

Sib informazzjoni għal kull reġjun
Termini proċedurali miftuħa fit-22 ta’ Marzu jew termini li f’ċirkostanzi normali kienu se jibdew jiddekorru wara din id-data huma interrotti u se jkunu sospiżi sat-30 ta’ April 2020. Dawn jibdew jiddekorru mill-ġdid wara. Dan ifisser li terminu ta' 14-il jum se jintemm fil-15 ta’ Mejju u terminu ta' 4 ġimgħat se jintemm fid-29 ta’ Mejju.
Eċċezzjonijiet (inter alia): skadenzi għall-ħlas, ammissjoni furzata f’istituzzjoni psikjatrika. F'każijiet ta' periklu imminenti għas-sikurezza jew għal-libertà personali kif ukoll f'każijiet ta' danni li ma jistgħux jiġu rkuprati, il-qorti tista' ttemm l-interruzzjoni aktar kmieni.
Il-perjodi ta’ limitazzjoni (eż. preskrizzjoni) huma sospiżi bejn it-22 ta’ Marzu u t-30 ta’ April.
Proċedimenti ta’ infurzar: Il-possibbiltà ta’ sospensjoni ta’ rkant furzat ta' proprjetà mobbli u immobbli jekk id-debitur jiffaċċja diffikultajiet ekonomiċi minħabba l-pandemija tal-COVID-19. L-iżgumbramenti jistgħu jiġu sospiżi fuq talba jekk id-debitur ikun se jispiċċa bla dar.
Restrizzjoni tal-kuntatti bejn il-qrati u l-partijiet.
Għeluq ġenerali ta’ qrati speċifiċi jekk ikun hemm bżonn, flimkien mal-possibbiltà li każijiet urġenti jiġu riferuti lil qrati oħra.
Il-ħaddiema fuq il-każijiet tal-Awtoritajiet Ċentrali qegħdin jaħdmu mid-dar: hija rakkomandata l-komunikazzjoni bil-posta elettronika.
L-obbligu tad-debitur li japplika għal proċedimenti ta’ insolvenza bbażati fuq dejn eċċessiv huwa sospiż sal-31-01-2021.
Id-dmir tad-debitur li japplika għal proċedimenti ta’ insolvenza fi żmien 60 jum wara l-inabilità li jħallas huwa estiż għal 120 jum jekk l-inabilità li jħallas seħħet minħabba l-Covid-19.
Id-dritt tal-kreditur li japplika għall-insolvenza ta’ debitur abbażi ta’ dejn eċċessiv
Id-dritt tal-kreditur li japplika għall-insolvenza ta’ debitur abbażi ta’ dejn eċċessiv sospiż sal-31–01–2021.
Tista’ tintalab waqfa għall-bejgħ fl-irkant bil-qorti ta’ proprjetà mobbli u immobbli, jekk id-debitur ikun qiegħed jiffaċċa diffikultajiet ekonomiċi minħabba l-pandemija attwali tal-COVID-19 u dawn id-diffikultajiet wasslu għall-bidu tal-proċedimenti ta’ eżekuzzjoni.
Il-Qorti tal-Insolvenza tista’ ttawwal il-perjodu taż-żmien li fih partijiet terzi ma għandhomx jitterminaw kuntratti jew jeżerċitaw id-drittijiet għas-separazzjoni jew għas-sodisfazzjon separat (fis-seħħ sal-31-12-2020).
Il-Lokazzjonijiet Residenzjali (il-liġi tal-kera) ma jistgħux jiġu tterminati minħabba arretrati tal-kera minn April sa Ġunju 2020, li huma kkawżati minn indeboliment sinifikanti fil-prestazzjoni ekonomika relatat mal-COVID-19. Sidien il-kera jistgħu jitolbu għal dawk arretrati fil-qorti biss wara il-31-12-2020, għalkemm bl-imgħax ta' inadempjenza ta’ mhux aktar minn 4 fil-mija fis-sena.
Il-qorti tista’ testendi l-limiti ta' żmien proċedurali fi proċedimenti ta’ insolvenza b’sa 90 jum (fis-seħħ sal-31-12-2020).
Jekk debitur ikollu arretrati bħala parti minn pjan ta’ ristrutturar, huwa jista’ jitlob moratorju għad-durata massima ta’ 9 xhur (fis-seħħ sal-31-12-2020).
Il-pagamenti tas-self tal-konsumaturi jew tal-mikrointrapriżi dovuti bejn April u Ġunju 2020 huma differiti jekk il-mutwatarju jkun ġarrab telf ta’ introjtu relatat mal-COVID-19 li ma jkunx raġonevoli li wieħed jistenna li jħallas il-pagamenti akkont tas-self fi żmien debitu. It-terminu tal-kuntratt huwa estiż b’mod awtomatiku għal 3 xhur, ħlief jekk il-mutwatarju jkun irid ikompli s-selfa b’mod normali.
L-ebda mgħax ta’ inadempjenza għall-arretrati minn April sa Ġunju.
L-ebda penali kuntrattwali jekk il-kuntratt ġie konkluż qabel l-01-04 u d-debitur ikun inadempjenti minħabba indeboliment sinifikanti tal-prestazzjoni ekonomika tiegħu relatata mal-COVID-19 jew l-inabbiltà ta’ prestazzjoni tiegħu minħabba restrizzjonijiet relatati mal-COVID-19 fuq il-ħajja tax-xogħol tiegħu.
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.