Sib informazzjoni għal kull reġjun
1 Impatt tal-Covid-19 fuq proċedimenti ċivili
1.1 It-termini fi proċedimenti ċivili
Il-Kamra tal-Parlament (l-Ewwel u t-Tieni Awla) qablet dwar leġiżlazzjoni temporanja ta’ emerġenza. B’din il-leġiżlazzjoni, huwa possibbli li jissolvew l-aktar problemi urġenti tal-funzjonament tal-ġudikatura.
Il-leġiżlazzjoni ilha fis-seħħ mill-24 ta’ April 2020.
Is-seduti ta’ smigħ f’kawżi ċivili u tad-dritt amministrattiv
L-introduzzjoni tas-seduta ta’ smigħ permezz tal-għodod kollha ta’ komunikazzjoni elettronika jekk minħabba l-COVID-19, smigħ fiżiku ma jkunx possibbli. Fil-każijiet kollha l-imħallef jiddeċiedi dwar kif se ssir is-seduta ta’ smigħ.
Ma hemm l-ebda bidla fit-termini legali f’kawżi ċivili, amministrattivi jew kriminali.
1.2 L-organizzazzjoni ġudizzjarja u l-Ġudikatura
Bejn is-17 ta’ Marzu 2020 u l-11 ta’ Mejju 2020, il-Qrati kollha ngħalqu bl-eċċezzjoni tal-kawżi urġenti ferm. Il-kawżi l-oħra ġew trattati bi proċeduri bil-miktub jew permezz tal-konferenzi bl-awdjo jew bil-vidjo.
Mill-11 ta’ Mejju 2020, il-Qrati se jerġgħu jiftħu għall-kawżi kollha li jikkonċernaw il-kawżi tad-dritt kriminali, tal-minorenni jew tal-familja. Il-Ġudikatura ħadet il-miżuri ta’ sikurezza u ta’ organizzazzjoni skont il-pariri tal-awtorità nazzjonali tas-saħħa.
Sa fejn hu possibbli, il-kawżi l-oħra se jitmexxew fiżikament fil-awli tal-Qrati. Jekk ma jkunx possibbli, huwa possibbli li jsir użu mill-mezzi tal-vidjokonferenza jew mezzi elettroniċi oħra.
Madankollu, il-Qrati se jkunu magħluqa għall-pubbliku bl-eċċezzjoni tal-kawżi b’interess pubbliku qawwi. Il-Qrati jistgħu wkoll jitolbu lill-Kunsill għall-Ġudikatura biex jorganizza xandira professjonali live jekk jidhrilhom li din tkun meħtieġa għall-interess pubbliku. Fil-kawżi kollha, sa massimu ta’ tliet rappreżentanti tal-media jistgħu jattendi s-seduta. Apparti minn hekk, il-Ġudikatura għandha l-għan li tippubblika online aktar deċiżjonijiet bil-miktub.
Il-ġudikatura qed tgħarbel il-possibbiltajiet biex tonora l-obbligu ta’ smigħ pubbliku u fil-beraħ filwaqt li tirrispetta l-privatezza tal-partijiet involuti.
Il-Ġudikatura pprevediet aġġustament temporanju tar-regolamenti proċedurali għall-ġurisdizzjonijiet kollha u ħolqot paġna fuq is-sit web tagħha b’ħarsa ġenerali attwali u struzzjonijiet dwar kif wieħed jaħdem matul il-kriżijiet tal-COVID-19. https://www.rechtspraak.nl/
1.3 Il-Kooperazzjoni Ġudizzjarja tal-UE
Il-parti l-kbira tal-awtoritajiet ċentrali fin-Netherlands qegħdin jaħdmu mid-dar. Il-komunikazzjoni bil-posta elettronika hija rakkomandata.
2 Miżuri relatati mal-insolvenza adottati jew ippjanati li jiġu adottati fl-Istati Membri wara t-tifqigħa tal-pandemija
2.1 Miżuri sostantivi ta’ insolvenza u kuntratti relatati li jaffettwaw il-miżura
2.1.1 Sospensjoni tal-insolvenza
2.1.1.1 Sospensjoni tad-dmir li wieħed japplika għall-insolvenza (debituri)
In-Netherlands ukoll mhumiex favur is-sospensjoni tad-dmir li wieħed japplika għall-insolvenza, billi dan jirriskja li jżomm intrapriżi mhux vijabbli għal żmien itwal milli jkun responsabbli. Dan huwa ta’ dannu għall-kredituri. In-Netherlands pjuttost qiegħed jiffoka fuq l-iffaċilitar ta’ ristrutturar veloċi u bikri.
2.1.1.2 Protezzjoni tad-debituri dwar applikazzjoni għall-insolvenza mill-kredituri
-
2.1.2 Sospensjoni tal-eżekuzzjoni ta’ talba u sospensjoni tat-terminazzjoni ta’ kuntratt
2.1.2.1 Moratoria ġenerali / speċifiċi fuq l-eżekuzzjoni ta’ pretensjonijiet / l-eżekuzzjoni ta’ċerta tipi ta’ pretensjonijiet
Is-sospensjoni tal-obbligu ta’ pagament attwalment mhix qed tiġi kkunsidrata, billi din tista’ tikkawża katina ta' reazzjonijiet.
2.1.2.2 Sospensjoni tat-terminazzjoni ta’ kuntratt (kuntratti ġenerali / speċifiċi)
-
2.2 Civili, inkluż is-sospensjoni tal-qrati tal-insolvenza u s-sospensjonijiet proċedurali
-
2.3 Miżuri oħra ta’ insolvenza (dawk relatati mal-azzjonijiet revokatorji, pjani ta’ rijorganizzazzjoni, ftehimiet informali u oħrajn jekk ikun xieraq)
Għadd ta’ banek qablu b’mod temporanju dwar sospensjoni temporanja tat-terminazzjoni tal-faċilitajiet ta’ kreditu u tal-miżuri ta’ eżekuzzjoni (soġġett għal ċerti kundizzjonijiet). Fin-Netherlands, il-banek ma jirrikorrux ta’ spiss biex jippreżentaw talbiet għall-ftuħ ta’ proċeduri ta’ insolvenza.
2.4 Miżuri relatati mhux ta’ insolvenza (differimenti tal-pagamenti, self mill-banek, sigurtà soċjali, assikurazzjoni tas-saħħa, sussidji lin-negozji)
Tħabbru miżuri ġenerali ta’ emerġenza bil-mira li jippermettu liċ-ċittadini u lill-intraprendituri jkomplu jissodisfaw l-obbligi tagħhom ta’ pagament.
Dan il-pakkett jinkludi miżuri bħall-waqfien immedjat tal-ġbir ta’ ċerti taxxi (taxxa fuq id-dħul, taxxa korporattiva, VAT) u reġim liberali għad-differiment ta’ għadd ta’ taxxi oħra u kontribuzzjonijiet tal-pensjoni.
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.