Ir-Regolament Brussell IIb - Kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta’ responsabbiltà tal-ġenituri (riformulazzjoni)

Ungerija

Il-kontenut ipprovdut minn
Ungerija

SIB QRATI/AWTORITAJIET KOMPETENTI

L-għodda ta' tiftix hawn taħt se tgħinek tidentifika qorti/qrati jew awtorità(jiet) kompetenti għal strument legali Ewropew speċifiku. Jekk jogħġbok innota li għalkemm sar kull sforz biex tiġi aċċertata l-preċiżjoni tar-riżultati, jista' jkun hemm xi każijiet eċċezzjonali li jikkonċernaw id-determinazzjoni ta' kompetenza li mhumiex neċessarjament koperti.

Ungerija

Liġi tal-Familja - Ir-Regolament Brussell IIb - Kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta’ responsabbiltà tal-ġenituri (riformulazzjoni)


*input mandatarju

L-Artikolu 103(1) (a) (l-ewwel parti) - Awtoritajiet pubbliċi jew awtoritajiet oħra awtorizzati biex jistabbilixxu strument awtentiku msemmi fil-punt (2)(b) tal-Artikolu 2(2), u awtoritajiet pubbliċi awtorizzati li jirreġistraw ftehim imsemmi fil-punt (3) tal-Artikolu 2(2)

Mhux rilevanti fil-liġi tal-Ungerija.

L-Artikolu 103 (1) (a) (it-tieni parti) - Awtoritajiet amministrattivi li jagħtu l-għajnuna legali msemmija fl-Artikolu 74(2)

Mhux rilevanti fil-liġi tal-Ungerija.

L-Artikolu 103 (1) (b) (l-ewwel parti) - Qrati kompetenti biex joħorġu ċertifikati għal deċiżjoni skont l-Artikolu 36(1), u qrati u awtoritajiet kompetenti biex joħorġu ċertifikat għal strument awtentiku jew ftehim imsemmija fl-Artikolu 66

Iċ-ċertifikati tal-Anness II jinħarġu mill-qorti tal-Prim’Istanza (l-Artikolu 36(1)(a)). Iċ-ċertifikati tal-Anness III jinħarġu mill-qorti tal-Prim’Istanza u mill-awtorità tal-kustodja kompetenti (l-Artikolu 36(1)(b)). Iċ-ċertifikati tal-Anness IV jinħarġu mill-qorti tal-Prim’Istanza (il-Qorti Distrettwali Ċentrali ta’ Pest) (l-Artikolu 36(1)(c)). L-Artikolu 66 ma huwiex rilevanti fil-liġi tal-Ungerija.

L-Artikolu 103 (1) (b) (it-tieni parti) - Qrati kompetenti biex jirrettifikaw iċ-ċertifikati msemmija fl-Artikolu 37(1), l-Artikolu 48(1) u qrati kompetenti biex joħorġu ċertifikat li jispeċifika n-nuqqas jew il-limitazzjoni ta’ deċiżjoni ċċertifikata msemmi fl-Artikolu 49; u qrati u awtoritajiet kompetenti biex jirrettifikaw iċ-ċertifikat, maħruġ skont l-Artikolu 66(1), imsemmi fl-Artikolu 67(1);

Iċ-ċertifikati tal-Anness II jiġu rrettifikati mill-qorti tal-Prim’Istanza (l-Artikolu 37(1)). Iċ-ċertifikati tal-Anness III jiġu rrettifikati mill-qorti tal-Prim’Istanza, u l-uffiċċji tal-gvern ta’ Budapest u tal-kontej li jaġixxu fil-kapaċità tagħhom bħala uffiċċji għall-protezzjoni tat-tfal u għall-kustodja tat-tfal jirrettifikaw iċ-ċertifikati tal-Anness III maħruġin mill-awtorità tal-kustodja fiż-żona ta’ kompetenza tagħhom (l-Artikolu 37(1)). Iċ-ċertifikati tal-Anness IV jiġu rrettifikati mill-qorti tal-Prim’Istanza (il-Qorti Distrettwali Ċentrali ta’ Pest) (l-Artikolu 37(1)). Iċ-ċertifikati tal-Anness V jiġu rrettifikati mill-qorti tal-Prim’Istanza, u l-uffiċċji tal-gvern ta’ Budapest u tal-kontej li jaġixxu fil-kapaċità tagħhom bħala uffiċċji għall-protezzjoni tat-tfal u għall-kustodja tat-tfal jirrettifikaw iċ-ċertifikati tal-Anness V maħruġin mill-awtorità tal-kustodja fiż-żona ta’ kompetenza tagħhom (l-Artikolu 48(1)). Iċ-ċertifikati tal-Anness VI jiġu rrettifikati mill-qorti tal-Prim’Istanza (l-Artikolu 48(1)). Iċ-ċertifikati tal-Anness VII jinħarġu mill-qorti tal-Prim’Istanza u mill-awtorità tal-kustodja kompetenti (l-Artikolu 49(1)). L-Artikolu 66 ma huwiex rilevanti fil-liġi tal-Ungerija.

L-Artikolu 103 (1) (c) — Qrati kompetenti għar-rikonoxximent ta’ deċiżjoni (l-Artikolu 30(3)) jew għar-rifjut tar-rikonoxximent (l-Artikolu 40(2)), kif ukoll qrati u awtoritajiet kompetenti għar-rifjut tal-infurzar, għall-kontestazzjoni jew l-appell, u għall-kontestazzjoni jew l-appell ulterjuri msemmija fl-Artikoli 58(1), 61(2) u 62

Rigward l-Artikolu 30(3): Il-qorti b’ġuriżdizzjoni hija l-qorti distrettwali li topera fis-sede tal-qorti reġjonali fejn jinsab id-domiċilju tal-intimat fl-Ungerija jew, fin-nuqqas ta’ dan, fejn tkun stabbilita r-residenza abitwali tal-intimat (f’Budapest, il-Qorti Distrettwali Ċentrali ta’ Buda); fin-nuqqas ta’ din, il-qorti distrettwali li topera fis-sede tal-qorti reġjonali fejn jinsab id-domiċilju tar-rikorrent fl-Ungerija jew, fin-nuqqas ta’ dan, fejn tkun stabbilita r-residenza abitwali tar-rikorrent (f’Budapest, il-Qorti Distrettwali Ċentrali ta’ Buda), jew, jekk ir-rikorrent ma jkunx domiċiljat, ma jkollu l-ebda uffiċċju reġistrat jew ma jkunx resident abitwali fl-Ungerija, il-Qorti Distrettwali Ċentrali ta’ Buda.

Rigward l-Artikolu 52: Bl-eċċezzjoni ta’ deċiżjonijiet, ta’ strumenti awtentiċi jew ta’ ftehimiet dwar l-aċċess, il-qorti b’ġuriżdizzjoni hija l-qorti distrettwali li topera fis-sede tal-qorti reġjonali fejn tkun stabbilita r-residenza abitwali tal-parti obbligata jew tat-tfal (f’Budapest, il-Qorti Distrettwali Ċentrali ta’ Buda); fil-każ ta’ deċiżjonijiet, ta’ strumenti awtentiċi jew ta’ ftehimiet dwar l-aċċess, il-qorti b’ġuriżdizzjoni hija l-qorti distrettwali fejn ikun stabbilit id-domiċilju tat-tfal ikkonċernati mill-aċċess fl-Ungerija jew, fin-nuqqas ta’ dan, fejn ikun stabbilit il-post ta’ residenza tagħhom fl-Ungerija, jew, jekk dan ma jkunx jista’ jiġi stabbilit, il-Qorti Distrettwali Ċentrali ta’ Buda.

Rigward l-Artikolu 40(2): Il-qorti b’ġuriżdizzjoni hija l-qorti distrettwali li topera fis-sede tal-qorti reġjonali fejn jinsab id-domiċilju tal-intimat fl-Ungerija jew, fin-nuqqas ta’ dan, fejn tkun stabbilita r-residenza abitwali tal-intimat (f’Budapest, il-Qorti Distrettwali Ċentrali ta’ Buda); fin-nuqqas ta’ din, il-qorti distrettwali li topera fis-sede tal-qorti reġjonali fejn jinsab id-domiċilju tar-rikorrent fl-Ungerija jew, fin-nuqqas ta’ dan, fejn tkun stabbilita r-residenza abitwali tar-rikorrent (f’Budapest, il-Qorti Distrettwali Ċentrali ta’ Buda), jew, jekk ir-rikorrent ma jkunx domiċiljat, ma jkollu l-ebda uffiċċju reġistrat jew ma jkunx resident abitwali fl-Ungerija, il-Qorti Distrettwali Ċentrali ta’ Buda.

Rigward l-Artikolu 58(1): Ir-rikorsi jridu jiġu ppreżentati lill-qorti li tordna l-eżekuzzjoni.

Rigward l-Artikolu 61(2): L-appelli jridu jiġu ppreżentati quddiem il-qorti tal-Prim’Istanza u jiġu aġġudikati mill-qorti reġjonali.

Rigward l-Artikolu 62: It-talbiet għal stħarriġ iridu jiġu ppreżentati quddiem il-qorti li tkun ħarġet id-deċiżjoni fil-Prim’Istanza u jiġu aġġudikati mill-Curia.

L-Artikolu 103 (1) (d) — Awtoritajiet kompetenti għall-infurzar imsemmija fl-Artikolu 52

Bl-eċċezzjoni ta’ deċiżjonijiet, ta’ strumenti awtentiċi jew ta’ ftehimiet dwar l-aċċess, il-qorti b’ġuriżdizzjoni hija l-qorti distrettwali li topera fis-sede tal-qorti reġjonali fejn tkun stabbilita r-residenza abitwali tal-parti obbligata jew tat-tfal (f’Budapest, il-Qorti Distrettwali Ċentrali ta’ Buda); fil-każ ta’ deċiżjonijiet, ta’ strumenti awtentiċi jew ta’ ftehimiet dwar l-aċċess, il-qorti b’ġuriżdizzjoni hija l-qorti distrettwali fejn ikun stabbilit id-domiċilju tat-tfal ikkonċernati mill-aċċess fl-Ungerija jew, fin-nuqqas ta’ dan, fejn ikun stabbilit il-post ta’ residenza tagħhom fl-Ungerija, jew, jekk dan ma jkunx jista’ jiġi stabbilit, il-Qorti Distrettwali Ċentrali ta’ Buda.

L-Artikolu 103 (1) (e) — Proċeduri ta’ rimedju kontra deċiżjoni dwar l-applikazzjoni għar-rifjut tal-infurzar imsemmija fl-Artikoli 61 u 62

Rigward l-Artikolu 61: Appell.

Rigward l-Artikolu 62: Stħarriġ.

L-Artikolu 103 (1) (f) — Ismijiet, indirizzi u mezzi ta’ komunikazzjoni għall-Awtoritajiet Ċentrali maħtura biex jassistu fl-applikazzjoni tar-Regolament fi kwistjonijiet ta’ responsabbiltà tal-ġenituri. F’każ li tinħatar aktar minn Awtorità Ċentrali waħda, il-ġuriżdizzjoni ġeografika u funzjonali ta’ kull Awtorità Ċentrali għandha tiġi indikata kif imsemmi fl-Artikolu 76

Bl-eċċezzjoni ta’ kawżi li jikkonċernaw ir-ritorn ta’ tfal maħruġin mill-pajjiż u r-ritorn ta’ tfal imdaħħlin l-Ungerija, il-Ministeru għall-Intern (indirizz: 1054 Budapest Báthory utca 10, indirizz postali: 1884 Budapest, Pf. 1., numru tat-telefown: +36-1-795-5468, +36-1-795-3155; indirizz tal-posta elettronika: gyergyam@bm.gov.hu).

Għal kawżi li jikkonċernaw ir-ritorn ta’ tfal maħruġin barra l-pajjiż u r-ritorn ta’ tfal imdaħħlin l-Ungerija, il-Ministeru tal-Ġustizzja (indirizz: 1054 Budapest Báthory utca 12, indirizz postali: 1357 Budapest, Pf. 2., numru tat-telefown: +36-1-795-5397, +36-1-795-3188 , faks: +36-1-550-3946; indirizz tal-posta elettronika: nmfo@im.gov.hu).

L-Artikolu 103 (1) (g) — Jekk applikabbli, kategoriji ta’ qraba stretti, minbarra ġenituri, li magħhom il-minuri jista’ jitqiegħed fit-territorju ta’ Stat Membru, mingħajr il-kunsens minn qabel ta’ dak l-Istat Membru kif imsemmi fl-Artikolu 82

Mhux rilevanti fil-liġi tal-Ungerija.

L-Artikolu 103 (1) (h) — Lingwi tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea għajr il-lingwa ta’ Stat Membru, li fihom jistgħu jiġu aċċettati komunikazzjonijiet lill-Awtoritajiet Ċentrali tiegħu kif imsemmi fl-Artikolu 91(3))

L-Ingliż u l-Ungeriż.

L-Artikolu 103 (1) (i) — Lingwi aċċettati għat-traduzzjonijiet ta’ talbiet u dokumenti li jakkumpanjawhom mibgħuta skont l-Artikoli 80, 81, 82 u ta’ partijiet b’test liberu taċ-ċertifikati kif imsemmi fl-Artikolu 91(2)

L-Ungeriż.

L-aħħar aġġornament: 02/01/2024

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.