Ir-Regolament Brussell IIb - Kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta’ responsabbiltà tal-ġenituri (riformulazzjoni)

Irlanda

Il-kontenut ipprovdut minn
Irlanda

L-Artikolu 103(1) (a) (l-ewwel parti) - Awtoritajiet pubbliċi jew awtoritajiet oħra awtorizzati biex jistabbilixxu strument awtentiku msemmi fil-punt (2)(b) tal-Artikolu 2(2), u awtoritajiet pubbliċi awtorizzati li jirreġistraw ftehim imsemmi fil-punt (3) tal-Artikolu 2(2)

L-ebda awtorità ma ngħatat is-setgħa speċifika għal dan l-għan mil-liġi Irlandiża peress li l-kwistjonijiet rilevanti tal-liġi tal-familja huma ttrattati mill-qrati Irlandiżi.

L-Artikolu 103 (1) (a) (it-tieni parti) - Awtoritajiet amministrattivi li jagħtu l-għajnuna legali msemmija fl-Artikolu 74(2)

Il-Legal Aid hija l-awtorità kompetenti li tagħti l-għajnuna legali msemmija fl-Artikolu 74(2). Il-Legal Aid Board (LAB) jista’ jiġi kkuntattjat kif ġej:

Quay Street, (Head Office)
Cahirciveen,
Co. Kerry.
V23 RD36
Telefown: 066 947 1000
LoCall: 0818 615 200
info@legalaidboard.ie

L-Artikolu 103 (1) (b) (l-ewwel parti) - Qrati kompetenti biex joħorġu ċertifikati għal deċiżjoni skont l-Artikolu 36(1), u qrati u awtoritajiet kompetenti biex joħorġu ċertifikat għal strument awtentiku jew ftehim imsemmija fl-Artikolu 66

Il-qrati kompetenti huma kif ġej:

Ħruġ ta’ ċertifikat - l-Artikolu 36(1)

- deċiżjoni fi kwistjonijiet matrimonjali bl-użu tal-formola stabbilita fl-Anness II –

Il-Qorti taċ-Ċirkwit (Circuit Court) jew il-Qorti Superjuri (High Court);

- deċiżjoni fi kwistjonijiet ta’ responsabbiltà tal-ġenituri bl-użu tal-formola li tinsab fl-Anness III –

Il-Qorti Distrettwali (District Court), il-Qorti taċ-Ċirkwit (Circuit Court) jew il-Qorti Superjuri (High Court);

- deċiżjoni li tordna r-ritorn ta’ tfal kif imsemmi fil-punt (a) tal-Artikolu 2(1), u, meta jkun applikabbli, kwalunkwe miżura proviżorja, inkluż protettiva, ordnata f’konformità mal-Artikolu 27(5) li takkumpanja d-deċiżjoni bl-użu tal-formola li tinsab fl-Anness IV:

Il-Qorti Superjuri (High Court)

Ħruġ ta’ ċertifikat – l-Artikolu 66(1)

- fi kwistjonijiet matrimonjali bl-użu tal-formola li tinsab fl-Anness VIII;

L-ebda qorti jew awtorità skont il-liġi Irlandiża ma hija kompetenti biex toħroġ ċertifikat għal strument awtentiku jew għal ftehim dwar kwistjonijiet matrimonjali skont l-Artikolu 66(1)(a).

- strument awtentiku jew ftehim dwar kwistjonijiet ta’ responsabbiltà tal-ġenituri bl-użu tal-formola li tinsab fl-Anness IX –

Il-Qorti Distrettwali (District Court), il-Qorti taċ-Ċirkwit (Circuit Court) jew il-Qorti Superjuri (High Court);

L-Artikolu 103 (1) (b) (it-tieni parti) - Qrati kompetenti biex jirrettifikaw iċ-ċertifikati msemmija fl-Artikolu 37(1), l-Artikolu 48(1) u qrati kompetenti biex joħorġu ċertifikat li jispeċifika n-nuqqas jew il-limitazzjoni ta’ deċiżjoni ċċertifikata msemmi fl-Artikolu 49; u qrati u awtoritajiet kompetenti biex jirrettifikaw iċ-ċertifikat, maħruġ skont l-Artikolu 66(1), imsemmi fl-Artikolu 67(1);

Rettifika ta’ ċertifikat l-Artikolu 37(1)

Il-Qorti li tkun ħarġet iċ-ċertifikat f’konformità mal-Artikolu 36(1) tista’ tirrettifika ċ-ċertifikat li tkun ħarġet f’konformità mal-Artikolu 37(1)

  • Il-Qorti Distrettwali (District Court);
  • Il-Qorti taċ-Ċirkwit (Circuit Court);
  • Il-Qorti Superjuri (High Court)

Rettifika jew irtirar ta’ ċertifikat l-Artikolu 48(1)

Il-Qorti li ħarġet iċ-ċertifikat:

  • Il-Qorti Distrettwali (District Court);
  • Il-Qorti taċ-Ċirkwit (Circuit Court)
  • Il-Qorti Superjuri (High Court);

Ċertifikat dwar in-nuqqas jew il-limitazzjoni tal-eżegwibbiltà (ta’ deċiżjoni ċċertifikata f’konformità mal-Artikolu 47) l-Artikolu 49

Il-Qorti li ħarġet iċ-ċertifikat:

  • Il-Qorti Distrettwali (District Court);
  • Il-Qorti taċ-Ċirkwit (Circuit Court)
  • Il-Qorti Superjuri (High Court)

L-ebda qorti jew awtorità skont il-liġi Irlandiża ma hija kompetenti biex toħroġ ċertifikat għal strument awtentiku jew għal ftehim dwar kwistjonijiet matrimonjali skont l-Artikolu 66(1)(a).

Il-qorti li tkun ħarġet iċ-ċertifikat għal strument awtentiku jew ftehim dwar kwistjonijiet ta’ responsabbiltà tal-ġenituri skont l-Artikolu 66(1)(b) tista’ tirrettifika ċ-ċertifikat f’konformità mal-Artikolu 67(1):

  • Il-Qorti Distrettwali (District Court);
  • Il-Qorti taċ-Ċirkwit (Circuit Court)
  • Il-Qorti Superjuri (High Court)

L-Artikolu 66(3) flimkien mal-Artikolu 37(1):

  • Il-Qorti Distrettwali (District Court);
  • Il-Qorti taċ-Ċirkwit (Circuit Court)
  • Il-Qorti Superjuri (High Court)

L-Artikolu 103 (1) (c) — Qrati kompetenti għar-rikonoxximent ta’ deċiżjoni (l-Artikolu 30(3)) jew għar-rifjut tar-rikonoxximent (l-Artikolu 40(2)), kif ukoll qrati u awtoritajiet kompetenti għar-rifjut tal-infurzar, għall-kontestazzjoni jew l-appell, u għall-kontestazzjoni jew l-appell ulterjuri msemmija fl-Artikoli 58(1), 61(2) u 62

L-Artikolu 30(3) Talba għal deċiżjoni li ma hemmx raġunijiet għal rifjut ta’ rikonoxximent: It-talbiet previsti fl-Artikolu 30(3) għandhom jiġu ppreżentati lill-qrati li ġejjin:

- fl-Irlanda, il-Qorti Superjuri (High Court).

L-Artikolu 52: Eżekuzzjoni: It-talbiet previsti fl-Artikolu 52 għandhom jiġu ppreżentati lill-qrati li ġejjin:

- fl-Irlanda, il-Qorti Superjuri (High Court).

L-Artikolu 40(1): Rifjut ta’ rikonoxximent: It-talbiet previsti fl-Artikolu 40(1) għandhom jiġu ppreżentati lill-qrati li ġejjin:

- fl-Irlanda, il-Qorti Superjuri (High Court).

L-Artikolu 58(1): Rifjut ta’ eżekuzzjoni: It-talbiet previsti fl-Artikolu 58(1) għandhom jiġu ppreżentati lill-qrati li ġejjin:

- fl-Irlanda, il-Qorti Superjuri (High Court).

L-Artikolu 61(2): Kontestazzjoni jew appell – rifjut ta’ eżekuzzjoni:

Il-Qorti tal-Appell (Court of Appeal)

L-Artikolu 62: Il-possibbiltà ta’ Appell lill-Qorti Suprema f’ċirkostanzi limitati -Id-deċiżjoni trid tinvolvi kwistjoni ta’ importanza pubblika ġenerali jew, li, fl-interess tal-ġustizzja, ikun neċessarju li jsir appell.

- Fl-Irlanda, il-Qorti Suprema (Supreme Court)

L-Artikolu 103 (1) (d) — Awtoritajiet kompetenti għall-infurzar imsemmija fl-Artikolu 52

Fl-Irlanda, il-Qorti Superjuri (High Court)

L-Artikolu 103 (1) (e) — Proċeduri ta’ rimedju kontra deċiżjoni dwar l-applikazzjoni għar-rifjut tal-infurzar imsemmija fl-Artikoli 61 u 62

Appell fil-prim’istanza jista’ jiġi ppreżentat quddiem il-Qorti Superjuri (High Court).

Fl-Irlanda, appell fuq punt tad-dritt quddiem il-Qorti tal-Appell (Court of Appeal) (ta’ min jinnota, madankollu, li f’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Kostituzzjoni Irlandiża, il-Qorti Suprema (Supreme Court) għandu jkollha ġuriżdizzjoni sabiex tieħu konjizzjoni ta’ appelli minn deċiżjonijiet tal-Qorti Superjuri (High Court) jekk tkun sodisfatta li jkun hemm ċirkostanzi eċċezzjonali li jiġġustifikaw appell dirett quddiemha.  Il-Qorti Suprema (Supreme Court) għandu jkollha wkoll ġuriżdizzjoni sabiex tieħu konjizzjoni ta’ appelli minn deċiżjonijiet tal-Qorti tal-Appell (Court of Appeal) jekk tkun sodisfatta li jkunu ssodisfati ċerti kundizzjonijiet stabbiliti fil-Kostituzzjoni).

L-Artikolu 103 (1) (f) — Ismijiet, indirizzi u mezzi ta’ komunikazzjoni għall-Awtoritajiet Ċentrali maħtura biex jassistu fl-applikazzjoni tar-Regolament fi kwistjonijiet ta’ responsabbiltà tal-ġenituri. F’każ li tinħatar aktar minn Awtorità Ċentrali waħda, il-ġuriżdizzjoni ġeografika u funzjonali ta’ kull Awtorità Ċentrali għandha tiġi indikata kif imsemmi fl-Artikolu 76

L-Awtorità Ċentrali għall-Ħtif Internazzjonali ta’ Tfal

Department of Justice
51 St. Stephen's Green
Dublin 2
Ireland

Telefown: + 353 1 859-2232

Faks: + 353 1 479-0201

indirizz tal-posta elettronika: internationalchildabduction@justice.ie
Internet: https://www.justice.ie

L-Artikolu 103 (1) (g) — Jekk applikabbli, kategoriji ta’ qraba stretti, minbarra ġenituri, li magħhom il-minuri jista’ jitqiegħed fit-territorju ta’ Stat Membru, mingħajr il-kunsens minn qabel ta’ dak l-Istat Membru kif imsemmi fl-Artikolu 82

Mhux applikabbli. L-Irlanda ma użatx il-possibbiltà skont l-Artikolu 82 biex teskludi ċerti kategoriji ta’ qraba mir-rekwiżit li jiksbu kunsens għat-tqegħid transfruntier ta’ tfal fl-Irlanda.

L-Artikolu 103 (1) (h) — Lingwi tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea għajr il-lingwa ta’ Stat Membru, li fihom jistgħu jiġu aċċettati komunikazzjonijiet lill-Awtoritajiet Ċentrali tiegħu kif imsemmi fl-Artikolu 91(3))

L-Ingliż; L-Irlandiż.

L-Artikolu 103 (1) (i) — Lingwi aċċettati għat-traduzzjonijiet ta’ talbiet u dokumenti li jakkumpanjawhom mibgħuta skont l-Artikoli 80, 81, 82 u ta’ partijiet b’test liberu taċ-ċertifikati kif imsemmi fl-Artikolu 91(2)

L-Ingliż; L-Irlandiż.

L-aħħar aġġornament: 12/12/2023

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.