- SIB QRATI/AWTORITAJIET KOMPETENTI
- L-Artikolu 103(1) (a) (l-ewwel parti) - Awtoritajiet pubbliċi jew awtoritajiet oħra awtorizzati biex jistabbilixxu strument awtentiku msemmi fil-punt (2)(b) tal-Artikolu 2(2), u awtoritajiet pubbliċi awtorizzati li jirreġistraw ftehim imsemmi fil-punt (3) tal-Artikolu 2(2)
- L-Artikolu 103 (1) (a) (it-tieni parti) - Awtoritajiet amministrattivi li jagħtu l-għajnuna legali msemmija fl-Artikolu 74(2)
- L-Artikolu 103 (1) (b) (l-ewwel parti) - Qrati kompetenti biex joħorġu ċertifikati għal deċiżjoni skont l-Artikolu 36(1), u qrati u awtoritajiet kompetenti biex joħorġu ċertifikat għal strument awtentiku jew ftehim imsemmija fl-Artikolu 66
- L-Artikolu 103 (1) (b) (it-tieni parti) - Qrati kompetenti biex jirrettifikaw iċ-ċertifikati msemmija fl-Artikolu 37(1), l-Artikolu 48(1) u qrati kompetenti biex joħorġu ċertifikat li jispeċifika n-nuqqas jew il-limitazzjoni ta’ deċiżjoni ċċertifikata msemmi fl-Artikolu 49; u qrati u awtoritajiet kompetenti biex jirrettifikaw iċ-ċertifikat, maħruġ skont l-Artikolu 66(1), imsemmi fl-Artikolu 67(1);
- L-Artikolu 103 (1) (c) — Qrati kompetenti għar-rikonoxximent ta’ deċiżjoni (l-Artikolu 30(3)) jew għar-rifjut tar-rikonoxximent (l-Artikolu 40(2)), kif ukoll qrati u awtoritajiet kompetenti għar-rifjut tal-infurzar, għall-kontestazzjoni jew l-appell, u għall-kontestazzjoni jew l-appell ulterjuri msemmija fl-Artikoli 58(1), 61(2) u 62
- L-Artikolu 103 (1) (d) — Awtoritajiet kompetenti għall-infurzar imsemmija fl-Artikolu 52
- L-Artikolu 103 (1) (e) — Proċeduri ta’ rimedju kontra deċiżjoni dwar l-applikazzjoni għar-rifjut tal-infurzar imsemmija fl-Artikoli 61 u 62
- L-Artikolu 103 (1) (f) — Ismijiet, indirizzi u mezzi ta’ komunikazzjoni għall-Awtoritajiet Ċentrali maħtura biex jassistu fl-applikazzjoni tar-Regolament fi kwistjonijiet ta’ responsabbiltà tal-ġenituri. F’każ li tinħatar aktar minn Awtorità Ċentrali waħda, il-ġuriżdizzjoni ġeografika u funzjonali ta’ kull Awtorità Ċentrali għandha tiġi indikata kif imsemmi fl-Artikolu 76
- L-Artikolu 103 (1) (g) — Jekk applikabbli, kategoriji ta’ qraba stretti, minbarra ġenituri, li magħhom il-minuri jista’ jitqiegħed fit-territorju ta’ Stat Membru, mingħajr il-kunsens minn qabel ta’ dak l-Istat Membru kif imsemmi fl-Artikolu 82
- L-Artikolu 103 (1) (h) — Lingwi tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea għajr il-lingwa ta’ Stat Membru, li fihom jistgħu jiġu aċċettati komunikazzjonijiet lill-Awtoritajiet Ċentrali tiegħu kif imsemmi fl-Artikolu 91(3))
- L-Artikolu 103 (1) (i) — Lingwi aċċettati għat-traduzzjonijiet ta’ talbiet u dokumenti li jakkumpanjawhom mibgħuta skont l-Artikoli 80, 81, 82 u ta’ partijiet b’test liberu taċ-ċertifikati kif imsemmi fl-Artikolu 91(2)
Sib informazzjoni għal kull reġjun
SIB QRATI/AWTORITAJIET KOMPETENTI
L-għodda ta' tiftix hawn taħt se tgħinek tidentifika qorti/qrati jew awtorità(jiet) kompetenti għal strument legali Ewropew speċifiku. Jekk jogħġbok innota li għalkemm sar kull sforz biex tiġi aċċertata l-preċiżjoni tar-riżultati, jista' jkun hemm xi każijiet eċċezzjonali li jikkonċernaw id-determinazzjoni ta' kompetenza li mhumiex neċessarjament koperti.
L-Artikolu 103(1) (a) (l-ewwel parti) - Awtoritajiet pubbliċi jew awtoritajiet oħra awtorizzati biex jistabbilixxu strument awtentiku msemmi fil-punt (2)(b) tal-Artikolu 2(2), u awtoritajiet pubbliċi awtorizzati li jirreġistraw ftehim imsemmi fil-punt (3) tal-Artikolu 2(2)
- L-awtorità msemmija fil-punt (b) tal-punt (2) tal-Artikolu 2(2): Kwalunkwe awtorità amministrattiva u ċ-Ċentri tas-Servizzi taċ-Ċittadini (KEP). Barra minn hekk, l-avukati u n-nutara, skont id-dispożizzjonijiet li jirregolaw l-eżerċizzju tal-funzjonijiet tagħhom.
- L-awtorità msemmija fil-punt (3) tal-Artikolu 2(2): Il-qorti kompetenti tal-prim’istanza b’membru wieħed (monomelés protodikeío) jew nutar.
- L-awtorità msemmija fil-punt (b) tal-punt (2) tal-Artikolu 2(2): -
L-Artikolu 103 (1) (a) (it-tieni parti) - Awtoritajiet amministrattivi li jagħtu l-għajnuna legali msemmija fl-Artikolu 74(2)
Fil-Greċja, l-“awtoritajiet amministrattivi” ma humiex involuti fil-proċedura tal-għoti ta’ għajnuna legali. L-awtoritajiet kompetenti huma l-qrati b’ġuriżdizzjoni ratione loci u ratione materiae.
L-Artikolu 103 (1) (b) (l-ewwel parti) - Qrati kompetenti biex joħorġu ċertifikati għal deċiżjoni skont l-Artikolu 36(1), u qrati u awtoritajiet kompetenti biex joħorġu ċertifikat għal strument awtentiku jew ftehim imsemmija fl-Artikolu 66
Il-korp kompetenti biex joħroġ iċ-ċertifikati kif imsemmi fl-Artikolu 36(1) huwa l-qorti li tkun ħarġet id-deċiżjoni jew l-awtorità (in-nutar) li tkun ħarġet id-dokument.
Il-korp kompetenti biex joħroġ iċ-ċertifikati kif imsemmi fl-Artikolu 66 huwa l-qorti li tkun ħarġet id-deċiżjoni jew l-awtorità (in-nutar) li tkun ħarġet id-dokument.
L-Artikolu 103 (1) (b) (it-tieni parti) - Qrati kompetenti biex jirrettifikaw iċ-ċertifikati msemmija fl-Artikolu 37(1), l-Artikolu 48(1) u qrati kompetenti biex joħorġu ċertifikat li jispeċifika n-nuqqas jew il-limitazzjoni ta’ deċiżjoni ċċertifikata msemmi fl-Artikolu 49; u qrati u awtoritajiet kompetenti biex jirrettifikaw iċ-ċertifikat, maħruġ skont l-Artikolu 66(1), imsemmi fl-Artikolu 67(1);
Il-qorti kompetenti biex tirrettifika jew tirtira ċ-ċertifikati hija l-qorti li tkun ħarġet id-deċiżjoni.
Il-qorti kompetenti biex toħroġ ċertifikat dwar nuqqas jew limitazzjoni tal-eżegwibbiltà ta’ deċiżjoni ċċertifikata hija l-qorti li tkun ħadet id-deċiżjoni.
L-Artikolu 103 (1) (c) — Qrati kompetenti għar-rikonoxximent ta’ deċiżjoni (l-Artikolu 30(3)) jew għar-rifjut tar-rikonoxximent (l-Artikolu 40(2)), kif ukoll qrati u awtoritajiet kompetenti għar-rifjut tal-infurzar, għall-kontestazzjoni jew l-appell, u għall-kontestazzjoni jew l-appell ulterjuri msemmija fl-Artikoli 58(1), 61(2) u 62
Il-qorti kompetenti għar-rikonoxximent ta’ deċiżjoni (l-Artikolu 30(3)), għar-rifjut tar-rikonoxximent (l-Artikolu 40(2)) u r-rifjut tal-eżekuzzjoni (l-Artikolu 58(1)) hija l-qorti tal-prim’istanza b’membru wieħed tal-post ta’ residenza tal-persuna li l-eżekuzzjoni tintalab kontriha. Jekk il-post ta’ residenza ta’ dik il-persuna ma jkunx magħruf, jitqies ir-reġjun tal-post ta’ residenza tagħha. Jekk lanqas dan ma jkun magħruf, il-qorti kompetenti tkun il-Qorti tal-Prim’Istanza b’Membru Wieħed ta’ Ateni.
Il-qorti kompetenti għal kontestazzjoni jew appell (l-Artikolu 61(2)) hija l-qorti tal-appell (efeteío).
Il-qorti kompetenti għal kontestazzjoni jew appell ulterjuri (l-Artikolu 62) hija l-Qorti Suprema (Áreios Págos).
L-Artikolu 103 (1) (d) — Awtoritajiet kompetenti għall-infurzar imsemmija fl-Artikolu 52
L-awtorità kompetenti għall-eżekuzzjoni hija l-uffiċjal ġudizzjarju (dikastikós epimelitís).
L-Artikolu 103 (1) (e) — Proċeduri ta’ rimedju kontra deċiżjoni dwar l-applikazzjoni għar-rifjut tal-infurzar imsemmija fl-Artikoli 61 u 62
Il-kontestazzjonijiet u l-appelli, kif imsemmija fl-Artikolu 61, jiġu ppreżentati (fil-forma tar-rimedju legali tal-appell (éfesi)) quddiem il-qorti tal-appell, filwaqt li kontestazzjonijiet u appelli ulterjuri, kif imsemmi fl-Artikolu 62, jiġu ppreżentati (fil-forma tar-rimedju legali tal-appell fil-kassazzjoni (anaíresi)) quddiem il-Qorti Suprema.
L-Artikolu 103 (1) (f) — Ismijiet, indirizzi u mezzi ta’ komunikazzjoni għall-Awtoritajiet Ċentrali maħtura biex jassistu fl-applikazzjoni tar-Regolament fi kwistjonijiet ta’ responsabbiltà tal-ġenituri. F’każ li tinħatar aktar minn Awtorità Ċentrali waħda, il-ġuriżdizzjoni ġeografika u funzjonali ta’ kull Awtorità Ċentrali għandha tiġi indikata kif imsemmi fl-Artikolu 76
L-Awtorità Ċentrali b’applikazzjoni tal-Artikolu 76 hija d-Dipartiment tad-Dritt Internazzjonali Privat (Tmíma Idiotikoú Dikaíou) tal-Ministeru għall-Ġustizzja (Ypourgeío Dikaiosýnis).
Il-Kap tad-Direttorat Speċjali għall-Affarijiet Legali (Diéfthynsi Eidikón Nomikón Zitimáton):
Is-Sur Vasilios Sarigiannidis
Il-Kap tad-Dipartiment tad-Dritt Internazzjonali Privat:
Is-Sa Xanthippi Pappa
Mesogeion 96, 11527 Ateni
Tel.: +30 213 130 7312, +30 213 130 7480
Email: vsarigiannidis@justice.gov.gr, xpappa@justice.gov.gr, civilunit@justice.gov.gr
L-Artikolu 103 (1) (g) — Jekk applikabbli, kategoriji ta’ qraba stretti, minbarra ġenituri, li magħhom il-minuri jista’ jitqiegħed fit-territorju ta’ Stat Membru, mingħajr il-kunsens minn qabel ta’ dak l-Istat Membru kif imsemmi fl-Artikolu 82
Il-Greċja ma ddeċidietx li l-kunsens imsemmi fil-paragrafu 1 ma huwiex meħtieġ għat-tqegħid ma’ persuni oħrajn għajr ma’ ġenitur.
L-Artikolu 103 (1) (h) — Lingwi tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea għajr il-lingwa ta’ Stat Membru, li fihom jistgħu jiġu aċċettati komunikazzjonijiet lill-Awtoritajiet Ċentrali tiegħu kif imsemmi fl-Artikolu 91(3))
Il-Grieg, l-Ingliż.
L-Artikolu 103 (1) (i) — Lingwi aċċettati għat-traduzzjonijiet ta’ talbiet u dokumenti li jakkumpanjawhom mibgħuta skont l-Artikoli 80, 81, 82 u ta’ partijiet b’test liberu taċ-ċertifikati kif imsemmi fl-Artikolu 91(2)
- l-Artikolu 80(3): Il-Grieg
- l-Artikolu 81(2): Il-Grieg
- l-Artikolu 82(4): Il-Grieg
- l-Artikolu 91(2): -
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.