Suċċessjonijiet

il-Kroazja

Il-kontenut ipprovdut minn
il-Kroazja

L-Artikolu 78 (a) - l-isem u d-dettalji ta’ kuntatt tal-qrati jew l-awtoritajiet kompetenti b'ġuriżdizzjoni biex jittrattaw applikazzjonijiet għal dikjarazzjoni ta’ eżekutorjetà skont l-Artikolu 45(1) u appelli kontra deċiżjonijiet dwar tali applikazzjonijiet skont l-Artikolu 50(2)

L-ismijiet u d-dettalji ta’ kuntatt tal-qrati muniċipali kompetenti jinsabu fil-bażi tad-dejta tal-qrati li hija disponibbli fuq il-Portal Ewropew tal-Ġustizzja Elettronika.

L-Artikolu 78 (b) - il-proċeduri ta’ biex tiġi kkontestata d-deċiżjoni mogħtija fuq appell imsemmija fl-Artikolu 51

Jekk jogħġbok innota li l-verżjoni bil-lingwa oriġinali ta' din il-paġna Kroat ġiet emendata reċentement. Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.
Jekk jogħġbok innota li dawn il-lingwi li ġejjin: il-Ġermaniżl-Ingliżil-Franċiż diġà ġew tradotti.

L-appelli kontra deċiżjonijiet ta’ qorti tal-prim’istanza (dwar oġġezzjoni kontra deċiżjoni ta’ nutar pubbliku) għandhom jiġu ppreżentati fi żmien ħmistax-il jum min-notifika ta’ dawk id-deċiżjonijiet.

Skont l-appell ippreżentat, il-qorti tal-prim’istanza tista’ ex officio tbiddel id-deċiżjoni kontestata billi tagħti deċiżjoni ġdida. Jekk il-qorti tal-prim’istanza ma tbiddilx id-deċiżjoni tagħha stess, hija għandha tirreferi l-appell lil qorti tat-tieni istanza (li tista’ anke tisma’ appell tardiv jekk ma jkunx hemm ksur sussegwenti tad-drittijiet tal-partijiet l-oħra).

Għandu jiġi nnutat li kull persuna b’interess leġittimu tista’ tipprova tikseb rettifika, permezz ta’ kawża ċivili, ta’ kull żball li taħseb li fiha d-deċiżjoni dwar is-suċċessjoni, sakemm dik il-persuna mhix marbuta bil-finalità tad-deċiżjoni dwar is-suċċessjoni (l-Artikolu 232 tal-Att dwar is-Suċċessjoni).

L-Artikolu 78 (c) - informazzjoni rilevanti rigward l-awtoritajiet kompetenti biex joħorġu ċ-Ċertifikat skont l-Artikolu 64

Jekk jogħġbok innota li l-verżjoni bil-lingwa oriġinali ta' din il-paġna Kroat ġiet emendata reċentement. Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.
Jekk jogħġbok innota li dawn il-lingwi li ġejjin: il-Ġermaniżl-Ingliżil-Franċiż diġà ġew tradotti.

B’konformità mal-Att dwar is-Suċċessjoni, huma l-qrati muniċipali u n- nutara pubbliċi bħala uffiċjali tal-qorti li jistgħu joħorġu Ċertifikati Ewropej tas-Suċċessjoni.

L-Artikolu 78 (d) - il-proċeduri ta’ rimedju msemmija fl-Artikolu 72

L-Artikolu 7 tal-Att li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 650/2012 jippermetti li ssir oġġezzjoni kontra Ċertifikat Ewropew tas-Suċċessjoni (minn hawn 'il quddiem “Ċertifikat”) maħruġ minn nutar pubbliku. L-oġġezzjoni tiġi deċiża minn qorti muniċipali. L-Artikolu jippermetti wkoll li jsir appell minn Ċertifikat maħruġ minn qorti muniċipali jew kontra deċiżjoni ta’ qorti muniċipali li awtorizzat jew ċaħdet il-ħruġ ta’ Ċertifikat. L-appell jiġi deċiż minn qorti tal-kontea.

Ċertifikat jista’ jiġi rettifikat, emendat jew imħassar mill-qorti muniċipali jew in-nutar pubbliku li jkun ħarġu ċ-Ċertifikat, ex officio jew fuq talba tal-partijiet li għandhom interess leġittimu. L-Artikolu 9 tal-Att li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 650/2012 jippermetti li ssir oġġezzjoni kontra deċiżjoni ta’ nutar pubbliku li jirrettifika, jemenda jew iħassar Ċertifikat. L-oġġezzjoni tiġi deċiża minn qorti muniċipali. L-istess Artikolu jippermetti li jsir appell kontra deċiżjoni ta’ qorti muniċipali li tirrettifika, temenda jew tħassar Ċertifikat. L-appell jiġi deċiż minn qorti tal-kontea.

Rikors għas-sospensjoni tal-effetti ta’ Ċertifikat fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 73(1)(a) tar-Regolament (UE) Nru 650/2012 jiġi deċiż mill-qorti muniċipali jew min-nutar pubbliku li quddiemha/u tinsab pendenti l-emenda jew tħassir taċ-Ċertifikat. Tista’ ssir oġġezzjoni kontra deċiżjoni ta’ nutar pubbliku li tissospendi l-effetti ta’ Ċertifikat, li tiġi deċiża minn qorti muniċipali. Jista’ jsir appell kontra deċiżjoni ta’ qorti muniċipali li tissospendi l-effetti ta’ Ċertifikat, li jiġi deċiż minn qorti tal-kontea.

Fil-każijiet kollha msemmija hawn fuq, id-dispożizzjonijiet tal-Att dwar il-Suċċessjoni li jirregolaw il-proċedimenti u d-deċiżjonijiet dwar l-oġġezzjonijiet għal deċiżjonijiet dwar is-suċċessjoni japplikaw mutatis mutandis għal proċedimenti u deċiżjonijiet dwar oġġezzjonijiet għal deċiżjonijiet ta’ nutar pubbliku u dwar appelli kontra deċiżjonijiet ta’ qorti muniċipali.

Skont l-Att dwar is-Suċċessjoni, oġġezzjoni għal deċiżjoni adottata min nutar pubbliku bħala uffiċjali tal-qorti fi proċedimenti dwar is-suċċessjoni tista’ tiġi ppreżentata fi żmien tmint ijiem mid-data tan-notifika tad-deċiżjoni lill-partijiet. L-oġġezzjoni għandha ssir quddiem nutar pubbliku, li għandu l-obbligu li jippreżentaha lill-qorti muniċipali kompetenti mingħajr dewmien, flimkien mal-fajl rilevanti. Id-deċiżjoni dwar l-oġġezzjoni tittieħed minn imħallef wieħed. Kull oġġezzjoni li tasal tard, jew mhux kompluta jew inammissibbli tiġi miċħuda mill-qorti. Meta qorti tiddeċiedi dwar oġġezzjoni fuq deċiżjoni adottata min nutar pubbliku, hija tista’ tilqa’ d-deċiżjoni kollha jew parti minnha jew ticħadha. Il-qorti tista’ tiddeċiedi ex officio liema parti tad-deċiżjoni se tilqa’ jew ticħad. Ma jistax isir appell individwali minn deċiżjoni tal-qorti li tħassar id-deċiżjoni notarili kompletament jew parti minnha.

L-Att dwar is-Suċċessjoni jippermetti li jsir appell kontra deċiżjoni tal-qorti tal-prim’istanza. L-appell irid jiġi ppreżentat quddiem qorti tal-prim’istanza fi żmien ħmistax-il jum mid data ta’ notifika tad-deċiżjoni tal-qorti tal-prim’istanza. Fuq il-bażi ta’ appell ippreżentat fil-ħin, il-qorti tal-prim’istanza tista’ ex officio temenda d-deċiżjoni kuntestata billi toħroġ deċiżjoni ġdida, jekk dan ma jiksirx id-drittijiet tal-partijiet l-oħra bbażati fuq id-deċiżjoni. Jekk il-qorti tal-prim’istanza ma tbiddilx id-deċiżjoni tagħha stess, hija għandha tirreferi l-appell lil qorti tat-tieni istanza, anke jekk l-appell ma kienx ġie ppreżentat fiż-żmien statutorju. Bħala regola ġenerali, il-qorti tat-tieni istanza taqta’ biss appelli li jkunu ġew ippreżentati fil-ħin. Hija tista’, madankollu, tikkunsidra wkoll appelli li jkunu ġew ippreżentati tard, jekk dan ma jiksirx id-drittijiet tal-partijiet l-oħra bbażati fuq id-deċiżjoni kontestata.

L-Artikolu 79 - Stabbiliment u emendar sussegwenti tal-list li fiha l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 3(2)

Jekk jogħġbok innota li l-verżjoni bil-lingwa oriġinali ta' din il-paġna Kroat ġiet emendata reċentement. Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.
Jekk jogħġbok innota li dawn il-lingwi li ġejjin: il-Ġermaniżl-Ingliżil-Franċiż diġà ġew tradotti.

Fil-Kroazja, minbarra l-qrati muniċipali kompetenti, in-nutara pubbliċi PDF (194 Kb) hr jiġu maħtura bħala professjonisti legali li għandhom kompetenza fil-qasam tas-suċċessjoni li jeżerċitaw funzjonijiet ġudizzjarji jew jaħdmu skont delega ta' setgħat mingħand awtorità ġudizzjarja taħt il-kontroll tagħha skont l-Artikolu 3(2) tar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-ġuriżdizzjoni, il-liġi applikabbli, ir-rikonoxximent u l-infurzar ta’ deċiżjonijiet u l-aċċettazzjoni u l-infurzar ta’ strumenti awtentiċi fil-qasam tas-suċċessjonijiet u dwar il-ħolqien ta’ Ċertifikat Ewropew tas-Suċċessjoni.

L-aħħar aġġornament: 15/07/2024

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.