- SIB QRATI/AWTORITAJIET KOMPETENTI
- Artikolu 50(1)(a) — Qrati kompetenti biex joħorġu l-Ordni Ewropea tal-Preżervazzjoni tal-Kontijiet
- Artikolu 50(1)(b) — l-awtorità nominata bħala kompetenti biex tikseb informazzjoni dwar il-kontijiet
- Artikolu 50(1)(c) — Metodi għall-ksib ta’ informazzjoni dwar il-kontijiet
- Artikolu 50(1)(d) — Qrati li quddiehom jista' jsir appell kontra rifjut li tinħareġ l-Ordni Ewropea tal-Preservazzjoni tal-Kontijiet
- Artikolu 50(1)(e) — Awtoritajiet nominati bħala kompetenti biex jirċievu, jittrażmettu jew iservu l-Ordni Ewropea tal-Preservazzjoni tal-Kontijiet u dokumenti oħra
- Artikolu 50(1)(f) — Awtorità kompetenti biex toħroġ l-Ordni Ewropea tal-Preżervazzjoni tal-Kontijiet
- Artikolu 50(1)(g) — Il-punt sa fejn il-kontijiet konġunti jew ta' mandatarju jistgħu jiġu preżervati
- Artikolu 50(1)(h) — Ir-regoli applikabbli għall-ammonti eżenti minn qbid
- Artikolu 50(1)(i) — Tariffi, jekk imposti mill-banek, għall-implimentazzjoni ta’ ordnijiet nazzjonali ekwivalenti jew biex jipprovdu informazzjoni dwar il-kontijiet, u informazzjoni dwar il-parti responsabbli biex iħallas dawk it-tariffi
- Artikolu 50(1)(j) – l-iskala ta’ tariffi jew sett ieħor ta’ regoli li jistabbilixxu t-tariffi applikabbli imposti minn kwalunkwe awtorità jew korp ieħor involut fl-ipproċessar jew l-eżekuzzjoni tal-Ordni tal-Preservazzjoni
- Artikolu 50(1)(k) — Gradazzjoni, jekk ikun hemm, ta’ ordnijiet nazzjonali ekwivalenti
- Artikolu 50(1)(l) — Qrati jew awtorità ta' eżekuzzjoni kompetenti biex tagħti rimedju
- Artikolu 50(1)(m) — Qrati li quddiemhom għandhom jiġi ppreżentat appell u l-limitu ta’ żmien, jekk ikun il-każ, biex jiġi ppreżentat l-appell
- Artikolu 50(1)(n) — Tariffi tal-Qorti
- Artikolu 50(1)(o) — Il-lingwi aċċettati għat-traduzzjonijiet tad-dokumenti
Sib informazzjoni għal kull reġjun
SIB QRATI/AWTORITAJIET KOMPETENTI
L-għodda ta' tiftix hawn taħt se tgħinek tidentifika qorti/qrati jew awtorità(jiet) kompetenti għal strument legali Ewropew speċifiku. Jekk jogħġbok innota li għalkemm sar kull sforz biex tiġi aċċertata l-preċiżjoni tar-riżultati, jista' jkun hemm xi każijiet eċċezzjonali li jikkonċernaw id-determinazzjoni ta' kompetenza li mhumiex neċessarjament koperti.
Artikolu 50(1)(a) — Qrati kompetenti biex joħorġu l-Ordni Ewropea tal-Preżervazzjoni tal-Kontijiet
Imħallef tal-eżekuzzjoni (juge de l’exécution) fil-Qorti Reġjonali (tribunal de grande instance).Meta kreditur jikseb strument awtentiku, huwa l-imħallef tal-eżekuzzjoni li jkollu l-kompetenza biex jiddeċiedi dwar Ordni Ewropea tal-Preservazzjoni tal-Kontijiet.
Artikolu 50(1)(b) — l-awtorità nominata bħala kompetenti biex tikseb informazzjoni dwar il-kontijiet
Il-marixxall tal-qorti.
Artikolu 50(1)(c) — Metodi għall-ksib ta’ informazzjoni dwar il-kontijiet
Il-marixxall tal-qorti huwa awtorizzat jikkonsulta r-reġistru FICOBA (reġistru li jiċċentralizza l-kontijiet bankarji kollha u simili miżmuma minn individwu fit-territorju Franċiż).
L-Artikolu 14(5)(a) u (b) japplikaw: il-banek għandhom l-obbligu li jirrapportaw jekk id-debitur għandux kont magħhom ladarba ssirilhom talba mill-awtorità inkarigata mill-ksib tal-informazzjoni; l-istess awtorità tingħata aċċess għall-informazzjoni kkonċernata meta dik l-informazzjoni tinżamm minn awtoritajiet jew amministrazzjonijiet pubbliċi f’reġistri jew b’xi mod ieħor.
Il-liġi Franċiża diġà tipprevedi dan l-aċċess għall-informazzjoni dwar il-kontijiet tad-debitur meta l-kreditur ikollu titolu eżekuttiv (l-Artikoli L. 152–1 u L. 152–2 tal-Kodiċi ta’ Proċedura ta’ Eżekuzzjoni Ċivili, code des procédures civiles d’exécution - CPCE).
Il-FICOBA (ir-reġistru nazzjonali tal-kontijiet bankarji u simili, Fichier national des comptes bancaires et assimilés), ġie stabbilit fl-1971 u ġestit mid-Direttorat Ġenerali għall-Finanzi Pubbliċi (Direction générale des finances publiques); huwa jelenka kontijiet ta’ kull tip (bankarji, postali, tfaddil, eċċ.) u jipprovdi informazzjoni dwar kontijiet li jkollha persuna jew kumpanija lill-persuni awtorizzati.
Meta jinfetaħ kont tiddaħħal entrata f’dan ir-reġistru. Malli jinfetaħ il-kont, it-titulari tal-kont jiġi infurmat mill-istituzzjoni finanzjarja li l-kont ġie rreġistrat fil-FICOBA. Dikjarazzjonijiet li jkun infetaħ, ingħalaq jew ġie mmodifikat kont jinkludu l-informazzjoni li ġejja:
l-isem u l-indirizz tal-istituzzjoni li jkun qed jinżamm il-kont għandha;
in-numru, it-tip u l-karatteristiċi tal-kont;
id-data u n-natura tat-tranżazzjoni rapportata (ftuħ, għeluq jew modifika);
il-kunjom, l-isem, id-data u l-post tat-twelid, l-indirizz tat-titulari tal-kont, flimkien man-numru SIRET għal negozjanti individwali;
l-ismijiet, il-forma ġuridika, in-numru SIRET u l-indirizz għall-persuni ġuridiċi.
Ir-reġistru ma jipprovdi l-ebda informazzjoni dwar it-tranżazzjonijiet imwettqa fil-kont jew dwar il-bilanċ tiegħu.
Malli jirċievi d-dikjarazzjoni mill-bank li fetaħ, għalaq jew immodifika l-kont, id-Direttorat Ġenerali għall-Finanzi Pubbliċi (DGFIP) jdaħħal l-entrata fir-reġistru. Id-dettalji tal-istat ċivili tal-persuni jiġu ċċertifikati mill-INSEE (l-Istitut Nazzjonali tal-istatistika u l-Istudji Ekonomiċi, Institut national de la statistique et des études économiques) u d-DGFIP juża s-sistema SIRENE biex jiċċertifika u jaġġorna l-elementi ta’ identifikazzjoni tal-persuni ġuridiċi.
Artikolu 50(1)(d) — Qrati li quddiehom jista' jsir appell kontra rifjut li tinħareġ l-Ordni Ewropea tal-Preservazzjoni tal-Kontijiet
Il-Qorti tal-Appell
Artikolu 50(1)(e) — Awtoritajiet nominati bħala kompetenti biex jirċievu, jittrażmettu jew iservu l-Ordni Ewropea tal-Preservazzjoni tal-Kontijiet u dokumenti oħra
Il-marixxall tal-qorti
Artikolu 50(1)(f) — Awtorità kompetenti biex toħroġ l-Ordni Ewropea tal-Preżervazzjoni tal-Kontijiet
Il-marixxall tal-qorti
Artikolu 50(1)(g) — Il-punt sa fejn il-kontijiet konġunti jew ta' mandatarju jistgħu jiġu preżervati
Meta l-kont issekwestrat ikun kont konġunt, irid jiġi infurmat kull titulari tal-kont. Jekk il-marixxall ma jkunx jaf l-identità u l-indirizz tat-titulari konġunti, huwa jitlob lill-bank jinfurmahom bis-sekwestru u bl-ammont pretiż biex jekk ikun il-każ, ikunu jistgħu jasserixxu d-drittijiet tagħhom fil-kont, u b’mod partikolari jiksbu r-rilaxx għall-parti tagħhom mill-patrimonju konġunt.
Iż-żmien għall-kontestazzjoni ta’ dik il-miżura ma jibdiex jgħodd qabel ma t-titulari konġunt jiġi infurmat bis-sekwestru.
L-Artikolu R. 162–9 CPCE jipprevedi li meta kont, inkluż kont konġunt, li d-dħul u s-salarju ta’ konjuġi bil-komunità tal-akkwisti jitħallas fih, jiġi ssekwestrat biex jiggarantixxi dejn maħluq mill-konjuġi l-ieħor, minnufih jitħalla ammont għall-konjuġi fil-komunità tal-akkwisti, li jkun ekwivalenti għas-salarju jew dħul iddepożitat ix-xahar ta’ qabel is-sekwestru jew ammont ekwivalenti għad-dħul u s-salarju medju ta’ xahar iddepożitati matul it-tnax-il xahar ta’ qabel is-sekwestru, skont x’jippreferi.
Huwa l-kreditur li jitlob is-sekwestru li jrid jidentifika d-dħul tal-konjuġi debitur fil-kont li beħsiebu jissekwestra. Naturalment, il-kont jista’ jiġi ssekwestrat kollu meta jkun iffinanzjat biss mid-dħul tal-konjuġi debitur, anki jekk ikun kont konġunt.
Il-liġi Franċiża ma tirrikonoxxix il-kunċett ta’ kont ta’ mandatarju.
Il-prinċipju legali tar-rahan (principe du droit de gage général) jipprojbixxi s-sekwestru ta’ kontijiet bankarji miżmuma mid-debitur f’isem partijiet terzi, u li ma jappartjenux lilu personalment jew li kienu ġew fdati lilu.
Jekk jiddaħħlu fondi f’kont speċjali miżmum minn intermedjarju li jaġixxi f’kapaċità professjonali, u jista’ jiġi ppruvat mingħajr dubju li huma l-proprjetà ta’ terzi, dawn il-fondi ma jistgħux jiġu ssekwestrati mill-kredituri, minkejja l-fatt li l-intermedjarju jkun it-titulari tal-kont u l-unika persuna li tista’ titlob li l-fondi jitħallsu lura. Dan japplika għal ammonti ddepożitati minn nutar f’kont speċjali mal-Caisse des dépôts et consignations, jew minn aġent tal-proprjetà immobbli jew minn ġestjonarju tal-binja.
Artikolu 50(1)(h) — Ir-regoli applikabbli għall-ammonti eżenti minn qbid
Fil-liġi Franċiża hemm żewġ mekkaniżmi li jaqdu l-istess għan iżda li joperaw b’mod differenti: il-bilanċ bankarju insekwestrabbli (solde bancaire insaisissable) — li huwa awtomatikament eżenti mis-sekwestri; u t-trasferiment tal-insekwestrabilità — li teħtieġ talba mid-debitur u l-provi li l-kont huwa ffinanzjat minn beni insekwestrabbli.
1) Il-bilanċ bankarju insekwestrabbli
Skont l-Artikolu L.162-2 CPCE, meta d-debitur ikun persuna fiżika, il-bank irid jagħtih aċċess, fil-limitu tal-bilanċ tal-kreditu tal-kont jew kontijiet ta’ dakinhar tas-sekwestru, għal somma għall-manteniment ugwali għall-ammont tal-benefiċċju tad-dħul minimu bażiku (RSA socle) għal persuna waħedha kif imsemmi fl-Artikolu L.262–2 tal-Kodiċi tal-Azzjoni Soċjali u l-Familji (code de l’action sociale et des familles) (l-ammont tal-benefiċċju tad-dħul minimu bażiku = EUR 524,68 skont id-Digriet 2016-538 tas-27 ta’ April 2016).
Skont l-Artikoli R. 162–2 tal-Kodiċi, id-debitur mhuwiex meħtieġ li jitlob l-implimentazzjoni ta’ dan il-mekkaniżmu: il-bank jinforma immedjatament lid-debitur li għandu aċċess għall-ammont eżentat mis-sekwestru. Meta jkun hemm diversi kontijiet, id-debitur jista’ jingħata aċċess għal fondi minn kull bilanċi tal-kreditu, u l-ammont l-ewwel jitnaqqas mill-kontijiet kurrenti. Il-bank jinnotifika wkoll lill-marixxall mingħajr dewmien bil-fondi għad-dispożizzjoni tad-debitur u bil-kont jew kontijiet minn fejn jista’ jaċċessahom. Fil-każ ta’ sekwestru ta’ kontijiet miftuħa ma’ banek differenti, il-marixxall jidentifika t-terzi li jridu jieħdu l-“benefiċċju tad-dħul minimu bankarju” (RSA bancaire) u jiddetermina l-arranġamenti biex dan isir.
Skont l-Artikoli R. 162-3 tal-Kodiċi, dak l-ammont jitwarrab għad-debitur għal perjodu ta’ xahar wara s-sekwestru.
2) it-trasferiment tal-insekwestrabilità
Talba mid-debitur għal dak l-effett tagħmel sens biss jekk l-ammonti insekwestrabbli jaqbżu l-ammont insekwestrabbli tal-bilanċ bankarju.
Skont l-Artikolu L.112-4 CPCE, meta ammont mill-flejjes insekwestrabbli jiġu ddepożitati f’kont huma jibqgħux xorta insekwestrabbli. L-Artikolu R. 112-5 tal-Kodiċi jispeċifika li meta kont jiġi kkreditat b’ammont li jkun kompletament jew parzjalment insekwestrabbli, l-insekwestrabilità tiġi ttrasferita għall-bilanċ tal-kont sa dak l-ammont.
L-Artikolu R. 162-4 tal-Kodiċi jipprevedi li “meta l-ammonti insekwestrabbli jkunu somom ikkreditati f’intervalli regolari, bħall-pagi, il-pensjonijiet jew ammonti mħallsa bħala benefiċċji tal-familja jew tal-qgħad, it-titulari tal-kont, ladarba juri l-oriġini tal-fondi, jista’ jitlob li jkollu aċċess għalihom immedjatament, ħlief għal kull ammont iddebitat lill-kont wara l-aħħar ħlas ta’ ammont insekwestrabbli.” Dan jikkonċerna żewġ tipi ta’ somom: introjtu kompletament insekwestrabbli, bħall-l-benefiċċju tad-dħul minimu bażiku, u d-dħul li jista’ jiġi sekwestrat biss fil-limiti u bil-kundizzjonijiet li jirregolaw is-sekwestru tar-rimunerazzjonijiet previsti fil-Kodiċi tax-Xogħol (code du travail). Il-Qorti tal-Kassazzjoni (Cour de cassation) tqis li l-insekwestrabilità tinkludi l-fondi kollha akkumulati fil-kont bankarju, u mhux biss l-aħħar depożitu li sar (Il-Qorti tal-Kassazzjoni, is-Sekond’Awla Ċivili, il-11 ta’ Mejju 2000, Nru 98.11-696). Mil-lat tal-prattiċità, din ir-regola diffiċli biex tiġi implimentata meta l-kont ikun iffinanzjat ukoll minn somom kompletament jew parzjalment sekwestrabbli.
Meta jiġi ddeterminat l-ammont kopert mit-trasferiment tal-insekwestrabilità, it-tranżazzjonijiet pendenti rregolarizzati fi żmien 15-il jum mis-sekwestru ma jiġux ikkunsidrati (is-subparagrafu 2 tal-Artikolu R. 162-4 CPCE).
Id-debitur jista’ fi kwalunkwe mument jitlob l-aċċess għall-ammonti insekwestrabbli, anke qabel l-iskadenza ta’ 15-il jum għar-regolarizzazzjoni; l-ammonti jiġu ttrasferiti lilu immedjatament. Il-kreditur ma jiġix infurmat li l-fondi huma aċċessibbli sakemm ma jippreżentax talba għall-ħlas: imbagħad ikollu 15-il jum biex jikkontesta l-ammont aċċessibbli għad-debitur u l-entrata fil-kontijiet (l-aħħar sentenza tal-Artikolu R. 162–4 CPCE).
Fir-rigward tas-somom insekwestrabbli ġġenerati minn somom ikkreditati fuq bażi ta’ darba (créances instantanées), l-Artikolu R. 162-5 CPCE jipprevedi li d-debitur, ladarba jagħti prova tal-oriġini tal-fondi, jista’ jitlob li jingħata aċċess għalihom immedjatament, ħlief għal kull ammont ddebitat fil-kont wara dakinhar li jkun iddaħħal id-dejn. Eżempji tat-tip ta’ fondi kkonċernati huma ħlas ta’ salarju b’lura (rappel de salaires) jew għotja f’każ ta’ ta’ mewt (capital-décès) (insekwestrabbli skont l-Artikolu L. 361–5 tal-Kodiċi tas-Sigurtà Soċjali, code de la sécurité sociale). Dawn l-ammonti ma jkunux jistgħu jiġu aċċessati qabel ma jgħaddi t-terminu ta’ 15-il jum previst mill-Artikolu L. 162-1 CPCE għas-saldu ta’ tranżazzjonijiet pendenti. Id-debitur dejjem jista’ jitlob lill-imħallef tal-eżekuzzjoni biex l-ammonti miżmuma aċċessibbli qabel, bil-kundizzjoni li jipprovdi l-provi li dawn huma insekwestrabbli. F’każijiet bħal dawn, il-kreditur jinstema’ jew jiġi mħarrek.
Artikolu 50(1)(i) — Tariffi, jekk imposti mill-banek, għall-implimentazzjoni ta’ ordnijiet nazzjonali ekwivalenti jew biex jipprovdu informazzjoni dwar il-kontijiet, u informazzjoni dwar il-parti responsabbli biex iħallas dawk it-tariffi
Il-liġi Franċiża ma għandhiex dispożizzjonijiet speċifiċi dwar il-ħlasijiet għall-eżekuzzjoni tal-mandati ta’ sekwestru. Madankollu, il-Kodiċi Monetarju u Finanzjarju (code monétaire et financier) jipprevedi li t-tariffi għas-sekwestru (frais par saisie-attribution) imposti fuq titulari ta’ kont iridu jkunu indikati fil-lista tat-tariffi li l-banek iridu jipprovdu lill-klijenti tagħhom (l-Artikolu D. 312-1-1).
Barra minn hekk, il-klijenti jridu jingħataw informazzjoni minn qabel u mingħajr ħlas dwar dawn it-tariffi (l-Artikolu R. 312-1-2), f’konformità mal-Artikolu L. 312-1-5 li jipprevedi li din l-informazzjoni trid tiġi pprovduta fir-rendikonti bankarji tat-titulari tal-kont u li jrid jgħaddi perjodu ta’ 14-il jum mid-data tar-rendikont bankarju qabel ma l-ammonti jiġu ddebitati. Jidher li dawn it-tariffi imposti mill-banek fuq id-debitur titulari tal-kont jiġu stabbiliti liberament minn kull bank u jvarjaw bejn wieħed u ieħor minn EUR 80 sa EUR 150.
Kull tariffa għall-forniment ta’ informazzjoni dwar il-kontijiet imposta mill-bank lill-marixxall tal-qorti responsabbli għall-eżekuzzjoni tal-miżura tkun inkluża fl-ispejjeż pagabbli fil-prinċipju mid-debitur (ara hawn fuq).
Pereżempju, l-ammont ta’ tariffi mitluba mill-banek Franċiżi jvarja bejn EUR 78 u EUR 111.
Artikolu 50(1)(j) – l-iskala ta’ tariffi jew sett ieħor ta’ regoli li jistabbilixxu t-tariffi applikabbli imposti minn kwalunkwe awtorità jew korp ieħor involut fl-ipproċessar jew l-eżekuzzjoni tal-Ordni tal-Preservazzjoni
Il-marixxalli jitolbu ħlas għall-eżekuzzjoni ta’ mandat ta’ sekwestru kawtelatorju abbażi tal-iskala nazzjonali eżistenti. Fil-qosor, din tiġi kif ġej: l-ispiża totali tal-proċedura (inkluża l-konverżjoni tal-mandat ta’ sekwestru kawtelatorju f’mandat ta’ sekwestru eżekuttiv, saisie-attribution) tvarja bejn EUR 166,19 u EUR 397,88, skont l-ammont tat-talba inkwistjoni.
Barra minn hekk, il-mandat ta’ sekwestru kawtelatorju jagħmel parti mis-servizzi msemmija fl-Artikolu A 444-16 tal-Kodiċi tal-Kummerċ (code de commerce) u għalhekk jinkludi l-ħlas ta’ dritt amministrattiv (droit d’engagement de poursuites). It-tariffa għal dan id-dritt hija stabbilita fl-Artikolu A 444-15 tal-Kodiċi. Jekk l-ammont tat-talba jkun inqas minn jew ugwali għal EUR 76, id-dritt amministrattiv jiġi stabbilit għal EUR 4,29, u jekk ikun ogħla mil-limitu ta’ EUR 76, it-tariffa hija proporzjonata għall-ammont tat-talba, sa limitu ta’ EUR 268,13, skont l-iskala li ġejja:
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Id-dritt amministrattiv jista’ jiġi impost darba biss għall-irkupru tal-istess dejn.
Dan jitħallas mid-debitur jekk ikun responsabbli għall-ispiża tal-att li l-ħlas ikun intalab minħabba fih u mill-kreditur fil-każijiet l-oħra kollha.
Dan irid jitħallas lill-marixxall irrispettivament mill-eżitu tal-proċedimenti tal-irkupru.
Dan l-ammont jiġi paċut mal-emolumenti stabbiliti fl-Artikolu A. 444-31 jew l-Artikolu 444-32 skont ikunx irid jitħallas mid-debitur jew mill-kreditur.
It-talbiet kollha ppreżentati skont l-Artikoli L. 152-1 u L. 152-2 tal-Kodiċi ta’ Proċedura ta’ Eżekuzzjoni Ċivili jiswew EUR 21,45 qabel it-taxxa (ara l-Artikolu A.444-43 tal-Kodiċi tal-Kummerċ, l-Att Nru 151). Dan jikkonċerna r-riċerki mwettqa mill-awtoritajiet nazzjonali, reġjonali, dipartimentali u muniċipali, mill-intrapriżi liċenzjati jew kkontrollati mill-awtoritajiet nazzjonali, reġjonali, dipartimentali u muniċipali, mill-korpi pubbliċi jew korpi kkontrollati mill-awtorità amministrattiva jew mill-korpi awtorizzati mil-liġi biex iżommu kontijiet ta’ depożitu. Din it-tariffa tapplika għall-konsultazzjoni tal-FICOBA.
Artikolu 50(1)(k) — Gradazzjoni, jekk ikun hemm, ta’ ordnijiet nazzjonali ekwivalenti
Il-mandat ta’ sekwestru kawtelatorju ma jipprojbix il-konkorrenza tal-kredituri, mingħajr preġudizzju għad-dritt ta’ preferenza mogħti lill-ewwel kreditur li jingħata l-mandat. Il-fatt li l-ammont ġie ssekwestrat ma jipprekludix kreditur oħrajn milli jitolbu miżura eżekuttiva oħra, imma dik il-miżura sseħħ biss jekk l-ewwel miżura ma tiġi kkonvertita f’miżura ta’ eżekuzzjoni finali. 6
Skont l-Artikolu L. 523-1 CPCE, meta l-mandat ta’ sekwestru kawtelatorju jkun jikkonċerna talba ta’ somma flus, l-effett prodott ikun tal-għoti ta’ garanzija previst fl-Artikolu 2360 tal-Kodiċi Ċivili, jiġifieri il-flus ikunu merfugħa għat-talba u l-kreditur jingħata dritt ta’ preferenza skont l-Artikolu 2333 tal-Kodiċi Ċivili dwar ir-rahan (gage). Għalhekk is-sekwestru jikkonferixxi “privileġġ” ta’ rahan fuq il-kreditur (jiġifieri d-dritt li jitħallas bi preferenza qabel il-kredituri l-oħrajn). Għalhekk, il-kreditur bid-dritt bil-mandat ta’ sekwestru ma għandux x’jinkwieta mill-konkorrenza tal-kredituri mhux garantiti (jiġifieri mingħajr ebda garanzija partikolari) jew tal-kredituri bi grad inferjuri. Madankollu, huwa jinqabeż mill-kredituri bi dritt ta’ preferenza superjuri, pereżempju s-“superprivileġġ” tal-impjegati, il-privileġġ tal-ispejjeż legali jew il-privileġġi ġenerali tat-Teżor).
Jekk fl-istess ġurnata jiġu ordnati iktar minn mandat ta’ sekwestru kawtelatorju wieħed, l-ammonti ssekwestrati jitqassmu proporzjonalment, mingħajr ma jkun hemm bżonn li jiġu kkunsidrati l-privileġġi eventwali (l-opinjoni tal-Qorti tal-Kassazzjoni, l-24 ta’ Mejju 1996, Nru 09-60.004).
Artikolu 50(1)(l) — Qrati jew awtorità ta' eżekuzzjoni kompetenti biex tagħti rimedju
Il-qorti kompetenti biex tirrevoka l-mandat ta’ sekwestru kawtelatorju, li tiddeċiedi li l-eżekuzzjoni tal-mandat ta’ sekwestru kawtelatorju trid tkun limitata jew tintemm, u li tiddeċiedi li l-eżekuzzjoni tal-mandat ta’ sekwestru kawtelatorju tmur kontra l-ordni pubbliku u trid tintemm minħabba f’hekk hija l-Qorti Reġjonali permezz tal-imħallef tal-eżekuzzjoni.
Artikolu 50(1)(m) — Qrati li quddiemhom għandhom jiġi ppreżentat appell u l-limitu ta’ żmien, jekk ikun il-każ, biex jiġi ppreżentat l-appell
Il-qorti kompetenti li tisma’ l-appelli kontra deċiżjonijiet meħuda skont l-Artikoli 33, 34 jew 35 hija l-Qorti tal-Appell. It-terminu għall-appelli huwa ta’ 15-il jum. Iż-żmien jibda jiskorri mill-ġurnata tal-firma tal-konferma tal-irċevuta tal-ittra rreġistrata li jkun fiha d-deċiżjoni tal-imħallef tal-eżekuzzjoni u li tintbagħat mill-iskrivan tal-qorti lill-partijiet.
Jekk il-konferma tal-irċevuta ma tkunx ġiet iffirmata, id-deċiżjoni tal-imħallef tal-eżekuzzjoni trid tiġi nnotifikata mill-marixxall tal-qorti fuq it-talba tal-partijiet u ż-żmien imbagħad jibda jiskorri mid-data tan-notifika tad-deċiżjoni.
Artikolu 50(1)(n) — Tariffi tal-Qorti
Ma hemmx spejjeż għall-preżentazzjoni ta’ talba għal mandat ta’ sekwestru kawtelatorju jew ta’ appell.
L-Artikolu L. 512-2 CPCE jistipula li l-ispejjeż ikkawżati mill-miżura kawtelatorja jitħallsu mid-debitur, sakemm ma jiddeċidix mod ieħor l-imħallef fi tmiem il-proċedimenti. L-imħallef irid japprova lista tal-atti li jridu jiġu inklużi fl-ispejjeż dovuti u jiddetermina r-responsabbiltà għalihom.
L-Artikolu jistipula wkoll li meta l-imħallef jordna r-rilaxx mill-mandat ta’ sekwestru, il-kreditur jista’ jiġi kkundannat iħallas kumpens għad-dannu kkawżat mill-miżura kawtelatorja. Skont il-ġurisprudenza, dan l-obbligu ta’ ħlas ta’ kumpens jista’ jiġi eżegwit mingħajr ma jenħtieġ li tiġi stabbilita ħtija (Il-Qorti tal-Kassazzjoni (Sekond’Awla Ċivili), id-29 ta’ Jannar 2004, nru 01-17.161, u s-7 ta’ Ġunju 2006, nru 05-18.038).
Artikolu 50(1)(o) — Il-lingwi aċċettati għat-traduzzjonijiet tad-dokumenti
Id-dokumenti jiġu aċċettati bil-Franċiż biss.
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.