- SIB QRATI/AWTORITAJIET KOMPETENTI
- Artikolu 50(1)(a) — Qrati kompetenti biex joħorġu l-Ordni Ewropea tal-Preżervazzjoni tal-Kontijiet
- Artikolu 50(1)(b) — l-awtorità nominata bħala kompetenti biex tikseb informazzjoni dwar il-kontijiet
- Artikolu 50(1)(c) — Metodi għall-ksib ta’ informazzjoni dwar il-kontijiet
- Artikolu 50(1)(d) — Qrati li quddiehom jista' jsir appell kontra rifjut li tinħareġ l-Ordni Ewropea tal-Preservazzjoni tal-Kontijiet
- Artikolu 50(1)(e) — Awtoritajiet nominati bħala kompetenti biex jirċievu, jittrażmettu jew iservu l-Ordni Ewropea tal-Preservazzjoni tal-Kontijiet u dokumenti oħra
- Artikolu 50(1)(f) — Awtorità kompetenti biex toħroġ l-Ordni Ewropea tal-Preżervazzjoni tal-Kontijiet
- Artikolu 50(1)(g) — Il-punt sa fejn il-kontijiet konġunti jew ta' mandatarju jistgħu jiġu preżervati
- Artikolu 50(1)(h) — Ir-regoli applikabbli għall-ammonti eżenti minn qbid
- Artikolu 50(1)(i) — Tariffi, jekk imposti mill-banek, għall-implimentazzjoni ta’ ordnijiet nazzjonali ekwivalenti jew biex jipprovdu informazzjoni dwar il-kontijiet, u informazzjoni dwar il-parti responsabbli biex iħallas dawk it-tariffi
- Artikolu 50(1)(j) – l-iskala ta’ tariffi jew sett ieħor ta’ regoli li jistabbilixxu t-tariffi applikabbli imposti minn kwalunkwe awtorità jew korp ieħor involut fl-ipproċessar jew l-eżekuzzjoni tal-Ordni tal-Preservazzjoni
- Artikolu 50(1)(k) — Gradazzjoni, jekk ikun hemm, ta’ ordnijiet nazzjonali ekwivalenti
- Artikolu 50(1)(l) — Qrati jew awtorità ta' eżekuzzjoni kompetenti biex tagħti rimedju
- Artikolu 50(1)(m) — Qrati li quddiemhom għandhom jiġi ppreżentat appell u l-limitu ta’ żmien, jekk ikun il-każ, biex jiġi ppreżentat l-appell
- Artikolu 50(1)(n) — Tariffi tal-Qorti
- Artikolu 50(1)(o) — Il-lingwi aċċettati għat-traduzzjonijiet tad-dokumenti
Sib informazzjoni għal kull reġjun
SIB QRATI/AWTORITAJIET KOMPETENTI
L-għodda ta' tiftix hawn taħt se tgħinek tidentifika qorti/qrati jew awtorità(jiet) kompetenti għal strument legali Ewropew speċifiku. Jekk jogħġbok innota li għalkemm sar kull sforz biex tiġi aċċertata l-preċiżjoni tar-riżultati, jista' jkun hemm xi każijiet eċċezzjonali li jikkonċernaw id-determinazzjoni ta' kompetenza li mhumiex neċessarjament koperti.
Artikolu 50(1)(a) — Qrati kompetenti biex joħorġu l-Ordni Ewropea tal-Preżervazzjoni tal-Kontijiet
Il-Qorti kompetenti biex toħroġ l-Ordni Ewropea tal-Preżervazzjoni tal-Kontijiet hija l-Prim Awla tal-Qorti Ċivili
Numru tat-telefon +356 2590 2256; Email courts.csa@courtservices.mt
Indirizz: Qrati tal-Ġustizzja, Triq ir-Repubblika, Valletta, VLT2000, Malta
Artikolu 50(1)(b) — l-awtorità nominata bħala kompetenti biex tikseb informazzjoni dwar il-kontijiet
L-awtorita' nominata bħala kompetenti biex tikseb informazzjoni dwar il-kontijiet hija r-Reġistratur, Qrati Ċivili u Trubunali
Numru tat-telefon +356 2590 2346/260; Email: courts.csa@courtservices.mt
Indirizz: Qrati tal-Ġustizzja, Triq ir-Repubblika, Il-Belt Valletta VLT2000, Malta
Artikolu 50(1)(c) — Metodi għall-ksib ta’ informazzjoni dwar il-kontijiet
Skont il-liġi nazzjonali, il-metodu indikat fl-Artikolu 14(5)(c) huwa disponibbli - jiġifieri il-possibilta' li l-qrati jobbligaw lid-debitur li jiżvela ma' liema bank jew banek fit-territorju tiegħu huwa jkollu kont wieħed jew aktar fejn tali obbligu huwa akkumpanjat minn ordni in personam mill-qorti li tipprojbixxi l-użu, il-ġbid jew it-trasferiment minnu tal-fondi miżmumin fil-kont jew il-kontijiet tiegħu sal-ammont ippreservat mill-Ordni ta' Preservazzjoni.
Artikolu 50(1)(d) — Qrati li quddiehom jista' jsir appell kontra rifjut li tinħareġ l-Ordni Ewropea tal-Preservazzjoni tal-Kontijiet
Il-Qorti li quddiemha jista' jsir appell kontra rifjut li tinħareġ l-Ordni Ewropea tal-Preservazzjoni tal-Kontijiet hija l-Qorti tal-Appell fil-ġurisdizzjoni superjuri tagħha.
Numru tat-telefon: +356 2590 2256/283
Email: courts.csa@courtservices.mt
Indirizz: Qrati tal-Ġustizzja, Triq ir-Repubblika, Il-Belt Valletta, VLT2000, Malta
Artikolu 50(1)(e) — Awtoritajiet nominati bħala kompetenti biex jirċievu, jittrażmettu jew iservu l-Ordni Ewropea tal-Preservazzjoni tal-Kontijiet u dokumenti oħra
L-Awtorita' nominata bħala kompetenti biex tirċievi, titrażmetti jew isservi l-Ordni Ewropea tal-Preservazzjoni tal-Kontijiet u dokumenti oħra hija l-Uffiċċju tal-Avukat tal-Istat:
Numru tat-telefon: +356 22265000; Email: info@stateadvocate.mt
Indirizz: Uffiċċju tal-Avukat tal-Istat, Casa Scaglia, 16, Triq M.A. Vassalli, Valletta, VLT1311, Malta
Artikolu 50(1)(f) — Awtorità kompetenti biex toħroġ l-Ordni Ewropea tal-Preżervazzjoni tal-Kontijiet
L-Awtorita' kompetenti biex toħroġ l-Ordni Ewropea tal-Preservazzjoni tal-Kontijiet hija l-Prim Awla tal-Qorti Ċivili
Numru tat-telefon: +356 2590 2256; Email courts.csa@courtservices.mt
Indirizz: Qrati tal-Ġustizzja, Triq ir-Repubblika, Valletta, VLT2000, Malta
Artikolu 50(1)(g) — Il-punt sa fejn il-kontijiet konġunti jew ta' mandatarju jistgħu jiġu preżervati
Skont il-liġi nazzjonali, il-kontijiet konġunti jew ta' mandatarju ma jiġux preservati
Artikolu 50(1)(h) — Ir-regoli applikabbli għall-ammonti eżenti minn qbid
Bħala regola ġenerali, skont l-Artikolu 381(1) tal-Kodiċi ta' Organizazzjoni u Proċedura Ċivili (Kapitolu 12 tal-Liġijiet ta' Malta) ma jistax jinħareġ mandat ta' sekwestru fuq is-segwenti, mingħajr bżonn li jkun hemm talba għal daqshekk mid-debitur:
(a) salarju jew paga (magħdudin il-bonus, allowances, overtime u ħlasijiet oħra)
(b) benefiċċju, pensjoni, allowance jew għajnuna msemmija fl-Att dwar is-Sigurta' Soċjali jew pensjoni jew allowance oħra ta' persuna li tinħarġilha pensjoni mingħand il-Gvern
(ċ) dak li wieħed jirċievi bħala karita' jew bħala donazzjoni mingħand il-Gvern
(d) il-legati mħollija espressament għall-manteniment, meta d-debitur ma jkollux mezzi oħra biex jgħix u l-kreditu stess ma jkunx dwar manteniment
(e) flus li għandhom jingħataw taħt titolu ta' manteniment sew jekk officio judicis kemm jekk b'kuntratt pubbliku, meta l-kreditu stess ma jkunx għall-manteniment
(f) fuq flus li jkunu tqiegħdu għad-disposizzjoni tas-sekwestrat b'kuntratt ta' self għall-bini, kostruzzjoni u manteniment ta' djar intenzjonati għall-abitazzjoni tas-sekwestrat
(ġ) fuq faċilitajiet bankarji ta' overdraft esklużi l-credit cards li jkunu qed joperaw bihom azjendi kummerċjali mmexxija mis-sekwestrat
(ħ) fuq garanziji bankarji u ittri ta' kreditu
Artikolu 50(1)(i) — Tariffi, jekk imposti mill-banek, għall-implimentazzjoni ta’ ordnijiet nazzjonali ekwivalenti jew biex jipprovdu informazzjoni dwar il-kontijiet, u informazzjoni dwar il-parti responsabbli biex iħallas dawk it-tariffi
Skont il-liġi nazzjonali, il-banek m'humiex intitolati li jimponu tariffi. Hemm tariffa legali relatata mad-depożitu ta' flus fil-qorti. Iżda din it-tariffa legali hija imposta fuq kull min ġie mitlub li jiddepożita flus fil-qorti li jappartjenu lid-debitur u fuq min effettivament jiddepożita dawn il-flus. Dan l-ammont jiġi mnaqqas mill-ammont totali ta' flus depożitati l-qorti, liema ammont irid jagħmel tajjeb għalih il-kreditur.
Artikolu 50(1)(j) – l-iskala ta’ tariffi jew sett ieħor ta’ regoli li jistabbilixxu t-tariffi applikabbli imposti minn kwalunkwe awtorità jew korp ieħor involut fl-ipproċessar jew l-eżekuzzjoni tal-Ordni tal-Preservazzjoni
Il-Kodiċi ta' Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili (Kapitolu 12 tal-Liġijiet ta' Malta) jistabbilixxi t-tariffa għall-ipproċessar tal-mandat ta' sekwestru li hija Ewro 50. Dwar l-eżekuzzjoni, it-tariffa hija ta' Ewro 7 għal kull notifika meħtieġa u Ewro 0.35 għal kull kopja jekk din tkun neċessarja.
Dawn it-tariffi għandhom jitħallsu dakinhar li jiġi ppreżentat l-att.
Dawn huma t-tariffi li għandhom jitħallsu lill-Qorti biex jiġi ppreżentat u pproċessat l-att in kwistjoni. Għandu jiġi nnutat li dawn it-tariffi ma jinkludux l-ispejjeż dovuti lill-avukati u lill-prokuraturi legali.
Artikolu 50(1)(k) — Gradazzjoni, jekk ikun hemm, ta’ ordnijiet nazzjonali ekwivalenti
Gradazzjoni ta' mandati ta' sekwestri hija magħmula fuq bażi ta' liema mandat ġie ppreżentat l-ewwel . Kif il-banek jiġu notifikati bil-mandat ta-sekwestru huma jiddepożitaw l-ammont (jekk ikun hemm flus disponibbli) indikati f'dak il-mandat partikolari fil-qortiqabel ma jgħaddu biex jiddepożitaw ammont ta' flus sussegwenti indikat f'mandat ta' sekwestru li jiġu notifikati bih akar tard. Dwar l-eventwali żbank tal-ammont depożitat fil-qorti mill-kreditur, jekk jirriżulta li hemm konkors ta' krediti, qabel ma jiġu żbankati l-flus, isir konkors ta' kredituri mill-qorti fuq talba tal-kredituri innifishom. Dan isir skont l-Artikolu 416 et seq tal-Kodiċi ta' Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili (il-Kapitolu 12 tal-Liġijiet ta' Malta).
Artikolu 50(1)(l) — Qrati jew awtorità ta' eżekuzzjoni kompetenti biex tagħti rimedju
Il-Qorti ta' eżekuzzjoni kompetenti biex tagħti rimedju hija l-Prim Awla tal-Qorti Ċivili
Numru tat-telefon: +356 2590 2256
Email: courts.csa@courtservices.mt
Indirizz: Qrati tal-Ġustizzja, Triq ir-Repubblika, Valletta, VLT2000, Malta
Artikolu 50(1)(m) — Qrati li quddiemhom għandhom jiġi ppreżentat appell u l-limitu ta’ żmien, jekk ikun il-każ, biex jiġi ppreżentat l-appell
Rigward Ordni ta' Preservazzjoni wara att eżekuttiv, il-qorti li quddiemha għandu jiġi ppreżentat appell hija l-Qorti tal-Appell fil-ġurisdizzjoni superjuri tagħha. Il-limitu ta' żmien sabiex jiġi ppreżentat dan l-appell huwa ta' sitt ijiem minn meta d-digriet jinqara fil-qorti bil-miftuħ u dan skont l-Artikolu 281(4) tal-Kodiċi ta' Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili (il-Kapitolu 12 tal-Liġijiet ta' Malta).
Dettalji dwar il-Qorti tal-Appell:
Numru tat-telefon: +356 2590 2256/283
Email: courts.csa@courtservices.mt
Indirizz: Qrati tal-Ġustizzja, Triq ir-Repubblika, il-Belt Valletta VLT 2000, Malta
Artikolu 50(1)(n) — Tariffi tal-Qorti
(a) It-tariffa għall-ħruġ ta' mandat ta' sekwestru: Ewro 50 + Ewro 7 għal kull notifika + Ewro 0.35 għal kull kopja jekk din tkun neċessarja.
(b) Rikors ai termini tal-Artikolu 836 tal-Kodiċi ta' Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili li jitlob il-ħruġ ta' kontro mandat: Ewro 40 +Ewro 7.20 għal kull notifika.
(c) Kontro mandat: Ewro 20 + Ewro 7 għal kull notifika + Ewro 0.35 għal kull kopja jekk din tkun neċessarja.
Rigward rikors għal rimedju wara ħruġ ta' Ordni ta' Preservazzjoni it-tariffa hija ta' Ewro 20 għar-rikors u Ewro 7.20 għal kull notifika.
Dawn it-tariffi għandhom jitħallsu dakinhar li jiġi ppreżentat l-att.
Dawn huma t-tariffi li għandhom jitħallsu lill-Qorti biex jiġi ppreżentat l-att ġudizzjarju in kwistjoni. Għandu jiġi nnutat li dawn it-tariffi ma jinkludux spejjeż dovuti lill-avukati u lill-prokuraturi legali.
Artikolu 50(1)(o) — Il-lingwi aċċettati għat-traduzzjonijiet tad-dokumenti
Malta taċċetta biss il-Malti u l-Ingliż
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.