Ir-Regolament Brussell IIb - Kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta’ responsabbiltà tal-ġenituri (riformulazzjoni)

Lussemburgu

Il-kontenut ipprovdut minn
Lussemburgu

SIB QRATI/AWTORITAJIET KOMPETENTI

L-għodda ta' tiftix hawn taħt se tgħinek tidentifika qorti/qrati jew awtorità(jiet) kompetenti għal strument legali Ewropew speċifiku. Jekk jogħġbok innota li għalkemm sar kull sforz biex tiġi aċċertata l-preċiżjoni tar-riżultati, jista' jkun hemm xi każijiet eċċezzjonali li jikkonċernaw id-determinazzjoni ta' kompetenza li mhumiex neċessarjament koperti.

Lussemburgu

Liġi tal-Familja - Ir-Regolament Brussell IIb - Kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta’ responsabbiltà tal-ġenituri (riformulazzjoni)


*input mandatarju

L-Artikolu 103(1) (a) (l-ewwel parti) - Awtoritajiet pubbliċi jew awtoritajiet oħra awtorizzati biex jistabbilixxu strument awtentiku msemmi fil-punt (2)(b) tal-Artikolu 2(2), u awtoritajiet pubbliċi awtorizzati li jirreġistraw ftehim imsemmi fil-punt (3) tal-Artikolu 2(2)

L-awtoritajiet mogħtija s-setgħa biex jifformulaw strument awtentiku msemmi fl-Artikolu 2(2)(2)(b)

In-nutara kollha li huma membri tal-Kamra tan-Nutara (Chambre des Notaires) tal-Gran Dukat tal-Lussemburgu.

L-awtoritajiet mogħtija s-setgħa biex jirreġistraw ftehim imsemmi fl-Artikolu 2(2)(3)

Mhux applikabbli.

L-Artikolu 103 (1) (a) (it-tieni parti) - Awtoritajiet amministrattivi li jagħtu l-għajnuna legali msemmija fl-Artikolu 74(2)

Mhux applikabbli.

L-Artikolu 103 (1) (b) (l-ewwel parti) - Qrati kompetenti biex joħorġu ċertifikati għal deċiżjoni skont l-Artikolu 36(1), u qrati u awtoritajiet kompetenti biex joħorġu ċertifikat għal strument awtentiku jew ftehim imsemmija fl-Artikolu 66

Il-Qrati kompetenti biex joħorġu ċertifikati għal deċiżjoni skont l-Artikolu 36(1)

Il-President tal-Qorti Distrettwali (Tribunal d’arrondissement)

Qrati u awtoritajiet kompetenti biex joħorġu ċertifikat għal strument awtentiku jew għal ftehim imsemmi fl-Artikolu 66

Mhux applikabbli.

L-Artikolu 103 (1) (b) (it-tieni parti) - Qrati kompetenti biex jirrettifikaw iċ-ċertifikati msemmija fl-Artikolu 37(1), l-Artikolu 48(1) u qrati kompetenti biex joħorġu ċertifikat li jispeċifika n-nuqqas jew il-limitazzjoni ta’ deċiżjoni ċċertifikata msemmi fl-Artikolu 49; u qrati u awtoritajiet kompetenti biex jirrettifikaw iċ-ċertifikat, maħruġ skont l-Artikolu 66(1), imsemmi fl-Artikolu 67(1);

Qrati kompetenti biex jirrettifikaw iċ-ċertifikati msemmija fl-Artikolu 37(1)

Il-qorti li stabbiliet iċ-ċertifikat.

Qrati kompetenti biex jirrettifikaw iċ-ċertifikati msemmija fl-Artikolu 48(1)

Il-qorti li stabbiliet iċ-ċertifikat.

Qrati kompetenti biex joħorġu ċertifikat li jindika s-sospensjoni jew il-limitazzjoni ta’ deċiżjoni ċċertifikata msemmija fl-Artikolu 49

Il-qorti li stabbiliet iċ-ċertifikat.

Qrati jew awtoritajiet kompetenti biex jirrettifikaw iċ-ċertifikati msemmija fl-Artikolu 66(3) flimkien mal-Artikolu 37(1)

Mhux applikabbli.

L-Artikolu 103 (1) (c) — Qrati kompetenti għar-rikonoxximent ta’ deċiżjoni (l-Artikolu 30(3)) jew għar-rifjut tar-rikonoxximent (l-Artikolu 40(2)), kif ukoll qrati u awtoritajiet kompetenti għar-rifjut tal-infurzar, għall-kontestazzjoni jew l-appell, u għall-kontestazzjoni jew l-appell ulterjuri msemmija fl-Artikoli 58(1), 61(2) u 62

Qrati kompetenti għal rikonoxximent ta’ deċiżjoni (l-Artikolu 30(3))

Qorti Distrettwali li tisma’ kawżi ċivili (Tribunal d’arrondissement siégeant en matière civile)

Qrati kompetenti għall-eżekuzzjoni msemmija fl-Artikolu 52

Mhux applikabbli.

Qrati kompetenti għal rifjut ta’ rikonoxximent (l-Artikolu 40(2))

Qorti Distrettwali li tisma’ kawżi ċivili.

Qrati kompetenti għar-rifjut ta’ eżekuzzjoni ta’ deċiżjoni (l-Artikolu 58(1))

Qorti Distrettwali li tisma’ kawżi ċivili.

Qrati kompetenti għal proċeduri ta’ appell kontra deċiżjoni dwar it-talba għal rifjut ta’ eżekuzzjoni (l-Artikolu 61(2))

Qorti tal-Appell li tisma’ kawżi ċivili (Cour d’appel siégeant en matière civile).

Qrati kompetenti għal appelli ulterjuri kontra sentenza maqtugħa wara appell imsemmi fl-Artikolu 61 (l-Artikolu 62)

Il-Qorti Suprema (Cour de Cassation).

L-Artikolu 103 (1) (d) — Awtoritajiet kompetenti għall-infurzar imsemmija fl-Artikolu 52

L-uffiċjali ġudizzjarji kollha li huma membri tal-Kamra tal-Uffiċjali Ġudizzjarji (Chambre des Huissiers) tal-Gran Dukat tal-Lussemburgu.

L-Artikolu 103 (1) (e) — Proċeduri ta’ rimedju kontra deċiżjoni dwar l-applikazzjoni għar-rifjut tal-infurzar imsemmija fl-Artikoli 61 u 62

Proċeduri ta’ rimedju kontra deċiżjoni dwar it-talba għal rifjut ta’ eżekuzzjoni (l-Artikolu 61)

L-appell previst mill-Artikolu 61 għandu jiġi ppreżentat lill-qrati li ġejjin:

- fil-Lussemburgu, il-Qorti tal-Appell li tisma’ kawżi ċivili (Cour d’appel siégeant en matière civile).

Proċeduri ta’ rimedju kontra deċiżjoni meħuda wara appell imsemmi fl-Artikolu 61 (l-Artikolu 62)

Kif previst fl-Artikolu 61, is-sentenza maqtugħa wara appell tista’ tiġi kkontestata:

- fil-Lussemburgu, billi jiġi ppreżentat appell fuq punt tad-dritt (pourvoi en cassation).

L-Artikolu 103 (1) (f) — Ismijiet, indirizzi u mezzi ta’ komunikazzjoni għall-Awtoritajiet Ċentrali maħtura biex jassistu fl-applikazzjoni tar-Regolament fi kwistjonijiet ta’ responsabbiltà tal-ġenituri. F’każ li tinħatar aktar minn Awtorità Ċentrali waħda, il-ġuriżdizzjoni ġeografika u funzjonali ta’ kull Awtorità Ċentrali għandha tiġi indikata kif imsemmi fl-Artikolu 76

Jekk jogħġbok innota li l-verżjoni bil-lingwa oriġinali ta' din il-paġna il-Franċiż ġiet emendata reċentement. Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.

Il-Kap Prosekutur Ġenerali (Procureur Général d’Etat) huwa l-Awtorità Ċentrali maħtura.

Procureur Général d’Etat

Cité Judiciaire, CR Building

Plateau du Saint-Esprit

L-2080 Luxembourg

Telefown: (+352) 47 59 81 - 2393 / -2329

Faks: (+352) 47 05 50

Indirizz tal-posta elettronika:parquet.general@justice.etat.lu

L-Artikolu 103 (1) (g) — Jekk applikabbli, kategoriji ta’ qraba stretti, minbarra ġenituri, li magħhom il-minuri jista’ jitqiegħed fit-territorju ta’ Stat Membru, mingħajr il-kunsens minn qabel ta’ dak l-Istat Membru kif imsemmi fl-Artikolu 82

Mhux applikabbli.

L-Artikolu 103 (1) (h) — Lingwi tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea għajr il-lingwa ta’ Stat Membru, li fihom jistgħu jiġu aċċettati komunikazzjonijiet lill-Awtoritajiet Ċentrali tiegħu kif imsemmi fl-Artikolu 91(3))

Il-Franċiż, il-Ġermaniż u l-Ingliż.

L-Artikolu 103 (1) (i) — Lingwi aċċettati għat-traduzzjonijiet ta’ talbiet u dokumenti li jakkumpanjawhom mibgħuta skont l-Artikoli 80, 81, 82 u ta’ partijiet b’test liberu taċ-ċertifikati kif imsemmi fl-Artikolu 91(2)

Il-Franċiż u l-Ġermaniż.

L-aħħar aġġornament: 16/05/2024

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.