- SIB QRATI/AWTORITAJIET KOMPETENTI
- Artikolu 50(1)(a) — Qrati kompetenti biex joħorġu l-Ordni Ewropea tal-Preżervazzjoni tal-Kontijiet
- Artikolu 50(1)(b) — l-awtorità nominata bħala kompetenti biex tikseb informazzjoni dwar il-kontijiet
- Artikolu 50(1)(c) — Metodi għall-ksib ta’ informazzjoni dwar il-kontijiet
- Artikolu 50(1)(d) — Qrati li quddiehom jista' jsir appell kontra rifjut li tinħareġ l-Ordni Ewropea tal-Preservazzjoni tal-Kontijiet
- Artikolu 50(1)(e) — Awtoritajiet nominati bħala kompetenti biex jirċievu, jittrażmettu jew iservu l-Ordni Ewropea tal-Preservazzjoni tal-Kontijiet u dokumenti oħra
- Artikolu 50(1)(f) — Awtorità kompetenti biex toħroġ l-Ordni Ewropea tal-Preżervazzjoni tal-Kontijiet
- Artikolu 50(1)(g) — Il-punt sa fejn il-kontijiet konġunti jew ta' mandatarju jistgħu jiġu preżervati
- Artikolu 50(1)(h) — Ir-regoli applikabbli għall-ammonti eżenti minn qbid
- Artikolu 50(1)(i) — Tariffi, jekk imposti mill-banek, għall-implimentazzjoni ta’ ordnijiet nazzjonali ekwivalenti jew biex jipprovdu informazzjoni dwar il-kontijiet, u informazzjoni dwar il-parti responsabbli biex iħallas dawk it-tariffi
- Artikolu 50(1)(j) – l-iskala ta’ tariffi jew sett ieħor ta’ regoli li jistabbilixxu t-tariffi applikabbli imposti minn kwalunkwe awtorità jew korp ieħor involut fl-ipproċessar jew l-eżekuzzjoni tal-Ordni tal-Preservazzjoni
- Artikolu 50(1)(k) — Gradazzjoni, jekk ikun hemm, ta’ ordnijiet nazzjonali ekwivalenti
- Artikolu 50(1)(l) — Qrati jew awtorità ta' eżekuzzjoni kompetenti biex tagħti rimedju
- Artikolu 50(1)(m) — Qrati li quddiemhom għandhom jiġi ppreżentat appell u l-limitu ta’ żmien, jekk ikun il-każ, biex jiġi ppreżentat l-appell
- Artikolu 50(1)(n) — Tariffi tal-Qorti
- Artikolu 50(1)(o) — Il-lingwi aċċettati għat-traduzzjonijiet tad-dokumenti
Sib informazzjoni għal kull reġjun
SIB QRATI/AWTORITAJIET KOMPETENTI
L-għodda ta' tiftix hawn taħt se tgħinek tidentifika qorti/qrati jew awtorità(jiet) kompetenti għal strument legali Ewropew speċifiku. Jekk jogħġbok innota li għalkemm sar kull sforz biex tiġi aċċertata l-preċiżjoni tar-riżultati, jista' jkun hemm xi każijiet eċċezzjonali li jikkonċernaw id-determinazzjoni ta' kompetenza li mhumiex neċessarjament koperti.
Artikolu 50(1)(a) — Qrati kompetenti biex joħorġu l-Ordni Ewropea tal-Preżervazzjoni tal-Kontijiet
Il-Qorti Distrettwali ta’ Praga 1 (skont l-Artikolu 37 tal-Att Nru 6/2002 dwar il-qrati u l-imħallfin).
Artikolu 50(1)(b) — l-awtorità nominata bħala kompetenti biex tikseb informazzjoni dwar il-kontijiet
Il-Qorti Distrettwali ta’ Praga 1 hija kompetenti li tikseb informazzjoni dwar il-kontijiet (skont l-Artikolu 37 tal-Att Nru 6/2002 dwar il-qrati u l-imħallfin).
Artikolu 50(1)(c) — Metodi għall-ksib ta’ informazzjoni dwar il-kontijiet
L-Artikolu 128 tal-Att Nru 99/1963, il-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili (občanský soudní řád), kif emendat, jeħtieġ li kull persuna, fuq talba, tinforma lil qorti mingħajr ħlas bi kwalunkwe fatt li jkun sinifikanti għall-proċedimenti u għat-teħid ta’ deċiżjonijiet tagħha.
Artikolu 50(1)(d) — Qrati li quddiehom jista' jsir appell kontra rifjut li tinħareġ l-Ordni Ewropea tal-Preservazzjoni tal-Kontijiet
L-appelli għandhom jiġu ppreżentati permezz tal-qorti li d-deċiżjoni tagħha tkun qed tiġi kkontestata (l-Artikolu 204(1) tal-Att Nru 99/1963, il-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili, kif emendat). Il-ġuriżdizzjoni ratione materiae hija tal-qrati reġjonali (krajské soudy). Il-ġuriżdizzjoni territorjali hija tal-qorti reġjonali li fir-reġjun tagħha tinsab il-qorti distrettwali li ddeċidiet fil-prim’istanza. Il-ġuriżdizzjoni territorjali għall-Qorti Distrettwali ta’ Praga 1 fil-prim’istanza hija tal-Qorti Muniċipali ta’ Praga (Městský soud v Praze), skont l-Artikolu 37 tal-Att Nru 6/2002 dwar il-qrati u l-imħallfin.
Artikolu 50(1)(e) — Awtoritajiet nominati bħala kompetenti biex jirċievu, jittrażmettu jew iservu l-Ordni Ewropea tal-Preservazzjoni tal-Kontijiet u dokumenti oħra
Il-Qorti Distrettwali ta’ Praga 1 (skont l-Artikolu 37 tal-Att Nru 6/2002 dwar il-qrati u l-imħallfin).
Artikolu 50(1)(f) — Awtorità kompetenti biex toħroġ l-Ordni Ewropea tal-Preżervazzjoni tal-Kontijiet
Il-Qorti Distrettwali ta’ Praga 1 (skont l-Artikolu 37 tal-Att Nru 6/2002 dwar il-qrati u l-imħallfin).
Artikolu 50(1)(g) — Il-punt sa fejn il-kontijiet konġunti jew ta' mandatarju jistgħu jiġu preżervati
Kont konġunt jista’ jiġi ppreservat biss fir-rigward tas-sehem tad-debitur fil-fondi (l-Artikolu 311a tal-Att Nru 99/1963, il-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili, kif emendat). Fil-każ ta’ kont stabbilit għal diversi persuni, ir-regola hija li kollha għandhom ishma ugwali fil-fondi (l-Artikolu 2663 tal-Att Nru 89/2012, il-Kodiċi Ċivili, (občanský zákoník), kif emendat).
Artikolu 50(1)(h) — Ir-regoli applikabbli għall-ammonti eżenti minn qbid
Dawn ir-regoli huma stabbiliti fl-Artikoli 304a, 304b, 310 u 317 sa 319 tal-Att Nru 99/1963, il-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili, kif emendat. Il-fondi huma eżentati mill-qbid jekk, pereżempju, ikunu maħsuba għal ħlas ta’ pagi, ħlas tal-vaganzi u benefiċċji oħra minflok ir-remunerazzjoni għax-xogħol. Dan japplika wkoll għal fondi sa ammont ta’ darbtejn il-paga tal-għajxien, il-benefiċċji soċjali u l-benefiċċji tat-tbatija.
Għal fondi maħsuba għal ħlas ta’ pagi, ħlas tal-vaganzi u benefiċċji oħra minflok ir-remunerazzjoni għax-xogħol, il-persuna obbligata (jiġifieri d-debitur) għandha tissottometti lill-istituzzjoni finanzjarja (fejn jinżamm il-kont) dikjarazzjoni bil-miktub li fiha tiddikjara l-iskop tal-ħlas, l-ammont totali li għandu jitħallas b’dan il-mod u, fuq kollox, l-ismijiet tal-impjegati kollha li jiddikjaraw l-ammont eżatt tal-benefiċċju li għandu jitħallas lilhom. Il-firma tal-persuna obbligata fuq id-dikjarazzjoni trid tiġi ċċertifikata. Peress li dan huwa att proċedurali mill-persuna obbligata, dan irid jiġi ffirmat fil-bini tal-persuna obbligata (persuna ġuridika) minn xi ħadd awtorizzat jaġixxi f’isem dik il-persuna ġuridika quddiem qorti, f’konformità mal-Artikolu 21 tal-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili. L-istituzzjoni finanzjarja mhijiex obbligata jew awtorizzata li teżamina d-dikjarazzjoni u ma teżaminax jekk il-benefiċċji mħallsa kinux effettivament użati għal skop partikolari; hija tħallas it-talbiet tal-impjegati tal-persuna obbligata skont il-bilanċ tal-fondi fil-kont (inklużi fondi li jaslu fil-kont wara, jekk l-ammont oriġinali ma jkunx biżżejjed biex isir il-pagament). Dan japplika wkoll għal fondi sa ammont ta’ darbtejn il-paga tal-għajxien. F’dan il-każ, l-istituzzjoni finanzjarja trid tagħmel ukoll il-pagament, abbażi ta’ talba mill-persuna obbligata, indipendentement u mingħajr intervent minn qorti (jekk il-persuna obbligata tibgħat it-talba lil qorti, il-qorti ma tieħu l-ebda tip ta’ deċiżjoni dwarha. Hija tibgħatha biss lill-istituzzjoni finanzjarja sabiex tissodisfa l-obbligu inkwistjoni abbażi tagħha). Ma hemmx bżonn li jiġi eżaminat l-iskop tal-fondi mħallsa f’każ bħal dan. L-istituzzjoni finanzjarja sempliċiment tinnotifika lill-qorti li ħallset l-ammont inkwistjoni lill-persuna obbligata. Imbagħad iridu jittieħdu passi biex il-benefiċjarju jiġi infurmat b’dan il-fatt, li nkella setgħu jiġuh dubji raġonevoli dwar jekk l-istituzzjoni finanzjarja aġixxietx skont l-ordni tal-qorti jekk sar pagament mhux komplut tal-ammont mitlub. Madankollu, jekk dan il-pagament ma jikkonċernax lill-benefiċjarju bl-ebda mod, ma hemmx bżonn li jiġi infurmat bih. Fil-każijiet l-oħra kollha, dawn l-ammonti huma esklużi skont il-liġi (eż. benefiċċji soċjali jew pretensjonijiet magħmula mill-awturi u minn oriġinaturi oħra).
Artikolu 50(1)(i) — Tariffi, jekk imposti mill-banek, għall-implimentazzjoni ta’ ordnijiet nazzjonali ekwivalenti jew biex jipprovdu informazzjoni dwar il-kontijiet, u informazzjoni dwar il-parti responsabbli biex iħallas dawk it-tariffi
Iva. Il-banek huma intitolati li jitolbu tariffi għall-implimentazzjoni ta’ ordnijiet nazzjonali ekwivalenti f’konformità mal-iskala tat-tariffi tagħhom. L-iskala tat-tariffi hija ddeterminata bi ftehim bejn id-debitur u l-bank skont il-liġi, peress li hemm limiti statutorji dwar x’jista’ jiġi maqbul bejn bank u debitur.
Il-Banek huma intitolati wkoll li jitolbu tariffi għall-għoti ta’ informazzjoni, jekk ikunu waslu għal arranġament mal-klijent biex jagħmlu dan. Dan se jiddependi fuq l-iskala speċifika tat-tariffi, u d-detentur tal-kont se jkun responsabbli għall-ħlas provviżorju u finali tat-tariffi.
Artikolu 50(1)(j) – l-iskala ta’ tariffi jew sett ieħor ta’ regoli li jistabbilixxu t-tariffi applikabbli imposti minn kwalunkwe awtorità jew korp ieħor involut fl-ipproċessar jew l-eżekuzzjoni tal-Ordni tal-Preservazzjoni
It-tariffi tal-qorti huma rregolati mill-Att Nru 549/1991 dwar it-tariffi tal-qorti. Ir-rati tat-tariffi għall-proċeduri huma stabbiliti fil-forma ta’ somma fissa jew perċentwal fil-każ ta’ tariffi fejn il-bażi hija espressa fil-forma ta’ somma finanzjarja. Il-perċentwal tat-tariffa jiġi kkalkolat bħala l-prodott tal-bażi tat-tariffa u r-rata tat-tariffa. Ir-rati individwali huma stabbiliti fi skala tat-tariffi annessi mal-Att. L-Att japplika kemm għall-proċedimenti tal-prim’istanza kif ukoll għall-appelli.
It-tariffi jsiru dovuti ladarba jinħoloq l-obbligu ta’ ħlas, jiġifieri, pereżempju, meta jiġi ppreżentat rikors biex jinbdew proċedimenti.
Għat-tariffi bankarji, l-iskala tat-tariffi hija ddeterminata bi ftehim bejn id-debitur u l-bank skont il-liġi, peress li hemm limiti statutorji dwar x’jista’ jiġi maqbul bejn bank u debitur.
L-iskala tat-tariffi hija ddeterminata bi ftehim bejn id-debitur u l-bank skont il-liġi, peress li hemm limiti statutorji dwar x’jista’ jiġi maqbul bejn bank u debitur.
Artikolu 50(1)(k) — Gradazzjoni, jekk ikun hemm, ta’ ordnijiet nazzjonali ekwivalenti
L-ebda klassifikazzjoni ma tingħata lil ordnijiet nazzjonali ekwivalenti skont il-liġi nazzjonali.
Artikolu 50(1)(l) — Qrati jew awtorità ta' eżekuzzjoni kompetenti biex tagħti rimedju
Il-Qorti Distrettwali ta’ Praga 1 hija kompetenti għad-deċiżjonijiet (skont l-Artikolu 37 tal-Att Nru 6/2002 dwar il-qrati u l-imħallfin).
Artikolu 50(1)(m) — Qrati li quddiemhom għandhom jiġi ppreżentat appell u l-limitu ta’ żmien, jekk ikun il-każ, biex jiġi ppreżentat l-appell
L-appelli għandhom jiġu ppreżentati lill-qorti li d-deċiżjoni tagħha tkun qed tiġi kkontestata mhux aktar tard minn 15-il jum wara li d-deċiżjoni tiġi nnotifikata bil-miktub (l-Artikolu 204(1) tal-Att Nru 99/1963, il-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili), kif emendat.
Artikolu 50(1)(n) — Tariffi tal-Qorti
It-tariffi tal-qorti huma rregolati mill-Att Nru 549/1991 dwar it-tariffi tal-qorti, kif emendat. Ir-rati tat-tariffi għall-proċeduri huma stabbiliti fil-forma ta’ somma fissa jew perċentwal fil-każ ta’ tariffi fejn il-bażi hija espressa fil-forma ta’ somma finanzjarja. Il-perċentwal tat-tariffa jiġi kkalkolat bħala l-prodott tal-bażi tat-tariffa u r-rata tat-tariffa. Ir-rati individwali huma stabbiliti fi skala tat-tariffi annessi mal-Att. L-Att japplika kemm għall-proċedimenti tal-prim’istanza kif ukoll għall-appelli.
It-tariffi jsiru dovuti ladarba jinħoloq l-obbligu ta’ ħlas, jiġifieri, pereżempju, meta jiġi ppreżentat rikors biex jinbdew proċedimenti.
Artikolu 50(1)(o) — Il-lingwi aċċettati għat-traduzzjonijiet tad-dokumenti
Ir-Repubblika Ċeka tirrikonoxxi l-Islovakk bħala lingwa barranija aċċettabbli.
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.