), u awtoritajiet pubbliċi awtorizzati li jirreġistraw ftehim imsemmi fil-punt (3) tal-Artikolu 2(2)

- L-Artikolu 2(2)(2)(b) – Ma hemm l-ebda strument awtentiku skont il-liġi Bulgara skont it-tifsira tar-Regolament, fil-qasam ta’ materji matrimonjali u materji ta’ responsabbiltà tal-ġenituri, u għalhekk ma għandna l-ebda awtorità x’niddikjaraw.

- L-Artikolu 2(2)(3) – Ma hemm l-ebda ftehim skont il-liġi Bulgara relatat ma’ materji matrimonjali u materji ta’ responsabbiltà tal-ġenituri, u għalhekk ma għandna l-ebda awtorità x’niddikjaraw.

L-Artikolu 103 (1) (a) (it-tieni parti) - Awtoritajiet amministrattivi li jagħtu l-għajnuna legali msemmija fl-Artikolu 74(2)

L-Artikolu 74(2) – Ma hemm l-ebda awtorità amministrattiva skont il-liġi Bulgara skont it-tifsira tar-Regolament, fil-qasam ta’ materji matrimonjali u materji ta’ responsabbiltà tal-ġenituri, u għalhekk ma għandna l-ebda awtorità x’niddikjaraw.

L-Artikolu 103 (1) (b) (l-ewwel parti) - Qrati kompetenti biex joħorġu ċertifikati għal deċiżjoni skont l-Artikolu 36(1), u qrati u awtoritajiet kompetenti biex joħorġu ċertifikat għal strument awtentiku jew ftehim imsemmija fl-Artikolu 66

L-Artikolu 36(1) – il-ħruġ ta’ ċertifikati li jikkonċernaw deċiżjonijiet tal-qorti:

  • L-Anness II – iċ-ċertifikat dwar deċiżjonijiet f’materji matrimonjali jinħareġ mill-qorti distrettwali (rayonen sad);
  • L-Anness III – iċ-ċertifikat dwar deċiżjonijiet f’materji ta’ responsabbiltà tal-ġenituri jinħareġ mill-qorti distrettwali;
  • L-Anness IV – iċ-ċertifikat ta’ ritorn ta’ wild minuri wara proċedura skont il-Konvenzjoni ta’ The Hague tal-1980 jinħareġ mill-Qorti tal-Belt ta’ Sofija (Sofiyski gradski sad).

L-Artikolu 66 – Ma hemm l-ebda dokument jew ftehim awtentiku fil-Bulgarija skont it-tifsira tal-Artikolu 2(2)(3), relatat ma’ materji matrimonjali u materji ta’ responsabbiltà tal-ġenituri.

L-Artikolu 103 (1) (b) (it-tieni parti) - Qrati kompetenti biex jirrettifikaw iċ-ċertifikati msemmija fl-Artikolu 37(1), l-Artikolu 48(1) u qrati kompetenti biex joħorġu ċertifikat li jispeċifika n-nuqqas jew il-limitazzjoni ta’ deċiżjoni ċċertifikata msemmi fl-Artikolu 49; u qrati u awtoritajiet kompetenti biex jirrettifikaw iċ-ċertifikat, maħruġ skont l-Artikolu 66(1), imsemmi fl-Artikolu 67(1);

L-Artikolu 37 – rettifika ta’ ċertifikat dwar deċiżjoni tal-qorti – il-qorti kompetenti hija l-qorti li tkun ħarġet iċ-ċertifikat:

  • L-Anness II – iċ-ċertifikat dwar deċiżjonijiet f’materji matrimonjali jiġi rrettifikat mill-qorti distrettwali;
  • L-Anness III – iċ-ċertifikat dwar deċiżjonijiet f’materji ta’ responsabbiltà tal-ġenituri jiġi rrettifikat mill-qorti distrettwali;
  • L-Anness IV – iċ-ċertifikat ta’ ritorn ta’ wild minuri wara proċedura skont il-Konvenzjoni ta’ The Hague tal-1980 jiġi rrettifikat mill-Qorti tal-Belt ta’ Sofija.

L-Artikolu 48(1) – ir-rettifika u l-irtirar ta’ ċertifikat maħruġ għal deċiżjonijiet privileġġati:

Il-qorti kompetenti għar-rettifika u l-irtirar taċ-ċertifikat hija l-qorti distrettwali.

- L-Artikolu 49 – ċertifikat dwar in-nuqqas jew il-limitazzjoni tal-eżegwibbiltà – il-qorti kompetenti hija l-qorti distrettwali.

L-Artikolu 66(1) flimkien mal-Artikolu 67(1) – mhux applikabbli.

L-Artikolu 103 (1) (c) — Qrati kompetenti għar-rikonoxximent ta’ deċiżjoni (l-Artikolu 30(3)) jew għar-rifjut tar-rikonoxximent (l-Artikolu 40(2)), kif ukoll qrati u awtoritajiet kompetenti għar-rifjut tal-infurzar, għall-kontestazzjoni jew l-appell, u għall-kontestazzjoni jew l-appell ulterjuri msemmija fl-Artikoli 58(1), 61(2) u 62

Jekk jogħġbok innota li l-verżjoni bil-lingwa oriġinali ta' din il-paġna il-Bulgaru ġiet emendata reċentement. Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.
Jekk jogħġbok innota li dawn il-lingwi li ġejjin: l-Ingliżil-Franċiż diġà ġew tradotti.

- L-Artikolu 30(3) – il-qorti kompetenti hija l-qorti provinċjali (okrazhen sad).

L-Artikolu 52 – il-korp kompetenti huwa l-uffiċjal ġudizzjarju (sadeben izpalnitel).

- L-Artikolu 40(1) – il-qorti kompetenti hija l-qorti provinċjali.

- L-Artikolu 58(1) – il-qorti kompetenti hija l-qorti provinċjali.

L-Artikolu 61(2) – il-qorti kompetenti hija l-qorti tal-appell (apelativen sad) għar-reġjun tal-qorti li tkun iddeċidiet dwar ir-rifjut tal-eżekuzzjoni.

L-Artikolu 62 – il-qorti kompetenti hija l-Qorti Suprema tal-Kassazzjoni (Varhoven kasatsionen sad).

L-Artikolu 103 (1) (d) — Awtoritajiet kompetenti għall-infurzar imsemmija fl-Artikolu 52

L-Artikolu 52 – il-korp kompetenti huwa l-uffiċjal ġudizzjarju.

L-Artikolu 103 (1) (e) — Proċeduri ta’ rimedju kontra deċiżjoni dwar l-applikazzjoni għar-rifjut tal-infurzar imsemmija fl-Artikoli 61 u 62

L-Artikolu 61 – il-proċedura ta’ appell intermedja stabbilita fil-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili (il-Kapitolu 20).

L-Artikolu 62 – il-proċedura ta’ appell ta’ kassazzjoni stabbilita fil-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili (il-Kapitolu 22).

L-Artikolu 103 (1) (f) — Ismijiet, indirizzi u mezzi ta’ komunikazzjoni għall-Awtoritajiet Ċentrali maħtura biex jassistu fl-applikazzjoni tar-Regolament fi kwistjonijiet ta’ responsabbiltà tal-ġenituri. F’każ li tinħatar aktar minn Awtorità Ċentrali waħda, il-ġuriżdizzjoni ġeografika u funzjonali ta’ kull Awtorità Ċentrali għandha tiġi indikata kif imsemmi fl-Artikolu 76

Jekk jogħġbok innota li l-verżjoni bil-lingwa oriġinali ta' din il-paġna il-Bulgaru ġiet emendata reċentement. Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.
Jekk jogħġbok innota li dawn il-lingwi li ġejjin: l-Ingliżil-Franċiż diġà ġew tradotti.

Il-Ministeru għall-Ġustizzja

- Għal materji ta’ responsabbiltà tal-ġenituri – id-Direttorat għall-Protezzjoni Internazzjonali u l-Adozzjonijiet Internazzjonali tat-Tfal, ul. Slavyanska Nru 1, Sofija; dettalji ta’ kuntatt – permezz ta’ kanali uffiċjali u permezz tal-email, tel. 0035929237396, 0035929237332, mpzdmo@justice.government.bg.

- Għal materji matrimonjali - id-Direttorat għall-Kooperazzjoni Legali Internazzjonali u l-Affarijiet Ewropej, ul. Slavyanska Nru 1, Sofija; dettalji ta’ kuntatt – permezz ta’ kanali uffiċjali u permezz tal-email, tel. 0035929237415, civil@justice.government.bg.

L-Artikolu 103 (1) (g) — Jekk applikabbli, kategoriji ta’ qraba stretti, minbarra ġenituri, li magħhom il-minuri jista’ jitqiegħed fit-territorju ta’ Stat Membru, mingħajr il-kunsens minn qabel ta’ dak l-Istat Membru kif imsemmi fl-Artikolu 82

Jekk jogħġbok innota li l-verżjoni bil-lingwa oriġinali ta' din il-paġna il-Bulgaru ġiet emendata reċentement. Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.
Jekk jogħġbok innota li dawn il-lingwi li ġejjin: l-Ingliżil-Franċiż diġà ġew tradotti.

Il-Bulgarija teħtieġ kunsens fil-każijiet kollha ta’ tqegħid ta’ tfal fil-pajjiż.

L-Artikolu 103 (1) (h) — Lingwi tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea għajr il-lingwa ta’ Stat Membru, li fihom jistgħu jiġu aċċettati komunikazzjonijiet lill-Awtoritajiet Ċentrali tiegħu kif imsemmi fl-Artikolu 91(3))

L-Ingliż u l-Franċiż.

L-Artikolu 103 (1) (i) — Lingwi aċċettati għat-traduzzjonijiet ta’ talbiet u dokumenti li jakkumpanjawhom mibgħuta skont l-Artikoli 80, 81, 82 u ta’ partijiet b’test liberu taċ-ċertifikati kif imsemmi fl-Artikolu 91(2)

L-Artikolu 80(3) – id-dokumenti jridu jiġu tradotti għall-Bulgaru biss.

L-Artikolu 81(2) – id-dokumenti jridu jiġu tradotti għall-Bulgaru biss.

L-Artikolu 82(4) – id-dokumenti jridu jiġu tradotti għall-Bulgaru biss.

L-Artikolu 91(2) – id-dokumenti jridu jiġu tradotti għall-Bulgaru biss.

L-aħħar aġġornament: 10/05/2024

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.