Ir-Regolament Brussell IIb - Kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta’ responsabbiltà tal-ġenituri (riformulazzjoni)

Rumanija

Il-kontenut ipprovdut minn
Rumanija

SIB QRATI/AWTORITAJIET KOMPETENTI

L-għodda ta' tiftix hawn taħt se tgħinek tidentifika qorti/qrati jew awtorità(jiet) kompetenti għal strument legali Ewropew speċifiku. Jekk jogħġbok innota li għalkemm sar kull sforz biex tiġi aċċertata l-preċiżjoni tar-riżultati, jista' jkun hemm xi każijiet eċċezzjonali li jikkonċernaw id-determinazzjoni ta' kompetenza li mhumiex neċessarjament koperti.

Rumanija

Liġi tal-Familja - Ir-Regolament Brussell IIb - Kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta’ responsabbiltà tal-ġenituri (riformulazzjoni)


*input mandatarju

L-Artikolu 103(1) (a) (l-ewwel parti) - Awtoritajiet pubbliċi jew awtoritajiet oħra awtorizzati biex jistabbilixxu strument awtentiku msemmi fil-punt (2)(b) tal-Artikolu 2(2), u awtoritajiet pubbliċi awtorizzati li jirreġistraw ftehim imsemmi fil-punt (3) tal-Artikolu 2(2)

Ir-reġistrar, in-nutar pubbliku.

L-Artikolu 103 (1) (a) (it-tieni parti) - Awtoritajiet amministrattivi li jagħtu l-għajnuna legali msemmija fl-Artikolu 74(2)

Mhux applikabbli.

L-Artikolu 103 (1) (b) (l-ewwel parti) - Qrati kompetenti biex joħorġu ċertifikati għal deċiżjoni skont l-Artikolu 36(1), u qrati u awtoritajiet kompetenti biex joħorġu ċertifikat għal strument awtentiku jew ftehim imsemmija fl-Artikolu 66

L-awtorità kompetenti biex toħroġ iċ-ċertifikat hija l-qorti li tat is-sentenza li r-rikonoxximent tagħha qed jiġi invokat jew li l-eżekuzzjoni tagħha qed tintalab fi Stat Membru ieħor. Dik il-qorti tista’ tkun qorti distrettwali (judecătorie), tribunal (tribunal) jew qorti tal-appell (curte de apel), kif ikun xieraq.

Għall-istrumenti awtentiċi, l-awtorità kompetenti biex toħroġ iċ-ċertifikat hija l-emittent tad-dokument, jiġifieri n-nutar jew ir-reġistratur, kif ikun xieraq.

Għall-ftehimiet – id-dispożizzjoni ma tapplikax.

L-Artikolu 103 (1) (b) (it-tieni parti) - Qrati kompetenti biex jirrettifikaw iċ-ċertifikati msemmija fl-Artikolu 37(1), l-Artikolu 48(1) u qrati kompetenti biex joħorġu ċertifikat li jispeċifika n-nuqqas jew il-limitazzjoni ta’ deċiżjoni ċċertifikata msemmi fl-Artikolu 49; u qrati u awtoritajiet kompetenti biex jirrettifikaw iċ-ċertifikat, maħruġ skont l-Artikolu 66(1), imsemmi fl-Artikolu 67(1);

Il-qrati kompetenti biex jirrettifikaw iċ-ċertifikat imsemmi fl-Artikolu 37(1) - il-qorti li qatgħet is-sentenza u ħarġet iċ-ċertifikat imsemmi fl-Artikolu 36.

Il-qrati kompetenti biex jirrettifikaw iċ-ċertifikat imsemmi fl-Artikolu 48(1) - il-qorti li ħadet id-deċiżjoni privileġġata u ħarġet iċ-ċertifikat imsemmi fl-Artikolu 47.

Il-qrati kompetenti biex joħorġu ċertifikat li jindika n-nuqqas jew il-limitazzjoni tal-eżegwibbiltà kif imsemmi fl-Artikolu 39 - il-qorti li ħarġet id-deċiżjoni dwar in-nuqqas jew il-limitazzjoni tal-eżegwibbiltà.

L-Artikolu 103 (1) (c) — Qrati kompetenti għar-rikonoxximent ta’ deċiżjoni (l-Artikolu 30(3)) jew għar-rifjut tar-rikonoxximent (l-Artikolu 40(2)), kif ukoll qrati u awtoritajiet kompetenti għar-rifjut tal-infurzar, għall-kontestazzjoni jew l-appell, u għall-kontestazzjoni jew l-appell ulterjuri msemmija fl-Artikoli 58(1), 61(2) u 62

  • Artikolu 30(3): it-tribunali, f’konformità mal-punt 1 tal-Artikolu 95 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili;
  • Artikolu 40(2): tribunal, fl-istess ċirkustanzi bħal dawk imsemmija fl-Artikolu 30(3);
  • Artikolu 58(1): qorti distrettwali, f’konformità mal-Artikolu 651 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili;
  • Artikolu 61(2): tribunal, f’konformità mal-punt 2 tal-Artikolu 95 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili;
  • Artikolu 62: Il-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili tar-Rumanija ma jipprovdix għal xi kontestazzjoni sussegwenti ulterjuri għall-appell ippreżentat kontra d-deċiżjoni dwar rikors li jikkontesta l-eżekuzzjoni.

L-Artikolu 103 (1) (d) — Awtoritajiet kompetenti għall-infurzar imsemmija fl-Artikolu 52

Uffiċjal ġudizzjarju, f’konformità mal-Artikolu 623 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili.

L-Artikolu 103 (1) (e) — Proċeduri ta’ rimedju kontra deċiżjoni dwar l-applikazzjoni għar-rifjut tal-infurzar imsemmija fl-Artikoli 61 u 62

B’applikazzjoni tal-Artikolu 61 tar-Regolament, il-proċedura ta’ stħarriġ hija l-appell, f’konformità mal-Artikolu 718(1) tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili;

B’applikazzjoni tal-Artikolu 62 tar-Regolament, ma hemm l-ebda kontestazzjoni jew appell sussegwenti għal dawk imsemmijin fl-Artikolu 61.

L-Artikolu 103 (1) (f) — Ismijiet, indirizzi u mezzi ta’ komunikazzjoni għall-Awtoritajiet Ċentrali maħtura biex jassistu fl-applikazzjoni tar-Regolament fi kwistjonijiet ta’ responsabbiltà tal-ġenituri. F’każ li tinħatar aktar minn Awtorità Ċentrali waħda, il-ġuriżdizzjoni ġeografika u funzjonali ta’ kull Awtorità Ċentrali għandha tiġi indikata kif imsemmi fl-Artikolu 76

Ministerul Justiției, Direcția Drept Internațional și Cooperare Judiciară (Il-Ministeru tal-Ġustizzja, id-Direttorat għad-Dritt Internazzjonali u għall-Kooperazzjoni Ġudizzjarja)

Str. Apolodor nr. 17 Sector 5 Bucharest 050741

Tel.: +40372041077; Faks: +40372041079

Indirizz tal-posta elettronika: ddit@just.ro

L-Artikolu 103 (1) (g) — Jekk applikabbli, kategoriji ta’ qraba stretti, minbarra ġenituri, li magħhom il-minuri jista’ jitqiegħed fit-territorju ta’ Stat Membru, mingħajr il-kunsens minn qabel ta’ dak l-Istat Membru kif imsemmi fl-Artikolu 82

Mhux applikabbli.

L-Artikolu 103 (1) (h) — Lingwi tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea għajr il-lingwa ta’ Stat Membru, li fihom jistgħu jiġu aċċettati komunikazzjonijiet lill-Awtoritajiet Ċentrali tiegħu kif imsemmi fl-Artikolu 91(3))

l-Ingliż, il-Franċiż u r-Rumen.

L-Artikolu 103 (1) (i) — Lingwi aċċettati għat-traduzzjonijiet ta’ talbiet u dokumenti li jakkumpanjawhom mibgħuta skont l-Artikoli 80, 81, 82 u ta’ partijiet b’test liberu taċ-ċertifikati kif imsemmi fl-Artikolu 91(2)

Ir-Rumen.

L-aħħar aġġornament: 31/07/2024

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.