Ir-Regolament Brussell IIb - Kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta’ responsabbiltà tal-ġenituri (riformulazzjoni)

Portugall

Il-kontenut ipprovdut minn
Portugall

SIB QRATI/AWTORITAJIET KOMPETENTI

L-għodda ta' tiftix hawn taħt se tgħinek tidentifika qorti/qrati jew awtorità(jiet) kompetenti għal strument legali Ewropew speċifiku. Jekk jogħġbok innota li għalkemm sar kull sforz biex tiġi aċċertata l-preċiżjoni tar-riżultati, jista' jkun hemm xi każijiet eċċezzjonali li jikkonċernaw id-determinazzjoni ta' kompetenza li mhumiex neċessarjament koperti.

Portugall

Liġi tal-Familja - Ir-Regolament Brussell IIb - Kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta’ responsabbiltà tal-ġenituri (riformulazzjoni)


*input mandatarju

L-Artikolu 103(1) (a) (l-ewwel parti) - Awtoritajiet pubbliċi jew awtoritajiet oħra awtorizzati biex jistabbilixxu strument awtentiku msemmi fil-punt (2)(b) tal-Artikolu 2(2), u awtoritajiet pubbliċi awtorizzati li jirreġistraw ftehim imsemmi fil-punt (3) tal-Artikolu 2(2)

L-awtoritajiet imsemmija fl-Artikolu 2(2), il-punt 2(b): mhux applikabbli.

L-awtoritajiet imsemmija fl-Artikolu 2(2), il-punt 3: mhux applikabbli.

L-Artikolu 103 (1) (a) (it-tieni parti) - Awtoritajiet amministrattivi li jagħtu l-għajnuna legali msemmija fl-Artikolu 74(2)

Jekk jogħġbok innota li l-verżjoni bil-lingwa oriġinali ta' din il-paġna il-Portugiż ġiet emendata reċentement. Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.

L-awtoritajiet imsemmija fl-Artikolu 74(2):

i. fil-Portugall kontinentali: l-Istitut tas-Sigurtà Soċjali (Instituto da Segurança Social I. P.);

ii. fir-Reġjun Awtonomu ta’ Madeira: l-Istitut tas-Sigurtà Soċjali ta’ Madeira (Instituto de Segurança Social da Madeira, I.P.-RAM);

iii. fir-Reġjun Awtonomu tal-Azores: l-Istitut tas-Sigurtà Soċjali tal-Azores (Instituto da Segurança Social dos Açores, I.P.R.A.);

iv. fit-territorju nazzjonali Portugiż kollu: ir-reġistraturi ċivili (conservadores do registo civil) sa fejn tkun ingħatat għajnuna legali minnhom abbażi ta’ dikjarazzjoni maħruġa mill-kunsilli parrokkjali (juntas de freguesia) li tiċċertifika s-sitwazzjoni finanzjarja ta’ ċittadin (l-Artikolu 34(1) tad-Digriet Liġi Nru 135/99 tat-22 ta’ April 1999 flimkien mal-Artikolu 16(1)(rr) tal-Liġi Nru 75/2013 tat-12 ta’ Settembru 2013) jew dikjarazzjoni maħruġa minn istituzzjoni pubblika tal-protezzjoni soċjali fejn il-persuna tkun iddaħħlet (l-Artikolu 10(3) tar-Regolament dwar it-tariffi tal-uffiċċji tar-reġistrazzjoni u tan-nutara (Regulamento Emolumentar dos Registos e do Notariado).

L-Artikolu 103 (1) (b) (l-ewwel parti) - Qrati kompetenti biex joħorġu ċertifikati għal deċiżjoni skont l-Artikolu 36(1), u qrati u awtoritajiet kompetenti biex joħorġu ċertifikat għal strument awtentiku jew ftehim imsemmija fl-Artikolu 66

Għall-ħruġ ta’ ċertifikati relatati mad-deċiżjonijiet previsti fl-Artikolu 36(1):

i. f’materji matrimonjali u materji ta’ responsabbiltà tal-ġenituri: il-qrati tal-familja u tal-minorenni (Juízos de família e menores); fejn dawn ma jeżistux, il-qrati ċivili lokali (Juízo locais cíveis); fejn dawn ma jeżistux, il-qrati ġenerali (Juízos de Competência Genérica); l-uffiċċji tar-reġistru ċivili (Conservatórias de registo civil);

ii. f’materji ta’ responsabbiltà tal-ġenituri: il-kummissjonijiet għall-protezzjoni tat-tfal u taż-żgħażagħ (comissões de proteção de crianças e jovens);

iii. għar-ritorn tat-tfal, u miżuri provviżorji u protettivi: il-qrati tal-familja u tal-minorenni; fejn dawn ma jeżistux, il-qrati ċivili lokali; fejn dawn ma jeżistux, il-qrati ġenerali;

iv. għal materji relatati ma’ miżuri provviżorji u protettivi: il-kummissjonijiet għall-protezzjoni tat-tfal u taż-żgħażagħ.

Għall-ħruġ ta’ ċertifikati relatati mal-istrumenti awtentiċi msemmija fl-Artikolu 66: mhux applikabbli.

Għall-ħruġ ta’ ċertifikati relatati ma’ ftehimiet koperti mill-Artikolu 66:

i. f’materji matrimonjali u materji ta’ responsabbiltà tal-ġenituri: il-qrati tal-familja u tal-minorenni; fejn dawn ma jeżistux, il-qrati ċivili lokali; fejn dawn ma jeżistux, il-qrati ġenerali; l-uffiċċji tar-reġistru ċivili;

ii. f’materji ta’ responsabbiltà tal-ġenituri: il-kummissjonijiet għall-protezzjoni tat-tfal u taż-żgħażagħ.

L-Artikolu 103 (1) (b) (it-tieni parti) - Qrati kompetenti biex jirrettifikaw iċ-ċertifikati msemmija fl-Artikolu 37(1), l-Artikolu 48(1) u qrati kompetenti biex joħorġu ċertifikat li jispeċifika n-nuqqas jew il-limitazzjoni ta’ deċiżjoni ċċertifikata msemmi fl-Artikolu 49; u qrati u awtoritajiet kompetenti biex jirrettifikaw iċ-ċertifikat, maħruġ skont l-Artikolu 66(1), imsemmi fl-Artikolu 67(1);

Biex jiġu rrettifikati ċ-ċertifikati msemmija fl-Artikolu 37(1):

il-qrati tal-familja u tal-minorenni; fejn dawn ma jeżistux, il-qrati ċivili lokali; fejn dawn ma jeżistux, il-qrati ġenerali. L-uffiċċji tar-reġistru ċivili u l-kummissjonijiet għall-protezzjoni tat-tfal u taż-żgħażagħ (f’materji ta’ responsabbiltà tal-ġenituri biss).

Biex jiġu rrettifikati ċ-ċertifikati msemmija fl-Artikolu 66(3): mhux applikabbli.

Biex jiġu rrettifikati ċ-ċertifikati msemmija fl-Artikoli 48(1) u 49(1):

i. il-qrati tal-familja u tal-minorenni; fejn dawn ma jeżistux, il-qrati ċivili lokali; fejn dawn ma jeżistux, il-qrati ġenerali għal deċiżjonijiet li jagħtu drittijiet ta’ aċċess u deċiżjonijiet li jinvolvu r-ritorn tal-wild minuri f’konformità mal-Artikolu 29(6);

ii. l-uffiċċji tar-reġistru ċivili u l-kummissjonijiet għall-protezzjoni tat-tfal u taż-żgħażagħ għal deċiżjonijiet li jagħtu drittijiet ta’ aċċess.

L-Artikolu 103 (1) (c) — Qrati kompetenti għar-rikonoxximent ta’ deċiżjoni (l-Artikolu 30(3)) jew għar-rifjut tar-rikonoxximent (l-Artikolu 40(2)), kif ukoll qrati u awtoritajiet kompetenti għar-rifjut tal-infurzar, għall-kontestazzjoni jew l-appell, u għall-kontestazzjoni jew l-appell ulterjuri msemmija fl-Artikoli 58(1), 61(2) u 62

Għall-finijiet tal-Artikolu 30(3), l-Artikolu 52, l-Artikolu 40(1) u l-Artikolu 58(1):

il-qrati tal-familja u tal-minorenni; fejn dawn ma jeżistux, il-qrati ċivili lokali; fejn dawn ma jeżistux, il-qrati ġenerali.

Għall-finijiet tal-Artikolu 62 jew tal-Artikolu 61(2):

il-qorti li tkun tat is-sentenza kkontestata tkun – skont il-kawża – il-qorti tal-familja u tal-minorenni, il-qorti ċivili lokali, jew il-qorti ġenerali, li tirrinvija l-appell lill-Qorti tal-Appell (Tribunal da Relação) għal eżami. Fil-każ ta’ appell ulterjuri wara d-deċiżjoni tal-Qorti tal-Appell, l-appell jiġi ppreżentat lill-Qorti tal-Appell, li mbagħad tirrinvijah lill-Qorti Suprema tal-Ġustizzja (Supremo Tribunal de Justiça) għal eżami.

L-Artikolu 103 (1) (d) — Awtoritajiet kompetenti għall-infurzar imsemmija fl-Artikolu 52

Il-qrati tal-familja u tal-minorenni; fejn dawn ma jeżistux, il-qrati ċivili lokali; fejn dawn ma jeżistux, il-qrati ġenerali.

L-Artikolu 103 (1) (e) — Proċeduri ta’ rimedju kontra deċiżjoni dwar l-applikazzjoni għar-rifjut tal-infurzar imsemmija fl-Artikoli 61 u 62

Il-proċeduri ta’ rimedju disponibbli għas-sitwazzjonijiet previsti fl-Artikoli 61 u 62 huma kif ġej:

I. Il-proċeduri ta’ rimedju kontra deċiżjoni tal-qorti tal-prim’istanza (tribunal de primeira instância) rigward ir-rifjut ta’ rikonoxximent jew eżekuzzjoni huma dawk previsti fl-Artikoli 32 u 33 tal-Qafas Legali għall-Proċedura tat-Tutela Ċivili (Regime Geral do Processo Tutelar Cível) li jirreferi għall-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili (Código de Processo Civil). Dawn jistgħu jkunu:

i. Appell ordinarju ppreżentat lill-Qorti tal-Appell f’konformità mal-Artikolu 644 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili;

ii. Appell ordinarju għal rieżami ppreżentat lill-Qorti Suprema tal-Ġustizzja kontra s-sentenza tal-Qorti tal-Appell rigward deċiżjoni tal-qorti tal-prim’istanza, li tiddeċiedi dwar il-merti tal-kawża jew tagħlaq il-proċedimenti, filwaqt li tillibera lill-intimat jew xi wħud mill-intimati fir-rigward tat-talba jew tal-kontrotalba ppreżentata, f’konformità mal-Artikolu 671 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili;

iii. Appell straordinarju għal rieżami ppreżentat lill-Qorti tal-Prim’Istanza li tat id-deċiżjoni u li se tikkunsidra l-appell, fuq il-bażi ta’ kwalunkwe waħda mis-sitwazzjonijiet previsti fl-Artikolu 696 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili.

II. Il-proċeduri ta’ rimedju kontra r-reġistratur ċivili fir-rigward tar-rifjut ta’ rikonoxximent huma previsti fl-Artikoli 286 u 291 tal-Kodiċi tar-Reġistru Ċivili (Código do Registo Civil) u jistgħu jkunu:

i. Appelli ġerarkiċi lill-president tal-Istitut tal-Uffiċċji tar-Reġistru u tan-Nutara (Instituto dos Registos e do Notariado, I. P.); jew

ii. Kontestazzjonijiet legali ppreżentati lill-qorti li fil-ġuriżdizzjoni tagħha jinsab l-uffiċċju tar-reġistru ċivili.

Kull meta jiġi miċħud appell ġerarkiku, il-parti interessata, jekk ma tkunx diġà għamlet dan, tista’ tikkontesta d-deċiżjoni inizjali mogħtija mir-reġistratur fil-qorti li fil-ġuriżdizzjoni tagħha jinsab l-uffiċċju tar-reġistru ċivili fi żmien 10 ijiem min-notifika tad-deċiżjoni.

L-appelli kontra deċiżjoni tal-qorti tal-prim’istanza rigward deċiżjoni ta’ reġistratur jistgħu jitressqu quddiem il-Qorti tal-Appell. L-appelli kontra s-sentenzi tal-Qorti tal-Appell ma jistgħux jitressqu quddiem il-Qorti Suprema tal-Ġustizzja, ħlief fil-każijiet previsti fl-Artikolu 629(2) tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili fejn appell ikun dejjem ammissibbli.

L-Artikolu 103 (1) (f) — Ismijiet, indirizzi u mezzi ta’ komunikazzjoni għall-Awtoritajiet Ċentrali maħtura biex jassistu fl-applikazzjoni tar-Regolament fi kwistjonijiet ta’ responsabbiltà tal-ġenituri. F’każ li tinħatar aktar minn Awtorità Ċentrali waħda, il-ġuriżdizzjoni ġeografika u funzjonali ta’ kull Awtorità Ċentrali għandha tiġi indikata kif imsemmi fl-Artikolu 76

Jekk jogħġbok innota li l-verżjoni bil-lingwa oriġinali ta' din il-paġna il-Portugiż ġiet emendata reċentement. Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.
Jekk jogħġbok innota li dawn il-lingwi li ġejjin: il-Ġermaniżl-Ingliżil-Franċiż diġà ġew tradotti.

Id-Direttorat Ġenerali għar-Riabilitazzjoni u s-Servizzi tal-Ħabsijiet (Direcção-Geral de Reinserção e Serviços Prisionais)

Id-Dipartiment tal-Assistenza Legali u t-Tilwim (Gabinete Jurídico e de Contencioso)

Travessa da Cruz do Torel 1

1150-122 Lisbon

Telefown: (+351) 218 812 200

Fax: (+351) 218 853 653

Email: gjc@dgrsp.mj.pt

L-Artikolu 103 (1) (g) — Jekk applikabbli, kategoriji ta’ qraba stretti, minbarra ġenituri, li magħhom il-minuri jista’ jitqiegħed fit-territorju ta’ Stat Membru, mingħajr il-kunsens minn qabel ta’ dak l-Istat Membru kif imsemmi fl-Artikolu 82

Nanniet, zijiet jew aħwa.

L-Artikolu 103 (1) (h) — Lingwi tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea għajr il-lingwa ta’ Stat Membru, li fihom jistgħu jiġu aċċettati komunikazzjonijiet lill-Awtoritajiet Ċentrali tiegħu kif imsemmi fl-Artikolu 91(3))

Il-Portugiż, l-Ingliż u l-Franċiż.

L-Artikolu 103 (1) (i) — Lingwi aċċettati għat-traduzzjonijiet ta’ talbiet u dokumenti li jakkumpanjawhom mibgħuta skont l-Artikoli 80, 81, 82 u ta’ partijiet b’test liberu taċ-ċertifikati kif imsemmi fl-Artikolu 91(2)

Il-Portugiż.

L-aħħar aġġornament: 10/06/2024

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.