Impatt tal-COVID-19 fuq materji ċivili u ta’ insolvenza

Ungerija
Il-kontenut ipprovdut minn
European Judicial Network
Network Ġudizzjarju Ewropew (f'materji ċivili u kummerċjali)

1 Impatt tal-Covid-19 fuq proċedimenti ċivili

1.1 It-termini fi proċedimenti ċivili

Irridu niżguraw l-aċċess għall-ġustizzja u l-kontinwità tal-proċedimenti pendenti. Għal din ir-raġuni, il-qrati tal-ġustizzja fl-Ungerija mhux qed jinterrompu l-attivitajiet tagħhom. Ġew awtorizzati regoli proċedurali speċjali biex jiffaċilitaw l-attivitajiet tagħhom, pereżempju fil-każ ta’ kwalunkwe miżura epidemjoloġika. Il-qrati kollha qegħdin joperaw.

Bħala regola ġenerali, it-termini qed jibqgħu jiddekorru matul il-perjodu tal-istat ta’ periklu.

1.2 L-organizzazzjoni ġudizzjarja u l-Ġudikatura

L-aċċess għall-ġustizzja u l-kontinwità tal-proċedimenti pendenti ġew żgurati; il-qrati tal-ġustizzja fl-Ungerija mhux qed jinterrompu l-attivitajiet tagħhom.

L-aċċess għall-ġustizzja u l-kontinwità tal-proċedimenti pendenti ġew żgurati; il-qrati tal-ġustizzja fl-Ungerija mhux qed jinterrompu l-attivitajiet tagħhom. Matul il-perjodu tal-istat ta’ periklu, bħala regola ġenerali huma biss dawk l-atti proċedurali li jeħtieġ li jitwettqu f’post soġġett għal miżura epidemjoloġika li m’għandhomx jitwettqu. Jekk ikun iġġustifikat minn miżuri epidemjoloġiċi, is-seduta tista’ ssir ukoll bl-użu ta’ network ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi jew mezzi oħrajn li kapaċi jittrażmettu immaġnijiet u ħsejjes elettroniċi.

1.3 Il-Kooperazzjoni Ġudizzjarja tal-UE

L-awtoritajiet ċentrali qegħdin joperaw.

L-eżekuzzjoni ta’ talbiet għal assistenza legali tista’ tiġi ttardjata meta mqabbla man-normal.

2 Miżuri relatati mal-insolvenza adottati jew ippjanati li jiġu adottati fl-Istati Membri wara t-tifqigħa tal-pandemija

2.1 Miżuri sostantivi ta’ insolvenza u kuntratti relatati li jaffettwaw il-miżura

2.1.1 Sospensjoni tal-insolvenza

2.1.1.1 Sospensjoni tad-dmir li wieħed japplika għall-insolvenza (debituri)

-

2.1.1.2 Protezzjoni tad-debituri dwar applikazzjoni għall-insolvenza mill-kredituri

Miżuri relatati mal-kumpaniji:

  • proċedimenti ta’ likwidazzjoni jistgħu jinbdew biss jekk jgħaddu 75 jum wara l-iskadenza għall-ħlas speċifikat fl-avviż ta’ ħlas;
  • proċedimenti ta’ likwidazzjoni jistgħu jinbdew biss abbażi ta’ talbiet li jaqbżu l-HUF 400 000;
  • fi proċedimenti ta’ stħarriġ tal-legalità, il-qorti tar-reġistrazzjoni tal-kumpanija ma tistax tiddikjara kumpanija xolta;
  • il-proċedimenti għad-dikjarazzjoni ta’ xoljiment ta’ kumpanija mibdija minħabba l-kanċellazzjoni tan-numru tat-taxxa huma sospiżi sat-30 ta’ Ġunju 2021;
  • bħala regola ġenerali, proċedimenti ta’ tħassir obbligatorju huma sospiżi sat-30 ta’ Ġunju 2021 u ma jistgħux jinbdew minħabba nuqqas ta’ konklużjoni ta’ proċedimenti ta’ stralċ.

2.1.2 Sospensjoni tal-eżekuzzjoni ta’ talba u sospensjoni tat-terminazzjoni ta’ kuntratt

2.1.2.1 Moratoria ġenerali / speċifiċi fuq l-eżekuzzjoni ta’ pretensjonijiet / l-eżekuzzjoni ta’ċerta tipi ta’ pretensjonijiet

Ġie introdott moratorju statutorju fuq il-ħlas għad-debituri ta’ kuntratti ta’ kreditu, ta’ self u ta’ lokazzjoni finanzjarja sal-31 ta’ Diċembru 2020.

L-Att CVII tal-2020 jestendi l-iskadenza sat-30 ta’ Ġunju 2021 għad-debituri ta’ ċerti gruppi soċjali (persuni qiegħda, parteċipanti preċedenti fl-iskemi ta’ xogħol pubbliku, ġenituri li jrabbu t-tfal, persuni rtirati, parteċipanti fi proċedimenti tal-insolvenza personali).

Dan ifisser li debituri taħt kuntratti li għadhom fis-seħħ li ġew iffirmati u mħallsin qabel id-19 ta’ Marzu 2020 huma mogħtija moratorju fuq il-ħlas lura tal-kapital, l-imgħax u t-tariffi.

Il-moratorju jdum sal-aħħar ta’ din is-sena.

L-iskadenza għall-ħlas lura tiġi estiża bid-durata tal-moratorju, u l-kuntratt innifsu jiġi estiż jekk normalment ikun intemm matul il-perjodu tal-moratorju. Il-garanziji huma estiżi wkoll bl-istess ammont ta’ żmien (9 xhur).

Il-moratorju fuq il-ħlas lura tad-dejn huwa applikabbli biss għall-faċilitajiet ta’ kreditu pprovduti minn kumpaniji finanzjarji domestiċi, li jfisser li kreditu pprovdut minn istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali ma jkunx affettwat minn din il-miżura.

Il-moratorju fuq il-ħlas lura japplika wkoll għas-self tal-impjegati. Il-moratorju fuq il-ħlas lura japplika wkoll għal debituri f’każijiet ta’ insolvenza personali (permezz ta’ litigazzjoni u barra mill-qorti) u għal skedi ta’ ħlas lura tad-dejn ibbażati fuq soluzzjonijiet ekstraġudizzjarji, soluzzjonijiet bil-qorti jew deċiżjonijiet tal-qorti.

L-imgħax u t-tariffi mhux imħallsin matul il-moratorju ma jiġux kapitalizzati. Iridu jitħallsu lura iktar tard, wara l-moratorju, bl-istess kundizzjonijiet, b’tali mod li l-piż ma jkunx jista’ jiżdied minħabba l-moratorju. Il-perjodu ta’ ħlas lura jiġi estiż skont dan.

2.1.2.2 Sospensjoni tat-terminazzjoni ta’ kuntratt (kuntratti ġenerali / speċifiċi)

Sospensjoni tat-terminazzjoni tal-kuntratt sat-30 ta’ Ġunju 2021 f’każ ta’ nuqqas ta’ ħlas (kuntratti ta’ self, kreditu u lokazzjoni finanzjarja mogħtija matul in-negozju tal-kreditur) – obbligu speċifiku biex jiġi ppruvat negozjar mill-ġdid tal-kuntratt (l-Att CVII tal-2020 jidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2021).

2.2 Civili, inkluż is-sospensjoni tal-qrati tal-insolvenza u s-sospensjonijiet proċedurali

Irridu niżguraw l-aċċess għall-ġustizzja u l-kontinwità tal-proċedimenti pendenti. Għal din ir-raġuni, il-qrati tal-ġustizzja fl-Ungerija mhux qed jinterrompu l-attivitajiet tagħhom. Ġew awtorizzati regoli proċedurali speċjali biex jiffaċilitaw l-attivitajiet tagħhom, pereżempju fil-każ ta’ kwalunkwe miżura epidemjoloġika. Il-qrati kollha qegħdin joperaw.

Matul il-perjodu tal-istat ta’ periklu, bħala regola ġenerali huma biss dawk l-atti proċedurali li jeħtieġ li jitwettqu f’post soġġett għal miżura epidemjoloġika li m’għandhomx jitwettqu.

2.3 Miżuri oħra ta’ insolvenza (dawk relatati mal-azzjonijiet revokatorji, pjani ta’ rijorganizzazzjoni, ftehimiet informali u oħrajn jekk ikun xieraq)

-

2.4 Miżuri relatati mhux ta’ insolvenza (differimenti tal-pagamenti, self mill-banek, sigurtà soċjali, assikurazzjoni tas-saħħa, sussidji lin-negozji)

-

L-aħħar aġġornament: 15/01/2024

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.