Impatt tal-COVID-19 fuq materji ċivili u ta’ insolvenza

Belġju
Il-kontenut ipprovdut minn
European Judicial Network
Network Ġudizzjarju Ewropew (f'materji ċivili u kummerċjali)

1 Impatt tal-Covid-19 fuq proċedimenti ċivili

1.1 It-termini fi proċedimenti ċivili

Il-perjodi ta’ preskrizzjoni u l-iskadenzi għall-introduzzjoni ta’ rimedji ġudizzjarji li jiskadu bejn it-8 ta’ April 2020 u s-17 ta’ Mejju 2020 huma estiżi b’xahar wara l-iskadenza ta’ dan il-perjodu (jiġifieri posposti sas-17 ta’ Ġunju 2020). Jekk ikun meħtieġ, il-gvern jista' jestendi d-data finali ta' dan il-perijodu.

Skadenzi fi proċedimenti ġudizzjarji f’materji ċivili li jaqgħu bejn it-8 ta’ April 2020 u s-17 ta’ Mejju 2020 u li l-iskadenza tagħhom tista’ twassal għal sekwestru jew għal kwalunkwe dannu ieħor, huma estiżi b’xahar wara l-iskadenza tal-perjodu ta’ kriżi (jiġifieri posposti sas-17 ta’ Ġunju 2020). Jekk ikun hemm bżonn, il-gvern jista' jestendi d-data finali tal-perjodu ta' kriżi. Dan ma japplikax għal materji urġenti.

Estensjoni b’sitt xhur tal-iskadenzi fil-kuntest tal-bejgħ ġudizzjarju ta’ proprjetajiet immobbli li jagħlqu bejn it-18 ta’ Marzu 2020 u t-3 ta’ Ġunju 2020.

Sospensjoni tal-proċedimenti ta’ infurzar kontra l-kumpaniji bejn l-24 ta’ April 2020 u s-17 ta’ Mejju 2020.

1.2 L-organizzazzjoni ġudizzjarja u l-Ġudikatura

F’materji ċivili, is-seduti ta’ smigħ ġudizzjarji li suppost kellhom isiru bejn l-10 ta’ April 2020 u s-17 ta’ Ġunju 2020 (dan jista’ jiġi estiż mill-gvern) huma kkanċellati jekk il-partijiet kollha jkunu diġà bagħtu l-konklużjonijiet tagħhom bil-miktub. L-imħallef għandu jieħu deċiżjoni mingħajr smigħ fuq il-bażi tal-konklużjonijiet bil-miktub biss, sakemm il-partijiet ma joġġezzjonawx. Jekk il-partijiet joġġezzjonaw, il-każ jiġi pospost.

Il-qrati ċivili rrikorrew għall-użu ta’ għodod ta’ vidjokonferenza biex ikomplu jittrattaw il-kawżi fil-qorti.

Il-ġuramenti jistgħu jintlaqgħu mill-bogħod bejn l-4 ta’ Mejju u t-3 ta’ Ġunju 2020.

L-iskadenzi legali għal laqgħat previsti fid-dritt notarili u li jiskadu bejn it-18 ta’ Marzu 2020 u l-4 ta’ Awwissu 2020 huma posposti bi tliet xhur.

Is-setgħat notarizzati jistgħu jintlaqgħu mill-bogħod u b’mezzi elettroniċi (fuq apparat elettroniku u b’identifikazzjoni u firma elettronika).

It-tneħħija tar-rekwiżit tax-xhieda u l-preżenza ta’ diversi nutara f’testment awtentiku bejn l-4 ta’ Mejju 2020 u t-3 ta’ Ġunju 2020.

Is-setgħat notarizzati li jaslu bejn it-13 ta’ Marzu 2020 u t-30 ta’ Ġunju 2020 u li jidħlu fis-seħħ biss mit-13 ta’ Marzu sat-30 ta’ Ġunju 2020, se jkunu bla ħlas.

1.3 Il-Kooperazzjoni Ġudizzjarja tal-UE

Wara t-tifqigħa tal-COVID-19, il-modalità tax-xogħol u l-organizzazzjoni tal-Awtoritajiet Ċentrali Belġjani fil-materji ċivili ma nbidlux, bl-eċċezzjoni li l-biċċa l-kbira tal-ħaddiema fuq il-każijiet tal-Awtorità Ċentrali Belġjana qegħdin jagħmlu biss telexogħol. Xi ftit aġenti għadhom preżenti ġurnata fil-ġimgħa, sabiex jiċċekkjaw il-posta li tidħol u jibagħtu l-posta li trid toħroġ, pereżempju n-notifiki tad-dokumenti.

Intbagħat messaġġ permezz tan-Network Ġudizzjarju Ewropew lill-punti ta’ kuntatt kollha li jindika li l-komunikazzjonijiet jistgħu jkomplu jintbagħtu esklussivament permezz tal-posta elettronika lill-ħaddiema fuq il-każijiet. L-Awtoritajiet Ċentrali Belġjani jibqgħu disponibbli permezz tat-telefown u l-posta elettronika. Ġie rrakkomandat li t-talbiet ġodda rigward is-sekwestru ta’ minuri, kumpilazzjoni ta’ xhieda, l-għajnuna legali, l-obbligi ta’ manteniment, u l-protezzjoni ta’ minuri jintbagħtu lill-kaxxi postali operattivi.

It-trattament ta' każijiet individwali jista' jiġi ttardjat minħabba nuqqas ta' persunal. S'issa, l-aġenti kollha għadhom attivi u l-każijiet għadhom qed jiġu ttrattati kuljum bħal qabel ma faqqgħet il-COVID-19.

2 Miżuri relatati mal-insolvenza adottati jew ippjanati li jiġu adottati fl-Istati Membri wara t-tifqigħa tal-pandemija

2.1 Miżuri sostantivi ta’ insolvenza u kuntratti relatati li jaffettwaw il-miżura

2.1.1 Sospensjoni tal-insolvenza

2.1.1.1 Sospensjoni tad-dmir li wieħed japplika għall-insolvenza (debituri)

-

2.1.1.2 Protezzjoni tad-debituri dwar applikazzjoni għall-insolvenza mill-kredituri

-

2.1.2 Sospensjoni tal-eżekuzzjoni ta’ talba u sospensjoni tat-terminazzjoni ta’ kuntratt

2.1.2.1 Moratoria ġenerali / speċifiċi fuq l-eżekuzzjoni ta’ pretensjonijiet / l-eżekuzzjoni ta’ċerta tipi ta’ pretensjonijiet

-

2.1.2.2 Sospensjoni tat-terminazzjoni ta’ kuntratt (kuntratti ġenerali / speċifiċi)

-

2.2 Civili, inkluż is-sospensjoni tal-qrati tal-insolvenza u s-sospensjonijiet proċedurali

L-iskadenzi fil-qafas tal-bejgħ ġudizzjarju u tal-bejgħ privat f’forma ġudizzjarja li jiskadu bejn l-1 ta’ Novembru 2020 u l-31 ta’ Marzu 2021 jiġu estiżi awtomatikament b’6 xhur.

2.3 Miżuri oħra ta’ insolvenza (dawk relatati mal-azzjonijiet revokatorji, pjani ta’ rijorganizzazzjoni, ftehimiet informali u oħrajn jekk ikun xieraq)

-

2.4 Miżuri relatati mhux ta’ insolvenza (differimenti tal-pagamenti, self mill-banek, sigurtà soċjali, assikurazzjoni tas-saħħa, sussidji lin-negozji)

-

L-aħħar aġġornament: 26/10/2021

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.