- L-Artikolu 103(1) (a) (l-ewwel parti) - Awtoritajiet pubbliċi jew awtoritajiet oħra awtorizzati biex jistabbilixxu strument awtentiku msemmi fil-punt (2)(b) tal-Artikolu 2(2), u awtoritajiet pubbliċi awtorizzati li jirreġistraw ftehim imsemmi fil-punt (3) tal-Artikolu 2(2)
- L-Artikolu 103 (1) (a) (it-tieni parti) - Awtoritajiet amministrattivi li jagħtu l-għajnuna legali msemmija fl-Artikolu 74(2)
- L-Artikolu 103 (1) (b) (l-ewwel parti) - Qrati kompetenti biex joħorġu ċertifikati għal deċiżjoni skont l-Artikolu 36(1), u qrati u awtoritajiet kompetenti biex joħorġu ċertifikat għal strument awtentiku jew ftehim imsemmija fl-Artikolu 66
- L-Artikolu 103 (1) (b) (it-tieni parti) - Qrati kompetenti biex jirrettifikaw iċ-ċertifikati msemmija fl-Artikolu 37(1), l-Artikolu 48(1) u qrati kompetenti biex joħorġu ċertifikat li jispeċifika n-nuqqas jew il-limitazzjoni ta’ deċiżjoni ċċertifikata msemmi fl-Artikolu 49; u qrati u awtoritajiet kompetenti biex jirrettifikaw iċ-ċertifikat, maħruġ skont l-Artikolu 66(1), imsemmi fl-Artikolu 67(1);
- L-Artikolu 103 (1) (c) — Qrati kompetenti għar-rikonoxximent ta’ deċiżjoni (l-Artikolu 30(3)) jew għar-rifjut tar-rikonoxximent (l-Artikolu 40(2)), kif ukoll qrati u awtoritajiet kompetenti għar-rifjut tal-infurzar, għall-kontestazzjoni jew l-appell, u għall-kontestazzjoni jew l-appell ulterjuri msemmija fl-Artikoli 58(1), 61(2) u 62
- L-Artikolu 103 (1) (d) — Awtoritajiet kompetenti għall-infurzar imsemmija fl-Artikolu 52
- L-Artikolu 103 (1) (e) — Proċeduri ta’ rimedju kontra deċiżjoni dwar l-applikazzjoni għar-rifjut tal-infurzar imsemmija fl-Artikoli 61 u 62
- L-Artikolu 103 (1) (f) — Ismijiet, indirizzi u mezzi ta’ komunikazzjoni għall-Awtoritajiet Ċentrali maħtura biex jassistu fl-applikazzjoni tar-Regolament fi kwistjonijiet ta’ responsabbiltà tal-ġenituri. F’każ li tinħatar aktar minn Awtorità Ċentrali waħda, il-ġuriżdizzjoni ġeografika u funzjonali ta’ kull Awtorità Ċentrali għandha tiġi indikata kif imsemmi fl-Artikolu 76
- L-Artikolu 103 (1) (g) — Jekk applikabbli, kategoriji ta’ qraba stretti, minbarra ġenituri, li magħhom il-minuri jista’ jitqiegħed fit-territorju ta’ Stat Membru, mingħajr il-kunsens minn qabel ta’ dak l-Istat Membru kif imsemmi fl-Artikolu 82
- L-Artikolu 103 (1) (h) — Lingwi tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea għajr il-lingwa ta’ Stat Membru, li fihom jistgħu jiġu aċċettati komunikazzjonijiet lill-Awtoritajiet Ċentrali tiegħu kif imsemmi fl-Artikolu 91(3))
- L-Artikolu 103 (1) (i) — Lingwi aċċettati għat-traduzzjonijiet ta’ talbiet u dokumenti li jakkumpanjawhom mibgħuta skont l-Artikoli 80, 81, 82 u ta’ partijiet b’test liberu taċ-ċertifikati kif imsemmi fl-Artikolu 91(2)
Sib informazzjoni għal kull reġjun
L-Artikolu 103(1) (a) (l-ewwel parti) - Awtoritajiet pubbliċi jew awtoritajiet oħra awtorizzati biex jistabbilixxu strument awtentiku msemmi fil-punt (2)(b) tal-Artikolu 2(2), u awtoritajiet pubbliċi awtorizzati li jirreġistraw ftehim imsemmi fil-punt (3) tal-Artikolu 2(2)
Xejn.
L-Artikolu 103 (1) (a) (it-tieni parti) - Awtoritajiet amministrattivi li jagħtu l-għajnuna legali msemmija fl-Artikolu 74(2)
Xejn.
L-Artikolu 103 (1) (b) (l-ewwel parti) - Qrati kompetenti biex joħorġu ċertifikati għal deċiżjoni skont l-Artikolu 36(1), u qrati u awtoritajiet kompetenti biex joħorġu ċertifikat għal strument awtentiku jew ftehim imsemmija fl-Artikolu 66
Artikolu 36(1)
Il-Qorti ta’ Stat Membru tal-oriġini, meta jitressaq rikors minn parti, għandha toħroġ ċertifikat għal:
a) deċiżjoni fi kwistjonijiet matrimonjali bl-użu tal-formola stabbilita fl-Anness II;
il-qorti reġjonali (sąd okręgowy) li ħadet id-deċiżjoni;
b) deċiżjoni fi kwistjonijiet ta’ responsabbiltà tal-ġenituri bl-użu tal-formola li tinsab fl-Anness III;
il-qorti distrettwali (sąd rejonowy) li ħadet id-deċiżjoni;
il-qorti reġjonali li ħadet id-deċiżjoni fi kwistjonijiet li jikkonċernaw divorzju, separazzjoni legali jew annullament taż-żwieġ fir-rigward ta’ sentenza dwar ir-responsabbiltà tal-ġenituri;
c) deċiżjoni li tordna r-ritorn ta’ tfal kif imsemmi fil-punt (a) tal-Artikolu 2(1), u, fejn applikabbli, kwalunkwe miżura proviżorja, inkluża protettiva, ordnata f’konformità mal-Artikolu 27(5) li takkumpanja d-deċiżjoni bl-użu tal-formola li tinsab fl-Anness IV;
Il-Qorti Reġjonali ta’ Białystok
Il-Qorti Reġjonali ta’ Gdańsk
Il-Qorti Reġjonali ta’ Katowice
Il-Qorti Reġjonali ta’ Kraków
Il-Qorti Reġjonali ta’ Lublin
Il-Qorti Reġjonali ta’ Łódź
Il-Qorti Reġjonali ta’ Poznań
Il-Qorti Reġjonali ta’ Rzeszów
Il-Qorti Reġjonali ta’ Szczecin
Il-Qorti Reġjonali ta’ Varsavja
Il-Qorti Reġjonali ta’ Wrocław
L-Artikolu 66 ma japplikax.
L-Artikolu 103 (1) (b) (it-tieni parti) - Qrati kompetenti biex jirrettifikaw iċ-ċertifikati msemmija fl-Artikolu 37(1), l-Artikolu 48(1) u qrati kompetenti biex joħorġu ċertifikat li jispeċifika n-nuqqas jew il-limitazzjoni ta’ deċiżjoni ċċertifikata msemmi fl-Artikolu 49; u qrati u awtoritajiet kompetenti biex jirrettifikaw iċ-ċertifikat, maħruġ skont l-Artikolu 66(1), imsemmi fl-Artikolu 67(1);
Artikolu 37(1)
Il-qorti ta’ Stat Membru tal-oriġini għandha, meta jitressaq rikors, u tista’, b’mozzjoni tagħha stess, tirrettifika ċ-ċertifikat meta, minħabba żball materjali jew ommissjoni, ikun hemm diskrepanza bejn id-deċiżjoni li għandha tiġi eżegwita u ċ-ċertifikat.
Il-qorti li ħadet id-deċiżjoni (qorti distrettwali jew qorti reġjonali).
Artikolu 48(1)
Il-qorti ta’ Stat Membru tal-oriġini għandha, meta jitressaq rikors, u tista’, b’mozzjoni tagħha stess, tirrettifika ċ-ċertifikat meta, minħabba żball materjali jew ommissjoni, ikun hemm diskrepanza bejn id-deċiżjoni u ċ-ċertifikat.
Il-qorti li ħadet id-deċiżjoni (qorti distrettwali jew qorti reġjonali).
Artikolu 49
Meta u sa fejn deċiżjoni ċertifikata f’konformità mal-Artikolu 47 tkun waqfet milli tkun eżegwibbli jew l-eżegwibbiltà tagħha tkun ġiet sospiża jew limitata, meta jitressaq rikors fi kwalunkwe mument lill-qorti tal-Istat Membru ta’ oriġini, għandu jinħareġ ċertifikat li jindika n-nuqqas jew il-limitazzjoni tal-eżegwibbiltà, bl-użu tal-formola standard li tinsab fl-Anness VII.
Il-qorti li ħadet id-deċiżjoni (qorti distrettwali jew qorti reġjonali).
L-Artikolu 66 ma japplikax.
L-Artikolu 103 (1) (c) — Qrati kompetenti għar-rikonoxximent ta’ deċiżjoni (l-Artikolu 30(3)) jew għar-rifjut tar-rikonoxximent (l-Artikolu 40(2)), kif ukoll qrati u awtoritajiet kompetenti għar-rifjut tal-infurzar, għall-kontestazzjoni jew l-appell, u għall-kontestazzjoni jew l-appell ulterjuri msemmija fl-Artikoli 58(1), 61(2) u 62
Artikolu 30(3)
Kwalunkwe parti interessata tista’, f’konformità mal-proċeduri previsti fl-Artikoli 59 sa 62 u, fejn xieraq, fit-Taqsima 5 ta’ dan il-Kapitolu u fil-Kapitolu VI, tressaq rikors għal deċiżjoni li ma hemm ebda raġuni għal rifjut ta’ rikonoxximent kif imsemmi fl-Artikoli 38 u 39.
Qorti reġjonali.
Artikolu 40
1. Il-proċeduri previsti fl-Artikoli 59 sa 62 u, fejn xieraq, fit-Taqsima 5 ta’ dan il-Kapitolu u fil-Kapitolu VI għandhom japplikaw kif xieraq għal rikors għar-rifjut ta’ rikonoxximent.
2. Il-ġuriżdizzjoni lokali tal-qorti għandha tiġi ddeterminata skont il-liġi tal-Istat Membru li fih jinġiebu l-proċedimenti għal nonrikonoxximent.
Qorti reġjonali.
Artikolu 58(1)
Ir-rikors għar-rifjut ta’ eżekuzzjoni fuq il-bażi tal-Artikolu 39 għandu jiġi ppreżentat lil qorti reġjonali.
Ir-rikors għar-rifjut ta’ eżekuzzjoni fuq il-bażi ta’ raġunijiet oħrajn stabbiliti f’dan ir-Regolament jew permessi minnu għandu jiġi ppreżentat lill-qorti responsabbli għall-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni.
Artikolu 61(2)
Il-kontestazzjoni jew l-appell għandu jiġi ppreżentat lill-awtorità jew qorti kkomunikata bħala l-awtorità jew il-qorti li quddiemha għandha tiġi ppreżentata tali kontestazzjoni jew appell.
Qorti tal-appell (sąd apelacyjny) u, fil-każ tal-Artikolu 58(1), qorti superjuri għall-qorti responsabbli għall-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni.
Artikolu 62
Appell quddiem qorti tal-appell.
Appell ta’ kassazzjoni quddiem il-Qorti Suprema (Sąd Najwyższy).
Fir-rigward tal-Artikolu 58(1), ma hemm l-ebda rimedju ġudizzjarju.
L-Artikolu 103 (1) (d) — Awtoritajiet kompetenti għall-infurzar imsemmija fl-Artikolu 52
Artikolu 52
Ir-rikors għal eżekuzzjoni għandu jiġi ppreżentat lill-awtorità kompetenti għall-eżekuzzjoni skont il-liġi tal-Istat Membru tal-eżekuzzjoni.
- Qorti reġjonali - fir-rigward ta’ deċiżjonijiet meħudin minn qorti fi Stat terz li jordnaw ir-ritorn ta’ tfal skont il-Konvenzjoni tal-1980 ta’ The Hague jew it-tneħħija ta’ tfal skont il-Konvenzjoni tal-1980 ta’ The Hague.
- Qorti distrettwali - fir-rigward ta’ deċiżjonijiet li jikkonċernaw ir-responsabbiltà tal-ġenituri.
L-Artikolu 103 (1) (e) — Proċeduri ta’ rimedju kontra deċiżjoni dwar l-applikazzjoni għar-rifjut tal-infurzar imsemmija fl-Artikoli 61 u 62
Artikolu 61(2)
Il-kontestazzjoni jew l-appell għandu jiġi ppreżentat mal-awtorità jew mal-qorti kkomunikata bħala l-awtorità jew il-qorti li quddiemha għandha tiġi ppreżentata tali kontestazzjoni jew appell.
Qorti tal-appell.
Artikolu 62
Il-Qorti Suprema.
L-Artikolu 103 (1) (f) — Ismijiet, indirizzi u mezzi ta’ komunikazzjoni għall-Awtoritajiet Ċentrali maħtura biex jassistu fl-applikazzjoni tar-Regolament fi kwistjonijiet ta’ responsabbiltà tal-ġenituri. F’każ li tinħatar aktar minn Awtorità Ċentrali waħda, il-ġuriżdizzjoni ġeografika u funzjonali ta’ kull Awtorità Ċentrali għandha tiġi indikata kif imsemmi fl-Artikolu 76
L-Awtorità Ċentrali:
Il-Ministru għall-Ġustizzja
Il-funzjonijiet tal-Awtorità Ċentrali jitwettqu minn dawn:
L-Unità tal-Proċedimenti Internazzjonali tal-Familja (Wydział Międzynarodowych Postępowań Rodzinnych)
Id-Dipartiment għall-Affarijiet li jikkonċernaw il-Familji u t-Tfal (Departament Spraw Rodzinnych i Nieletnich)
Al. Ujazdowskie 11
00-950 Warsaw
Tel.: (+48) 22 23 90 470
Faks: (+48) 22 89 70 321
Indirizz tal-posta elettronika: sekretariat.dsrin@ms.gov.pl jew polandchildabduction@ms.gov.pl
L-Artikolu 103 (1) (g) — Jekk applikabbli, kategoriji ta’ qraba stretti, minbarra ġenituri, li magħhom il-minuri jista’ jitqiegħed fit-territorju ta’ Stat Membru, mingħajr il-kunsens minn qabel ta’ dak l-Istat Membru kif imsemmi fl-Artikolu 82
Xejn.
L-Artikolu 103 (1) (h) — Lingwi tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea għajr il-lingwa ta’ Stat Membru, li fihom jistgħu jiġu aċċettati komunikazzjonijiet lill-Awtoritajiet Ċentrali tiegħu kif imsemmi fl-Artikolu 91(3))
Il-Pollakk, il-Ġermaniż u l-Ingliż.
L-Artikolu 103 (1) (i) — Lingwi aċċettati għat-traduzzjonijiet ta’ talbiet u dokumenti li jakkumpanjawhom mibgħuta skont l-Artikoli 80, 81, 82 u ta’ partijiet b’test liberu taċ-ċertifikati kif imsemmi fl-Artikolu 91(2)
Il-Pollakk.
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.