Ir-Regolament Brussell IIb - Kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta’ responsabbiltà tal-ġenituri (riformulazzjoni)

Svezja

Il-kontenut ipprovdut minn
Svezja

SIB QRATI/AWTORITAJIET KOMPETENTI

L-għodda ta' tiftix hawn taħt se tgħinek tidentifika qorti/qrati jew awtorità(jiet) kompetenti għal strument legali Ewropew speċifiku. Jekk jogħġbok innota li għalkemm sar kull sforz biex tiġi aċċertata l-preċiżjoni tar-riżultati, jista' jkun hemm xi każijiet eċċezzjonali li jikkonċernaw id-determinazzjoni ta' kompetenza li mhumiex neċessarjament koperti.

Svezja

Liġi tal-Familja - Ir-Regolament Brussell IIb - Kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta’ responsabbiltà tal-ġenituri (riformulazzjoni)


*input mandatarju

L-Artikolu 103(1) (a) (l-ewwel parti) - Awtoritajiet pubbliċi jew awtoritajiet oħra awtorizzati biex jistabbilixxu strument awtentiku msemmi fil-punt (2)(b) tal-Artikolu 2(2), u awtoritajiet pubbliċi awtorizzati li jirreġistraw ftehim imsemmi fil-punt (3) tal-Artikolu 2(2)

Ma hemmx awtoritajiet fl-Iżvezja li joħorġu strumenti awtentiċi jew jirreġistraw ftehimiet.

L-Artikolu 103 (1) (a) (it-tieni parti) - Awtoritajiet amministrattivi li jagħtu l-għajnuna legali msemmija fl-Artikolu 74(2)

Jekk jogħġbok innota li l-verżjoni bil-lingwa oriġinali ta' din il-paġna l-Isvediż ġiet emendata reċentement. Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.

Dikjarazzjoni li parti għal proċedimenti quddiem il-Bord tal-Protezzjoni Soċjali (socialnämnden) ġiet eżentata mill-ispejjeż jew il-ħlasijiet tiġi pprovduta mill-bord inkwistjoni. Dikjarazzjoni li parti għal proċedimenti quddiem il-Bord tal-Protezzjoni Soċjali tqieset li tissodisfa l-kundizzjonijiet finanzjarji biex tikseb għajnuna legali sħiħa jew parzjali, tiġi pprovduta mill-Aġenzija tal-Għajnuna Legali (Rättshjälpsmyndigheten).

L-Artikolu 103 (1) (b) (l-ewwel parti) - Qrati kompetenti biex joħorġu ċertifikati għal deċiżjoni skont l-Artikolu 36(1), u qrati u awtoritajiet kompetenti biex joħorġu ċertifikat għal strument awtentiku jew ftehim imsemmija fl-Artikolu 66

Iċ-ċertifikat imsemmi fl-Artikolu 36(1) jinħareġ mill-qorti jew minn awtorità oħra li tkun ħadet id-deċiżjoni.

Billi l-qrati u l-awtoritajiet Żvediżi la joħorġu strumenti awtentiċi u lanqas ma jirreġistraw ftehimiet, mhux se jkun neċessarju li jinħarġu ċertifikati skont l-Artikolu 66(1).

L-Artikolu 103 (1) (b) (it-tieni parti) - Qrati kompetenti biex jirrettifikaw iċ-ċertifikati msemmija fl-Artikolu 37(1), l-Artikolu 48(1) u qrati kompetenti biex joħorġu ċertifikat li jispeċifika n-nuqqas jew il-limitazzjoni ta’ deċiżjoni ċċertifikata msemmi fl-Artikolu 49; u qrati u awtoritajiet kompetenti biex jirrettifikaw iċ-ċertifikat, maħruġ skont l-Artikolu 66(1), imsemmi fl-Artikolu 67(1);

Il-qorti jew awtorità oħra li tkun ħarġet id-deċiżjoni tordna r-rettifika ta’ ċertifikati skont l-Artikolu 37(1) jew l-Artikolu 48(1) jew toħroġ ċertifikat ta’ nuqqas ta’ eżekuzzjoni jew ta’ eżekuzzjoni limitata skont l-Artikolu 49.

Billi l-qrati u l-awtoritajiet Żvediżi mhux se jkunu qegħdin joħorġu ċertifikati skont l-Artikolu 66(1), mhux se jkun neċessarju li ċertifikati ta’ dan it-tip jiġu rettifikati fl-Iżvezja skont l-Artikolu 67(1).

L-Artikolu 103 (1) (c) — Qrati kompetenti għar-rikonoxximent ta’ deċiżjoni (l-Artikolu 30(3)) jew għar-rifjut tar-rikonoxximent (l-Artikolu 40(2)), kif ukoll qrati u awtoritajiet kompetenti għar-rifjut tal-infurzar, għall-kontestazzjoni jew l-appell, u għall-kontestazzjoni jew l-appell ulterjuri msemmija fl-Artikoli 58(1), 61(2) u 62

L-Artikolu 30(3)

Ir-rikors għal dikjarazzjoni skont l-Artikolu 30(3) li ma hemm l-ebda raġuni għal rifjut ta’ rikonoxximent jitressaq quddiem il-qorti distrettwali (tingsrätten).

Meta rikors ikun jikkonċerna deċiżjoni relatata totalment jew parzjalment mal-persuna ta’ wild minuri, ir-rikors irid jitressaq quddiem qorti distrettwali kif imsemmi fil-Kapitolu 21, it-Taqsima 1a tal-Kodiċi tal-Ġenituri (föräldrabalken).

Meta rikors ikun jikkonċerna deċiżjoni li ma tkunx relatata, totalment jew parzjalment, mal-persuna ta’ wild minuri, ir-rikors jitressaq quddiem il-qorti distrettwali fil-lista ta’ hawn taħt li fil-ġuriżdizzjoni tagħha l-kontroparti jkollha r-residenza tagħha. Jekk il-kontroparti ma tkunx residenti fl-Iżvezja, ir-rikors irid jitressaq quddiem il-Qorti Distrettwali ta’ Nacka (Nacka tingsrätt).

L-Artikolu 40 jew 59

Rikors skont l-Artikolu 40 jew 59 biex ma tiġix rikonoxxuta jew eżegwita deċiżjoni jrid jitressaq quddiem il-qorti distrettwali.

Meta rikors ikun jirrigwarda deċiżjoni relatata totalment jew parzjalment mal-persuna ta’ wild minuri, ir-rikors irid jitressaq quddiem il-qorti distrettwali li tkun qiegħda tisma’ kawża kif imsemmi fil-Kapitolu 21 tal-Kodiċi Żvediż dwar il-Ġenituri għall-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni li magħha jkun marbut ir-rikors. Jekk ma jkun inbeda l-ebda proċediment ta’ eżekuzzjoni, ir-rikors irid jitressaq quddiem qorti distrettwali kif imsemmi fil-Kapitolu 21, it-Taqsima 1a, tal-Kodiċi Żvediż dwar il-Ġenituri.

Meta r-rikors ikun jirrigwarda deċiżjoni li ma tkunx relatata, totalment jew parzjalment, ma’ wild minuri, ir-rikors irid jitressaq quddiem il-qorti distrettwali fil-lista ta’ hawn fuq li fil-ġuriżdizzjoni tagħha r-rikorrent ikollu r-residenza tiegħu. Jekk ir-rikorrent ma jkunx residenti fl-Iżvezja, ir-rikors irid jitressaq quddiem il-Qorti Distrettwali ta’ Nacka.

Appelli

Appelli skont l-Artikolu 61(2) iridu jiġu ppreżentati lill-qorti tal-appell (hovrätten).

Appelli skont l-Artikolu 62 iridu jiġu ppreżentati lill-Qorti Suprema (Högsta domstolen).

Ikklikkja fuq il-link hawn taħt biex tara l-awtoritajiet kollha kompetenti relatati ma' dan l-Artikolu.
Lista ta' awtoritajiet kompetenti

L-Artikolu 103 (1) (d) — Awtoritajiet kompetenti għall-infurzar imsemmija fl-Artikolu 52

— L-Artikolu 52, fil-każ ta’ rikors għall-eżekuzzjoni ta’ deċiżjoni relatata mal-persuna ta’ wild minuri: ir-rikors jitressaq quddiem qorti distrettwali kif imsemmi fil-Kapitolu 21, l-Artikolu 1a, tal-Kodiċi Żvediż dwar il-Ġenituri.

— L-Artikolu 52, fil-każ ta’ rikors għall-eżekuzzjoni ta’ deċiżjoni relatata mal-ispejjeż legali jew mal-proprjetà ta’ wild minuri: ir-rikors jitressaq quddiem l-Awtorità ta’ Eżekuzzjoni Żvediża (Kronofogdemyndigheten).

L-Artikolu 103 (1) (e) — Proċeduri ta’ rimedju kontra deċiżjoni dwar l-applikazzjoni għar-rifjut tal-infurzar imsemmija fl-Artikoli 61 u 62

L-appelli jridu jiġu ppreżentati lill-qorti tal-appell jew lill-Qorti Suprema.

L-Artikolu 103 (1) (f) — Ismijiet, indirizzi u mezzi ta’ komunikazzjoni għall-Awtoritajiet Ċentrali maħtura biex jassistu fl-applikazzjoni tar-Regolament fi kwistjonijiet ta’ responsabbiltà tal-ġenituri. F’każ li tinħatar aktar minn Awtorità Ċentrali waħda, il-ġuriżdizzjoni ġeografika u funzjonali ta’ kull Awtorità Ċentrali għandha tiġi indikata kif imsemmi fl-Artikolu 76

Utrikesdepartementet

Enheten för konsulära och civilrättsliga ärenden

S-103 39 Stockholm

Tel. +46 (8)4051000 (switchboard) / +46 (8)4055005 (numru ta’ emerġenza barra l-ħinijiet tal-uffiċċju)

Faks +46 (8)7231176

Email: ud-kc@gov.se

L-Artikolu 103 (1) (g) — Jekk applikabbli, kategoriji ta’ qraba stretti, minbarra ġenituri, li magħhom il-minuri jista’ jitqiegħed fit-territorju ta’ Stat Membru, mingħajr il-kunsens minn qabel ta’ dak l-Istat Membru kif imsemmi fl-Artikolu 82

Mhux applikabbli.

L-Artikolu 103 (1) (h) — Lingwi tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea għajr il-lingwa ta’ Stat Membru, li fihom jistgħu jiġu aċċettati komunikazzjonijiet lill-Awtoritajiet Ċentrali tiegħu kif imsemmi fl-Artikolu 91(3))

L-Iżvediż, l-Ingliż.

L-Artikolu 103 (1) (i) — Lingwi aċċettati għat-traduzzjonijiet ta’ talbiet u dokumenti li jakkumpanjawhom mibgħuta skont l-Artikoli 80, 81, 82 u ta’ partijiet b’test liberu taċ-ċertifikati kif imsemmi fl-Artikolu 91(2)

L-Iżvediż jew l-Ingliż.

L-aħħar aġġornament: 20/09/2024

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.