- Artikolu 50(1)(a) — Qrati kompetenti biex joħorġu l-Ordni Ewropea tal-Preżervazzjoni tal-Kontijiet
- Artikolu 50(1)(b) — l-awtorità nominata bħala kompetenti biex tikseb informazzjoni dwar il-kontijiet
- Artikolu 50(1)(c) — Metodi għall-ksib ta’ informazzjoni dwar il-kontijiet
- Artikolu 50(1)(d) — Qrati li quddiehom jista' jsir appell kontra rifjut li tinħareġ l-Ordni Ewropea tal-Preservazzjoni tal-Kontijiet
- Artikolu 50(1)(e) — Awtoritajiet nominati bħala kompetenti biex jirċievu, jittrażmettu jew iservu l-Ordni Ewropea tal-Preservazzjoni tal-Kontijiet u dokumenti oħra
- Artikolu 50(1)(f) — Awtorità kompetenti biex toħroġ l-Ordni Ewropea tal-Preżervazzjoni tal-Kontijiet
- Artikolu 50(1)(g) — Il-punt sa fejn il-kontijiet konġunti jew ta' mandatarju jistgħu jiġu preżervati
- Artikolu 50(1)(h) — Ir-regoli applikabbli għall-ammonti eżenti minn qbid
- Artikolu 50(1)(i) — Tariffi, jekk imposti mill-banek, għall-implimentazzjoni ta’ ordnijiet nazzjonali ekwivalenti jew biex jipprovdu informazzjoni dwar il-kontijiet, u informazzjoni dwar il-parti responsabbli biex iħallas dawk it-tariffi
- Artikolu 50(1)(j) – l-iskala ta’ tariffi jew sett ieħor ta’ regoli li jistabbilixxu t-tariffi applikabbli imposti minn kwalunkwe awtorità jew korp ieħor involut fl-ipproċessar jew l-eżekuzzjoni tal-Ordni tal-Preservazzjoni
- Artikolu 50(1)(k) — Gradazzjoni, jekk ikun hemm, ta’ ordnijiet nazzjonali ekwivalenti
- Artikolu 50(1)(l) — Qrati jew awtorità ta' eżekuzzjoni kompetenti biex tagħti rimedju
- Artikolu 50(1)(m) — Qrati li quddiemhom għandhom jiġi ppreżentat appell u l-limitu ta’ żmien, jekk ikun il-każ, biex jiġi ppreżentat l-appell
- Artikolu 50(1)(n) — Tariffi tal-Qorti
- Artikolu 50(1)(o) — Il-lingwi aċċettati għat-traduzzjonijiet tad-dokumenti
Sib informazzjoni għal kull reġjun
Artikolu 50(1)(a) — Qrati kompetenti biex joħorġu l-Ordni Ewropea tal-Preżervazzjoni tal-Kontijiet
Jekk jogħġbok innota li dawn il-lingwi li ġejjin: diġà ġew tradotti.
Fid-dritt tal-Irlanda ma hemmx strumenti awtentiċi u għaldaqstant din id-dispożizzjoni ma tapplikax fl-Irlanda.
Artikolu 50(1)(b) — l-awtorità nominata bħala kompetenti biex tikseb informazzjoni dwar il-kontijiet
Jekk jogħġbok innota li dawn il-lingwi li ġejjin: diġà ġew tradotti.
Fl-Irlanda
Ministru għall-Ġustizzja,
Bishop’s Square,
Redmond’s Hill,
Dublin 2,
l-Irlanda
Artikolu 50(1)(c) — Metodi għall-ksib ta’ informazzjoni dwar il-kontijiet
Fl-Irlanda japplika l-Artikolu 14(5)(a), jiġifieri, obbligu fuq il-banek kollha tal-Irlanda li jiddivulgaw, fuq talba mill-awtorità tal-informazzjoni, jekk id-debitur għandux kont magħhom.
Artikolu 50(1)(d) — Qrati li quddiehom jista' jsir appell kontra rifjut li tinħareġ l-Ordni Ewropea tal-Preservazzjoni tal-Kontijiet
Fl-Irlanda
- fil-każijiet li fihom il-ġurisdizzjoni għall-ħruġ ta’ Ordni ta’ Preservazzjoni tkun tal-Qorti Distrettwali, lill-Imħallef tal-Qorti taċ-Ċirkwit (Circuit Court) li l-Ordni ta’ Preservazzjoni tkun inħarġet fiċ-Ċirkwit tiegħu.
- fil-każijiet li fihom il-ġurisdizzjoni għall-ħruġ ta’ Ordni ta’ Preservazzjoni tkun tal-Qorti taċ-Ċirkwit, lill-Qorti Superjuri
- fil-każijiet li fihom il-ġurisdizzjoni għall-ħruġ ta’ Ordni ta’ Preservazzjoni tkun tal-Qorti Superjuri, lill-Qorti tal-Appell (madankollu, għandu jiġi nnutat li, f’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Kostituzzjoni Irlandiża, il-Qorti Suprema għandu jkollha l-ġurisdizzjoni ta’ appell minn deċiżjoni tal-Qorti Superjuri jekk hi tkun issodisfata li hemm ċirkostanzi ta’ eċċezzjoni li jiġġustifikaw appell dirett minnha. Prekundizzjoni biex il-Qorti Suprema tkun daqshekk issodisfata hija li d-deċiżjoni kkonċernata tkun tinvolvi materja ta’ importanza għall-pubbliku ġenerali u/jew jekk l-interessi tal-ġustizzja jkunu jeħtieġu hekk.)
Artikolu 50(1)(e) — Awtoritajiet nominati bħala kompetenti biex jirċievu, jittrażmettu jew iservu l-Ordni Ewropea tal-Preservazzjoni tal-Kontijiet u dokumenti oħra
Jekk jogħġbok innota li dawn il-lingwi li ġejjin: diġà ġew tradotti.
Fl-Irlanda
Ministru għall-Ġustizzja,
Bishop’s Square,
Redmond’s Hill,
Dublin 2,
l-Irlanda
Artikolu 50(1)(f) — Awtorità kompetenti biex toħroġ l-Ordni Ewropea tal-Preżervazzjoni tal-Kontijiet
Jekk jogħġbok innota li dawn il-lingwi li ġejjin: diġà ġew tradotti.
Fl-Irlanda
Ministru għall-Ġustizzja,
Bishop’s Square,
Redmond’s Hill,
Dublin 2,
l-Irlanda
Artikolu 50(1)(g) — Il-punt sa fejn il-kontijiet konġunti jew ta' mandatarju jistgħu jiġu preżervati
Il-punt sa liema l-kontijiet konġunti u ta’ mandatarji jistgħu jiġu preservati skont il-liġi Irlandiża jiddependi miċ-ċirkostanzi tal-kawża inkwistjoni. Fir-rigward tal-kontijiet konġunti, ir-regola ġenerali hija li inġunzjoni tat-tip Mareva li tingħata kontra konvenut waħdu ma għandhiex tipprevjeni lil detentur ta’ kont konġunt milli jiġbed mill-kont bankarju dment li dan ma jkunx speċifikament previst fl-ordni.
Fir-rigward tal-kontijiet ta’ mandatarji, meta parti terza jkollha assi għan-nom tal-konvenut f’kont ta’ mandatarju, dawk l-assi jkunu suxxettibbli li jintlaqtu minn inġunzjoni Mareva diretta għall-konvenut għaliex dan tal-aħħar ikun is-sid f’ekwità jew benefiċjarju ta’ dawk l-assi.
Detentur ta’ kont konġunt jew ta’ mandatarju li l-kont tiegħu jkun soġġett għal inġunzjoni bħal din jista’ jressaq rikors quddiem il-qorti rilevanti bl-għan li jiġu emendati t-termini tal-inġunzjoni.
Artikolu 50(1)(h) — Ir-regoli applikabbli għall-ammonti eżenti minn qbid
Fil-każ ta’ proċedimenti nazzjonali ekwivalenti, il-Qorti tiddetermina l-ammont disponibbli għad-debitur abbażi tal-każ individwali wara li tkun qieset iċ-ċirkostanzi tal-parti kkonċernata. Ir-rikors rilevanti jsir mid-debitur u ma hemm l-ebda regola dwar l-ammont li jista’ jkun disponibbli.
Artikolu 50(1)(i) — Tariffi, jekk imposti mill-banek, għall-implimentazzjoni ta’ ordnijiet nazzjonali ekwivalenti jew biex jipprovdu informazzjoni dwar il-kontijiet, u informazzjoni dwar il-parti responsabbli biex iħallas dawk it-tariffi
Il-banek ma jitolbux ħlas għall-eżekuzzjoni tal-ordnijiet tal-qrati f’każ ta’ proċedimenti nazzjonali ekwivalenti. Fil-każ li kellha tintalab informazzjoni dwar kont, ma hemm l-ebda regola fis-seħħ li timpedixxi lill-banek milli jitolbu ħlas ta’ tariffa għall-forniment ta’ tali informazzjoni. Bħala prinċipju ġenerali, il-kreditur ikun responsabbli għall-ispejjeż imġarrba mill-bank, minkejja li l-qorti tista’ eventwalment tikkundanna lid-debitur iħallas tali spejjeż.
Artikolu 50(1)(j) – l-iskala ta’ tariffi jew sett ieħor ta’ regoli li jistabbilixxu t-tariffi applikabbli imposti minn kwalunkwe awtorità jew korp ieħor involut fl-ipproċessar jew l-eżekuzzjoni tal-Ordni tal-Preservazzjoni
Mhuwiex previst li l-awtoritajiet kompetenti u ta’ informazzjoni jitolbu l-ħlas ta’ tariffa ta’ amministrazzjoni. Madankollu, in-notifika personali tad-dokumenti tinvolvi ħlas ta’ madwar EUR 100 sa EUR 200, skont id-diffikultà fit-twettiq tan-notifika.
Nota: in-notifika personali tad-dokumenti sseħħ minn kumpanija tas-settur privat f’dan il-każ, u ma teżistix skala ta’ tariffi disponibbli.
Artikolu 50(1)(k) — Gradazzjoni, jekk ikun hemm, ta’ ordnijiet nazzjonali ekwivalenti
Ma ssirx klassifikazzjoni ta’ proċeduri simili bħall-inġunzjonijiet Mareva skont il-liġi Irlandiża billi l-kreditur ma jiksibx interessi proprjetarji fl-assi inkwistjoni.
Artikolu 50(1)(l) — Qrati jew awtorità ta' eżekuzzjoni kompetenti biex tagħti rimedju
Fl-Irlanda,
Sa fejn għandu x’jaqsam l-Artikolu 33(1), il-qorti b’kompetenza li tagħti rimedju hija l-qorti li tkun ħarġet l-Ordni ta’ Preservazzjoni li, skont iċ-ċirkostanzi, tista’ tkun Qorti Distrettwali, Qorti taċ-Ċirkwit jew Qorti Superjuri*.
Sa fejn għandhom x’jaqsmu l-Artikolu 34(1) u 34(2), il-qorti b’kompetenza li tagħti rimedju hija,
- meta l-Ordni Ewropea tal-Preservazzjoni tal-Kontijiet tkun inħarġet minn qorti fl-Istat, l-qorti li tkun ħarġet l-ordni ta’ preservazzjoni;
- meta l-Ordni Ewropea tal-Preservazzjoni tal-Kontijiet tkun inħarġet minn Stat Membru li ma jkunx l-Istat, il-Qorti Superjuri*.
*Il-Qorti Superjuri,
Four Courts,
Dublin 7.
HighCourtCentralOffice@courts.ie
Artikolu 50(1)(m) — Qrati li quddiemhom għandhom jiġi ppreżentat appell u l-limitu ta’ żmien, jekk ikun il-każ, biex jiġi ppreżentat l-appell
Fl-Irlanda, jista’ jsir appell minn deċiżjoni maħruġa skont l-Artikoli 33, 34 jew 35, kif ġej –
- meta d-deċiżjoni tkun ittieħdet mill-Qorti Distrettwali, jista’ jitressaq appell quddiem l-Imħallef tal-Qorti taċ-Ċirkwit li l-Ordni ta’ Preservazzjoni tkun ħarġet fiċ-Ċirkwit tiegħu fi żmien 14-il jum mid-data li fiha tkun ingħatat id-deċiżjoni li tkun qed tiġi appellata (l-Artikoli 35.1 u 35.3 biss). http://www.courts.ie/rules.nsf/0/e7bc3303e9b0464a80256d2b0046a095?OpenDocument
- meta d-deċiżjoni tkun ittieħdet mill-Qorti taċ-Ċirkwit, jista’ jitressaq appell quddiem il-Qorti Superjuri fi żmien 10 ijiem mid-data li fiha s-sentenza jew l-ordni li tkun qed tiġi appellata tkun inqrat fi smigħ pubbliku (l-Artikoli 35.1 u 35.3 biss). http://www.courts.ie/rules.nsf/d7ed4ce54d2bd0c680256e5400502ec7/d5629e64d4c7cae680256d2b0046b3ae?OpenDocument
- meta d-deċiżjoni tkun ittieħdet mill-Qorti Superjuri, jista’ jsir appell quddiem il-Qorti tal-Appell fi żmien 28 jum mill-ipperfezzjonar tal-Ordni. (Madankollu, għandu jiġi nnutat li, f’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Kostituzzjoni Irlandiża, il-Qorti Suprema għandu jkollha l-ġurisdizzjoni ta’ appell minn deċiżjoni tal-Qorti Superjuri jekk hi tkun issodisfata li hemm ċirkostanzi ta’ eċċezzjoni li jiġġustifikaw appell dirett minnha. Prekundizzjoni biex il-Qorti Suprema tkun daqshekk issodisfata hija li d-deċiżjoni kkonċernata tkun tinvolvi materja ta’ importanza għall-pubbliku ġenerali u/jew jekk l-interessi tal-ġustizzja jkunu jeħtieġu hekk.) http://www.courts.ie/rules.nsf/8652fb610b0b37a980256db700399507/6805f0acd71dd40f80256f900064bdeb?OpenDocument
Artikolu 50(1)(n) — Tariffi tal-Qorti
Skont iċ-ċirkostanzi tal-każ, it-tariffi tal-qorti fi proċedimenti biex tinkiseb Ordni ta’ Preservazzjoni jew rimedju fil-konfront ta’ Ordni, jistgħu jvarjaw minn madwar EUR 80 sa EUR 200. L-informazzjoni rilevanti tinsab hawnhekk:
http://www.irishstatutebook.ie/eli/2014/si/491/ (SI 491/2014)
http://www.irishstatutebook.ie/eli/2014/si/492/ (SI 492/2014)
http://www.irishstatutebook.ie/eli/2014/si/22/ (SI 22/2014)
Artikolu 50(1)(o) — Il-lingwi aċċettati għat-traduzzjonijiet tad-dokumenti
L-ebda lingwa (l-Irlanda taċċetta l-Irlandiż u l-Ingliż biss).
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.