Ir-Regolament Brussell IIb - Kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta’ responsabbiltà tal-ġenituri (riformulazzjoni)

Slovakkja

Il-kontenut ipprovdut minn
Slovakkja

SIB QRATI/AWTORITAJIET KOMPETENTI

L-għodda ta' tiftix hawn taħt se tgħinek tidentifika qorti/qrati jew awtorità(jiet) kompetenti għal strument legali Ewropew speċifiku. Jekk jogħġbok innota li għalkemm sar kull sforz biex tiġi aċċertata l-preċiżjoni tar-riżultati, jista' jkun hemm xi każijiet eċċezzjonali li jikkonċernaw id-determinazzjoni ta' kompetenza li mhumiex neċessarjament koperti.

Slovakkja

Liġi tal-Familja - Ir-Regolament Brussell IIb - Kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta’ responsabbiltà tal-ġenituri (riformulazzjoni)


*input mandatarju

L-Artikolu 103(1) (a) (l-ewwel parti) - Awtoritajiet pubbliċi jew awtoritajiet oħra awtorizzati biex jistabbilixxu strument awtentiku msemmi fil-punt (2)(b) tal-Artikolu 2(2), u awtoritajiet pubbliċi awtorizzati li jirreġistraw ftehim imsemmi fil-punt (3) tal-Artikolu 2(2)

Mhux applikabbli.

L-Artikolu 103 (1) (a) (it-tieni parti) - Awtoritajiet amministrattivi li jagħtu l-għajnuna legali msemmija fl-Artikolu 74(2)

Mhux applikabbli.

L-Artikolu 103 (1) (b) (l-ewwel parti) - Qrati kompetenti biex joħorġu ċertifikati għal deċiżjoni skont l-Artikolu 36(1), u qrati u awtoritajiet kompetenti biex joħorġu ċertifikat għal strument awtentiku jew ftehim imsemmija fl-Artikolu 66

Artikolu 36(1)

il-qrati distrettwali (okresné súdy), il-Qorti tal-Belt ta’ Bratislava II (Mestský súd Bratislava II), il-Qorti tal-Belt ta’ Košice (Mestský súd Košice), il-qrati reġjonali (krajské súdy)

Artikolu 66

mhux applikabbli

L-Artikolu 103 (1) (b) (it-tieni parti) - Qrati kompetenti biex jirrettifikaw iċ-ċertifikati msemmija fl-Artikolu 37(1), l-Artikolu 48(1) u qrati kompetenti biex joħorġu ċertifikat li jispeċifika n-nuqqas jew il-limitazzjoni ta’ deċiżjoni ċċertifikata msemmi fl-Artikolu 49; u qrati u awtoritajiet kompetenti biex jirrettifikaw iċ-ċertifikat, maħruġ skont l-Artikolu 66(1), imsemmi fl-Artikolu 67(1);

Artikolu 37(1), Artikolu 48(1) u Artikolu 49

il-qorti li ħarġet iċ-ċertifikat (jiġifieri l-qorti distrettwali jew reġjonali rilevanti, il-Qorti tal-Belt ta’ Bratislava II jew il-Qorti tal-Belt ta’ Košice)

Artikolu 66(3) flimkien mal-Artikolu 37(1)

mhux applikabbli

L-Artikolu 103 (1) (c) — Qrati kompetenti għar-rikonoxximent ta’ deċiżjoni (l-Artikolu 30(3)) jew għar-rifjut tar-rikonoxximent (l-Artikolu 40(2)), kif ukoll qrati u awtoritajiet kompetenti għar-rifjut tal-infurzar, għall-kontestazzjoni jew l-appell, u għall-kontestazzjoni jew l-appell ulterjuri msemmija fl-Artikoli 58(1), 61(2) u 62

Artikolu 30(3)

  • Il-ġuriżdizzjoni għar-rikorsi għar-rikonoxximent ta’ deċiżjoni relatata ma’ divorzju, ma’ separazzjoni legali jew ma’ annullament taż-żwieġ hija tal-Qorti Reġjonali fi Bratislava (Krajský súd v Bratislave).

Il-ġuriżdizzjoni għar-rikorsi għal deċiżjoni li ma ssib l-ebda raġuni għar-rifjut tar-rikonoxximent ta’ deċiżjoni relatata mad-drittijiet u l-obbligi tal-ġenituri hija tal-qorti fil-post fejn ikun residenti l-minuri (jiġifieri l-qorti distrettwali rilevanti, il-Qorti tal-Belt ta’ Bratislava II jew il-Qorti tal-Belt ta’ Košice) jew, jekk il-wild minuri ma jkunx residenti, fil-post fejn ikun qed joqgħod bħalissa. Jekk ma jkunx hemm tali qorti, il-ġuriżdizzjoni tkun tal-Qorti tal-Belt ta’ Bratislava II.

Artikolu 52

  • il-Qorti li fid-distrett tagħha jkun residenti l-minorenni (jiġifieri l-qorti distrettwali rilevanti, il-Qorti tal-Belt ta’ Bratislava II jew il-Qorti tal-Belt ta’ Košice)
  • il-Qorti li fid-distrett tagħha jkun qed joqgħod il-minorenni (jiġifieri l-qorti distrettwali rilevanti, il-Qorti tal-Belt ta’ Bratislava II jew il-Qorti tal-Belt ta’ Košice), jekk il-qorti li jkollha ġuriżdizzjoni territorjali ma tkunx magħrufa jew ma tkunx tista’ tintervjeni fil-ħin

Artikolu 40(1) u (2)

  • Il-ġuriżdizzjoni għal kwistjonijiet relatati ma’ divorzju, ma’ separazzjoni legali jew ma’ annullament taż-żwieġ hija tal-Qorti Reġjonali fi Bratislava.
  • Il-ġuriżdizzjoni għal kwistjonijiet relatati mad-drittijiet u l-obbligi tal-ġenituri hija tal-qorti fil-post fejn ikun residenti l-minuri (jiġifieri l-qorti distrettwali rilevanti, il-Qorti tal-Belt ta’ Bratislava II jew il-Qorti tal-Belt ta’ Košice) jew, jekk il-wild minuri ma jkunx residenti, fil-post fejn ikun qed joqgħod bħalissa. Jekk ma jkunx hemm tali qorti, il-ġuriżdizzjoni tkun tal-Qorti tal-Belt ta’ Bratislava II.

Artikolu 58(1)

  • il-Qorti li fid-distrett tagħha jkun residenti l-minorenni (jiġifieri l-qorti distrettwali rilevanti, il-Qorti tal-Belt ta’ Bratislava II jew il-Qorti tal-Belt ta’ Košice)
  • il-Qorti li fid-distrett tagħha jkun qed joqgħod il-minorenni (jiġifieri l-qorti distrettwali rilevanti, il-Qorti tal-Belt ta’ Bratislava II jew il-Qorti tal-Belt ta’ Košice), jekk il-qorti li jkollha ġuriżdizzjoni territorjali ma tkunx magħrufa jew ma tkunx tista’ tintervjeni fil-ħin

Artikolu 62

  • L-appelli fuq punti tal-liġi bħala rimedju straordinarju jistgħu jiġu ppreżentati lill-Qorti Suprema tar-Repubblika Slovakka (Najvyšší súd Slovenskej republiky) jekk tapplika waħda mir-raġunijiet elenkati b’mod eżawrjenti fl-att rilevanti (l-Artikoli 420 u 421 tal-Att Nru 160/2015, il-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili għat-Tilwim).

Artikolu 61(2)

Il-qorti li d-deċiżjoni tagħha tkun qed tiġi appellata.

L-Artikolu 103 (1) (d) — Awtoritajiet kompetenti għall-infurzar imsemmija fl-Artikolu 52

Il-qrati distrettwali, il-Qorti tal-Belt ta’ Bratislava II jew il-Qorti tal-Belt ta’ Košice.

L-Artikolu 103 (1) (e) — Proċeduri ta’ rimedju kontra deċiżjoni dwar l-applikazzjoni għar-rifjut tal-infurzar imsemmija fl-Artikoli 61 u 62

Artikolu 61

Appelli

Artikolu 62

L-appelli fuq punti tal-liġi bħala rimedju straordinarju jistgħu jiġu ppreżentati jekk tapplika waħda mir-raġunijiet elenkati b’mod eżawrjenti fl-att rilevanti (it-Taqsimiet 420 u 421 tal-Att Nru 160/2015, il-Kodiċi tal-Proċedura tat-Tilwim Ċivili).

L-Artikolu 103 (1) (f) — Ismijiet, indirizzi u mezzi ta’ komunikazzjoni għall-Awtoritajiet Ċentrali maħtura biex jassistu fl-applikazzjoni tar-Regolament fi kwistjonijiet ta’ responsabbiltà tal-ġenituri. F’każ li tinħatar aktar minn Awtorità Ċentrali waħda, il-ġuriżdizzjoni ġeografika u funzjonali ta’ kull Awtorità Ċentrali għandha tiġi indikata kif imsemmi fl-Artikolu 76

  • Għall-finijiet tal-Artikolu 79(e):

Il-Ministeru tal-Ġustizzja tar-Repubblika Slovakka

Račianska ul. 71

813 11 Bratislava

Telefown: +421 2 888 91 379/341/425

Faks: +421 2 888 91 605

Indirizz tal-posta elettronika:  civil.inter.coop@justice.sk

Web: https://www.justice.gov.sk

  • Għall-finijiet tal-Artikolu 79(a), (b), (c), (d), (f) u (g):

Iċ-Ċentru għall-Protezzjoni Legali Internazzjonali tat-Tfal u taż-Żgħażagħ (Centrum pre medzinárodnoprávnu ochranu detí a mládeže)

Špitálska č. 25 - 27

P.O. Box 57

814 99 Bratislava

Tel: +421 2 20 45 82 00;

Indirizz tal-posta elettronika: info@cipc.gov.sk

Web: https://www.cipc.gov.sk

L-Artikolu 103 (1) (g) — Jekk applikabbli, kategoriji ta’ qraba stretti, minbarra ġenituri, li magħhom il-minuri jista’ jitqiegħed fit-territorju ta’ Stat Membru, mingħajr il-kunsens minn qabel ta’ dak l-Istat Membru kif imsemmi fl-Artikolu 82

In-nanniet jew l-aħwa tal-minuri jew l-aħwa tal-ġenituri tal-minuri.

L-Artikolu 103 (1) (h) — Lingwi tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea għajr il-lingwa ta’ Stat Membru, li fihom jistgħu jiġu aċċettati komunikazzjonijiet lill-Awtoritajiet Ċentrali tiegħu kif imsemmi fl-Artikolu 91(3))

  • Għall-finijiet tal-Artikolu 79(e):

Is-Slovakk (il-lingwa tal-Istat) u ċ-Ċek

  • Għall-finijiet tal-Artikolu 79(a), (b), (c), (d), (f) u (g):

Is-Slovakk (il-lingwa tal-Istat), iċ-Ċek u l-Ingliż

L-Artikolu 103 (1) (i) — Lingwi aċċettati għat-traduzzjonijiet ta’ talbiet u dokumenti li jakkumpanjawhom mibgħuta skont l-Artikoli 80, 81, 82 u ta’ partijiet b’test liberu taċ-ċertifikati kif imsemmi fl-Artikolu 91(2)

Għall-finijiet tal-Artikolu 80(3) u tal-Artikolu 82(4):

Is-Slovakk u ċ-Ċek

  • Għall-finijiet tal-Artikolu 81(2):

Is-Slovakk u ċ-Ċek

  • Għall-finijiet tal-Artikolu 91(2):

Is-Slovakk u ċ-Ċek

L-aħħar aġġornament: 26/07/2024

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.