Ir-Regolament Brussell IIb - Kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta’ responsabbiltà tal-ġenituri (riformulazzjoni)

Slovenja

Il-kontenut ipprovdut minn
Slovenja

SIB QRATI/AWTORITAJIET KOMPETENTI

L-għodda ta' tiftix hawn taħt se tgħinek tidentifika qorti/qrati jew awtorità(jiet) kompetenti għal strument legali Ewropew speċifiku. Jekk jogħġbok innota li għalkemm sar kull sforz biex tiġi aċċertata l-preċiżjoni tar-riżultati, jista' jkun hemm xi każijiet eċċezzjonali li jikkonċernaw id-determinazzjoni ta' kompetenza li mhumiex neċessarjament koperti.

Slovenja

Liġi tal-Familja - Ir-Regolament Brussell IIb - Kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta’ responsabbiltà tal-ġenituri (riformulazzjoni)


*input mandatarju

L-Artikolu 103(1) (a) (l-ewwel parti) - Awtoritajiet pubbliċi jew awtoritajiet oħra awtorizzati biex jistabbilixxu strument awtentiku msemmi fil-punt (2)(b) tal-Artikolu 2(2), u awtoritajiet pubbliċi awtorizzati li jirreġistraw ftehim imsemmi fil-punt (3) tal-Artikolu 2(2)

— l-awtorità jew korp ieħor mogħti s-setgħa biex jiċċertifika t-tfassil u r-reġistrazzjoni tal-istrument awtentiku msemmi fl-Artikolu 2(2)(2)(b) hu: nutar (iżda biss għal każijiet ta’ divorzju b’kunsens reċiproku quddiem nutar meta l-istrument awtentiku jikkonċerna d-divorzju ta’ konjuġi mingħajr tfal minuri b’kunsens reċiproku)

L-Artikolu 103 (1) (a) (it-tieni parti) - Awtoritajiet amministrattivi li jagħtu l-għajnuna legali msemmija fl-Artikolu 74(2)

— l-awtorità amministrattiva b’kompetenza sabiex tagħti għajnuna legali kif imsemmija fl-Artikolu 74(2) hi: il-Ministeru tal-Ġustizzja

L-Artikolu 103 (1) (b) (l-ewwel parti) - Qrati kompetenti biex joħorġu ċertifikati għal deċiżjoni skont l-Artikolu 36(1), u qrati u awtoritajiet kompetenti biex joħorġu ċertifikat għal strument awtentiku jew ftehim imsemmija fl-Artikolu 66

— il-qrati jew l-awtoritajiet kompetenti biex joħorġu ċertifikat skont l-Artikolu 36(1) huma: il-qrati distrettwali (okrožna sodišča)

— il-qrati jew l-awtoritajiet kompetenti biex joħorġu ċertifikat skont l-Artikolu 66 huma:

  • nutara (iżda biss għal każijiet ta’ divorzju b’kunsens reċiproku quddiem nutar meta l-istrument awtentiku jikkonċerna d-divorzju ta’ konjuġi mingħajr tfal minuri b’kunsens reċiproku)

L-Artikolu 103 (1) (b) (it-tieni parti) - Qrati kompetenti biex jirrettifikaw iċ-ċertifikati msemmija fl-Artikolu 37(1), l-Artikolu 48(1) u qrati kompetenti biex joħorġu ċertifikat li jispeċifika n-nuqqas jew il-limitazzjoni ta’ deċiżjoni ċċertifikata msemmi fl-Artikolu 49; u qrati u awtoritajiet kompetenti biex jirrettifikaw iċ-ċertifikat, maħruġ skont l-Artikolu 66(1), imsemmi fl-Artikolu 67(1);

— il-qrati kompetenti biex jirrettifikaw iċ-ċertifikati msemmija fl-Artikolu 37(1) huma: il-qrati distrettwali

— il-qrati kompetenti biex jirrettifikaw iċ-ċertifikati msemmija fl-Artikolu 48(1) huma: il-qrati distrettwali

— il-qrati kompetenti biex joħorġu ċertifikat ta’ nuqqas jew ta’ limitazzjoni tal-eżegwibbiltà ta’ deċiżjoni (l-Artikolu 49) huma: il-qrati distrettwali

— il-qrati jew l-awtoritajiet kompetenti biex jirrettifikaw iċ-ċertifikat imsemmi fl-Artikolu 66(1), flimkien mal-Artikolu 67(1), huma:

  • nutara (iżda biss għal każijiet ta’ divorzju b’kunsens reċiproku quddiem nutar meta l-istrument awtentiku jikkonċerna d-divorzju ta’ konjuġi mingħajr tfal minuri b’kunsens reċiproku)

L-Artikolu 103 (1) (c) — Qrati kompetenti għar-rikonoxximent ta’ deċiżjoni (l-Artikolu 30(3)) jew għar-rifjut tar-rikonoxximent (l-Artikolu 40(2)), kif ukoll qrati u awtoritajiet kompetenti għar-rifjut tal-infurzar, għall-kontestazzjoni jew l-appell, u għall-kontestazzjoni jew l-appell ulterjuri msemmija fl-Artikoli 58(1), 61(2) u 62

— il-qrati kompetenti biex jirrikonoxxu deċiżjoni (l-Artikolu 30(3)) huma: il-qrati distrettwali

— il-qrati kompetenti biex jirrifjutaw ir-rikonoxximent ta’ deċiżjoni (l-Artikolu 40(1)) huma: il-qrati distrettwali

— il-qrati jew l-awtoritajiet kompetenti biex jirrifjutaw l-eżekuzzjoni ta’ deċiżjoni (l-Artikolu 58(1)) huma: il-qrati distrettwali

— il-qrati jew l-awtoritajiet kompetenti biex jisimgħu kontestazzjoni ta’ deċiżjoni dwar rikors għal rifjut ta’ eżekuzzjoni ta’ deċiżjoni, jew li jisimgħu appell, (l-Artikolu 61(2)) huma: il-qrati distrettwali

— il-qrati jew l-awtoritajiet kompetenti biex jisimgħu kwalunkwe appell ulterjuri (l-Artikolu 62) huma: il-Qorti Suprema (vrhovno sodišče)

L-Artikolu 103 (1) (d) — Awtoritajiet kompetenti għall-infurzar imsemmija fl-Artikolu 52

— l-awtoritajiet kompetenti biex jeżegwixxu deċiżjoni (l-Artikolu 52) huma: il-qrati lokali (okrajna sodišča)

L-Artikolu 103 (1) (e) — Proċeduri ta’ rimedju kontra deċiżjoni dwar l-applikazzjoni għar-rifjut tal-infurzar imsemmija fl-Artikoli 61 u 62

— il-proċedura ta’ rimedju msemmija fl-Artikolu 61 (kontestazzjoni jew appell)

Proċedura għall-eżekuzzjoni ta’ deċiżjoni barranija, ta’ soluzzjoni milħuqa barra l-pajjiż jew ta’ strument awtentiku barrani fis-Slovenja li ma jinkludix ukoll proċedura ta’ rikonoxximent u ta’ eżekuzzjoni, u fejn id-debitur jew il-parti interessata tista’ tippreżenta mozzjoni lill-qorti biex tirrifjuta r-rikonoxximent, tiġġudika li ma teżisti l-ebda raġuni għar-rifjut ta’ rikonoxximent jew tiċħad l-eżekuzzjoni ta’ deċiżjoni barranija, issir quddiem qorti distrettwali.

Il-parti jeħtiġilha tistabbilixxi l-fatti li jappoġġaw il-mozzjoni tagħha u tipprovdi evidenza, inkella t-talba titqies infondata.

Qabel ma toħroġ deċiżjoni, il-qorti tinnotifika kopja tal-mozzjoni kompluta, ammissibbli u motivata lill-intimat, li jkollu 30 jum mid-data tan-notifika biex jirrispondi.

Il-qorti taġġudika f’panel ta’ tliet imħallfin.

Jekk id-deċiżjoni tiddependi fuq il-fatti inkwistjoni, il-qorti taġġudika wara li ssir seduta ta’ smigħ.

— il-proċedura ta’ rimedju msemmija fl-Artikolu 62 (kontestazzjoni jew appell ulterjuri)

Jista’ jiġi ppreżentat appell kontra d-deċiżjoni tal-qorti (distrettwali). Jekk jiġi ppreżentat appell bħal dan, jinstema’ mill-Qorti Suprema tar-Repubblika tas-Slovenja.

L-appell għandu jiġi ppreżentat fi żmien 30 jum mid-data meta tiġi nnotifikata d-deċiżjoni tal-qorti tal-Prim’Istanza.

It-terminu għar-replika għal appell huwa ta’ 30 jum mid-data meta jiġi nnotifikat l-appell.

Il-proċedura hija rregolata, mutatis mutandis, bid-dispożizzjonijiet tal-liġi li tirregola d-dritt internazzjonali privat sostantiv u proċeduri u bil-proċedura għar-rikonoxximent u għall-eżekuzzjoni ta’ sentenzi ta’ qrati barranin, sakemm ma jkunx stipulat mod ieħor fir-Regolament jew fid-dispożizzjonijiet rilevanti tal-liġi nazzjonali.

L-Artikolu 103 (1) (f) — Ismijiet, indirizzi u mezzi ta’ komunikazzjoni għall-Awtoritajiet Ċentrali maħtura biex jassistu fl-applikazzjoni tar-Regolament fi kwistjonijiet ta’ responsabbiltà tal-ġenituri. F’każ li tinħatar aktar minn Awtorità Ċentrali waħda, il-ġuriżdizzjoni ġeografika u funzjonali ta’ kull Awtorità Ċentrali għandha tiġi indikata kif imsemmi fl-Artikolu 76

Il-Ministeru tax-Xogħol, tal-Familja, tal-Affarijiet Soċjali u tal-Opportunitajiet Indaqs (Ministrstvo za delo, družino, socialne zadeve in enake možnosti)

Štukljeva cesta 44

1000 Ljubljana

https://www.gov.si/drzavni-organi/ministrstva/ministrstvo-za-delo-druzino-socialne-zadeve-in-enake-moznosti/

Mezzi ta’ komunikazzjoni: posta elettronika u telefown (tel.: +386 1 369 75 00 / +386 1 369 77 00; indirizz tal-posta elettronika: gp.mddsz@gov.si) - mezz ta’ komunikazzjoni ppreferut: posta elettronika

L-Artikolu 103 (1) (g) — Jekk applikabbli, kategoriji ta’ qraba stretti, minbarra ġenituri, li magħhom il-minuri jista’ jitqiegħed fit-territorju ta’ Stat Membru, mingħajr il-kunsens minn qabel ta’ dak l-Istat Membru kif imsemmi fl-Artikolu 82

Biex jiġu żgurati l-aħjar interessi tat-tfal, inkluż fil-każ ta’ tqegħid ma’ qraba f’konformità mal-Artikolu 82, iċ-ċirkustanzi tat-tqegħid għandhom jiġu eżaminati fuq bażi ta’ każ b’każ, u wara dan għandu jinħareġ kunsens jew opinjoni.

L-Artikolu 103 (1) (h) — Lingwi tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea għajr il-lingwa ta’ Stat Membru, li fihom jistgħu jiġu aċċettati komunikazzjonijiet lill-Awtoritajiet Ċentrali tiegħu kif imsemmi fl-Artikolu 91(3))

Il-komunikazzjonijiet lill-Awtorità Ċentrali jistgħu jintbagħtu bis-Sloven u bl-Ingliż.

L-Artikolu 103 (1) (i) — Lingwi aċċettati għat-traduzzjonijiet ta’ talbiet u dokumenti li jakkumpanjawhom mibgħuta skont l-Artikoli 80, 81, 82 u ta’ partijiet b’test liberu taċ-ċertifikati kif imsemmi fl-Artikolu 91(2)

Fil-qrati li ġejjin fis-Slovenja, waħda mil-lingwi tal-minoranzi nazzjonali hija aċċettata wkoll bħala lingwa uffiċjali minbarra s-Sloven:

- il-Qorti Distrettwali ta’ Koper: It-Taljan;

- il-Qorti Lokali ta’ Koper: It-Taljan;

- il-Qorti Lokali ta’ Piran: It-Taljan;

- il-Qorti Lokali ta’ Lendava: L-Ungeriż.

Il-komunikazzjonijiet lill-Awtorità Ċentrali jistgħu jintbagħtu bis-Sloven u bl-Ingliż.

L-aħħar aġġornament: 07/08/2023

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.