Ir-Regolament Brussell IIb - Kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta’ responsabbiltà tal-ġenituri (riformulazzjoni)

il-Kroazja

Il-kontenut ipprovdut minn
il-Kroazja

SIB QRATI/AWTORITAJIET KOMPETENTI

L-għodda ta' tiftix hawn taħt se tgħinek tidentifika qorti/qrati jew awtorità(jiet) kompetenti għal strument legali Ewropew speċifiku. Jekk jogħġbok innota li għalkemm sar kull sforz biex tiġi aċċertata l-preċiżjoni tar-riżultati, jista' jkun hemm xi każijiet eċċezzjonali li jikkonċernaw id-determinazzjoni ta' kompetenza li mhumiex neċessarjament koperti.

il-Kroazja

Liġi tal-Familja - Ir-Regolament Brussell IIb - Kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta’ responsabbiltà tal-ġenituri (riformulazzjoni)


*input mandatarju

L-Artikolu 103(1) (a) (l-ewwel parti) - Awtoritajiet pubbliċi jew awtoritajiet oħra awtorizzati biex jistabbilixxu strument awtentiku msemmi fil-punt (2)(b) tal-Artikolu 2(2), u awtoritajiet pubbliċi awtorizzati li jirreġistraw ftehim imsemmi fil-punt (3) tal-Artikolu 2(2)

L-Artikolu 103(a) – l-ewwel parti:

Is-sistema legali Kroata ma tirrikonoxxix il-ħruġ tal-istrumenti awtentiċi jew tal-ftehimiet imsemmija hawn fuq.

L-Artikolu 103 (1) (a) (it-tieni parti) - Awtoritajiet amministrattivi li jagħtu l-għajnuna legali msemmija fl-Artikolu 74(2)

L-Artikolu 103(a) – it-tieni parti:

L-awtoritajiet amministrattivi fil-kontej u fil-Belt ta’ Zagreb huma kompetenti biex jagħtu għajnuna legali skont l-Artikolu 74(2) tar-Regolament.

L-Artikolu 103 (1) (b) (l-ewwel parti) - Qrati kompetenti biex joħorġu ċertifikati għal deċiżjoni skont l-Artikolu 36(1), u qrati u awtoritajiet kompetenti biex joħorġu ċertifikat għal strument awtentiku jew ftehim imsemmija fl-Artikolu 66

L-Artikolu 36(1)

Il-qrati kompetenti biex joħorġu ċ-ċertifikati msemmija fl-Artikolu 36(1) huma l-qrati muniċipali (općinski sudovi; sing. općinski sud) li jkunu ħarġu d-deċiżjoni li ċ-ċertifikat huwa relatat magħha.

L-Artikolu 66

Is-sistema legali Kroata ma tirrikonoxxix il-ħruġ tal-istrumenti awtentiċi jew tal-ftehimiet imsemmija hawn fuq.

L-Artikolu 103 (1) (b) (it-tieni parti) - Qrati kompetenti biex jirrettifikaw iċ-ċertifikati msemmija fl-Artikolu 37(1), l-Artikolu 48(1) u qrati kompetenti biex joħorġu ċertifikat li jispeċifika n-nuqqas jew il-limitazzjoni ta’ deċiżjoni ċċertifikata msemmi fl-Artikolu 49; u qrati u awtoritajiet kompetenti biex jirrettifikaw iċ-ċertifikat, maħruġ skont l-Artikolu 66(1), imsemmi fl-Artikolu 67(1);

Il-qrati kompetenti biex jirrettifikaw iċ-ċertifikati msemmija fl-Artikoli 37(1) u 48(1) u l-qrati u l-awtoritajiet kompetenti biex joħorġu ċertifikati dwar in-nuqqas jew il-limitazzjoni tal-eżegwibbiltà msemmija fl-Artikolu 49 huma l-qrati muniċipali li jkunu ħarġu d-deċiżjoni li ċ-ċertifikat huwa relatat magħha.

Fir-rigward tan-notifiki li jikkonċernaw l-awtoritajiet kompetenti biex jirrettifikaw strumenti awtentiċi jew ftehimiet skont l-Artikolu 67(1) tar-Regolament (UE) 2019/1111, dan ma huwiex applikabbli fil-Kroazja, peress li l-istrumenti awtentiċi u l-ftehimiet ma jeżistux fil-Kroazja jew is-sistema legali Kroata ma tirrikonoxxix il-ħruġ ta’ strumenti awtentiċi jew ftehimiet (ara n-notifika dwar l-Artikoli 2(2)(2)(b) u 2(2)(3).

Għaldaqstant, ma hemm l-ebda awtorità kompetenti biex tirrettifika strumenti awtentiċi jew ftehimiet skont l-Artikolu 67(1) tar-Regolament.

L-Artikolu 103 (1) (c) — Qrati kompetenti għar-rikonoxximent ta’ deċiżjoni (l-Artikolu 30(3)) jew għar-rifjut tar-rikonoxximent (l-Artikolu 40(2)), kif ukoll qrati u awtoritajiet kompetenti għar-rifjut tal-infurzar, għall-kontestazzjoni jew l-appell, u għall-kontestazzjoni jew l-appell ulterjuri msemmija fl-Artikoli 58(1), 61(2) u 62

L-Artikolu 30(3)

Fil-Kroazja, il-qrati muniċipali għandhom ġuriżdizzjoni ratione materiae biex jirrikonoxxu d-deċiżjonijiet ta’ qrati barranin (l-Artikolu 18 tal-Att dwar il-Qrati, Narodne Novine (NN; il-Gazzetta Uffiċjali tar-Repubblika tal-Kroazja) Nri 28/13, 33/15, 82/15 u 67/18).

L-Artikolu 40(2)

Il-qorti b’ġuriżdizzjoni territorjali biex tirrikonoxxi u teżegwixxi deċiżjonijiet ta’ qrati barranin hija l-qorti li l-parti li jintalab ir-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni kontriha jkollha d-domiċilju tagħha fit-territorju tagħha jew il-qorti li l-eżekuzzjoni trid titwettaq fit-territorju tagħha. Jekk il-parti li ir-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni jintalbu kontriha ma jkollhiex id-domiċilju tagħha fil-Kroazja, u jekk l-eżekuzzjoni ma jkollhiex għalfejn titwettaq fil-Kroazja, tista’ tiġi ppreżentata mozzjoni f’waħda mill-qrati b’ġuriżdizzjoni ratione materiae fil-Kroazja.

Il-partijiet jistgħu jressqu appell kontra deċiżjoni dwar ir-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ deċiżjoni ta’ qorti barranija fi żmien 15-il jum mid-data tan-notifika tad-deċiżjoni.

Jekk ma tkun ittieħdet l-ebda deċiżjoni finali dwar ir-rikonoxximent ta’ deċiżjoni ta’ qorti barranija, kwalunkwe qorti tista’ tiddeċiedi dwar ir-rikonoxximent ta’ dik id-deċiżjoni fi proċedimenti bħala kwistjoni preliminari, iżda biss b’effett għal dawk il-proċedimenti.

L-Artikolu 58(1)

Il-qrati muniċipali għandhom ġuriżdizzjoni ratione materiae biex jirrifjutaw l-eżekuzzjoni ta’ deċiżjonijiet ta’ qrati barranin fil-Kroazja (l-Artikolu 18 tal-Att dwar il-Qrati, NN Nri 28/13, 33/15, 82/15 u 67/18).

L-Artikolu 61(2)

Il-qrati tal-kontej (županijski sudovi; sing. županijski sud) jiddeċiedu dwar appelli kontra d-deċiżjonijiet kollha tal-qrati muniċipali f’kawżi ċivili.

L-Artikolu 62

Appell jista’ jiġi ppreżentat kontra deċiżjoni tal-qorti tal-kontea fil-forma ta’ stħarriġ straordinarju bil-permess tal-Qorti Suprema (Vrhovni sud), jekk jiġi ppreżentat għal kwistjoni sostantiva jew proċedurali partikolarment importanti.

L-Artikolu 103 (1) (d) — Awtoritajiet kompetenti għall-infurzar imsemmija fl-Artikolu 52

Il-qrati muniċipali għandhom ġuriżdizzjoni ratione materiae biex jeżegwixxu deċiżjonijiet ta’ qrati barranin fil-Kroazja (l-Artikolu 18 tal-Att dwar il-Qrati, NN Nri 28/13, 33/15, 82/15 u 67/18).

L-Artikolu 103 (1) (e) — Proċeduri ta’ rimedju kontra deċiżjoni dwar l-applikazzjoni għar-rifjut tal-infurzar imsemmija fl-Artikoli 61 u 62

Il-proċedura ta’ rimedju kontra deċiżjoni dwar talba għal rifjut ta’ eżekuzzjoni tikkonsisti f’appell lill-qorti tal-kontea (il-qrati tal-kontej ta’ Pula, Split u Zagreb huma kompetenti f’din il-materja).

Huwa possibbli appell straordinarju fil-forma ta’ stħarriġ straordinarju.

L-Artikolu 103 (1) (f) — Ismijiet, indirizzi u mezzi ta’ komunikazzjoni għall-Awtoritajiet Ċentrali maħtura biex jassistu fl-applikazzjoni tar-Regolament fi kwistjonijiet ta’ responsabbiltà tal-ġenituri. F’każ li tinħatar aktar minn Awtorità Ċentrali waħda, il-ġuriżdizzjoni ġeografika u funzjonali ta’ kull Awtorità Ċentrali għandha tiġi indikata kif imsemmi fl-Artikolu 76

L-Awtorità Ċentrali maħtura biex tassisti fl-applikazzjoni tar-Regolament hija l-Ministeru għax-Xogħol, is-Sistema tal-Pensjoni, il-Familja u l-Politika Soċjali.

L-indirizz u d-dettalji ta’ kuntatt tal-Awtorità Ċentrali huma:

Ulica grada Vukovara 78

10000 Zagreb, il-Kroazja

Posta elettronika: pisarnica@mrosp.hr

Telefown: + 385 1 5557 015, + 385 1 5557 363

L-Artikolu 103 (1) (g) — Jekk applikabbli, kategoriji ta’ qraba stretti, minbarra ġenituri, li magħhom il-minuri jista’ jitqiegħed fit-territorju ta’ Stat Membru, mingħajr il-kunsens minn qabel ta’ dak l-Istat Membru kif imsemmi fl-Artikolu 82

F’konformità mal-Artikolu 82, il-kunsens tal-Kroazja ma huwiex meħtieġ għat-tqegħid ta’ wild mal-ġenituri jew mal-qraba. Għall-finijiet tal-Artikolu 82(2) tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2019/1111, in-nanniet, iz-zijiet, l-aħwa/l-aħwa mill-missier jew mill-omm biss u t-tfal tal-aħwa/tal-aħwa mill-missier jew mill-omm biss huma kkunsidrati bħala qraba.

L-Artikolu 103 (1) (h) — Lingwi tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea għajr il-lingwa ta’ Stat Membru, li fihom jistgħu jiġu aċċettati komunikazzjonijiet lill-Awtoritajiet Ċentrali tiegħu kif imsemmi fl-Artikolu 91(3))

Il-Ministeru għax-Xogħol, is-Sistema tal-Pensjoni, il-Familja u l-Politika Soċjali, bħala l-Awtorità Ċentrali Kroata, jaċċetta notifiki kemm bil-Kroat kif ukoll bl-Ingliż għal komunikazzjonijiet mal-Awtoritajiet Ċentrali ta’ Stati Membri oħra.

L-Artikolu 103 (1) (i) — Lingwi aċċettati għat-traduzzjonijiet ta’ talbiet u dokumenti li jakkumpanjawhom mibgħuta skont l-Artikoli 80, 81, 82 u ta’ partijiet b’test liberu taċ-ċertifikati kif imsemmi fl-Artikolu 91(2)

It-talba u kwalunkwe dokument addizzjonali jridu jkunu akkumpanjati minn traduzzjoni bil-Kroat, bħala l-lingwa uffiċjali tal-Istat Membru rikjest.

L-aħħar aġġornament: 02/04/2024

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.