Suċċessjonijiet

Ċipru

Il-kontenut ipprovdut minn
Ċipru

SIB QRATI/AWTORITAJIET KOMPETENTI

L-għodda ta' tiftix hawn taħt se tgħinek tidentifika qorti/qrati jew awtorità(jiet) kompetenti għal strument legali Ewropew speċifiku. Jekk jogħġbok innota li għalkemm sar kull sforz biex tiġi aċċertata l-preċiżjoni tar-riżultati, jista' jkun hemm xi każijiet eċċezzjonali li jikkonċernaw id-determinazzjoni ta' kompetenza li mhumiex neċessarjament koperti.

Ċipru

Il-Liġi tal-Familja - materji ta' suċċessjoni


*input mandatarju

L-Artikolu 78 (a) - l-isem u d-dettalji ta’ kuntatt tal-qrati jew l-awtoritajiet kompetenti b'ġuriżdizzjoni biex jittrattaw applikazzjonijiet għal dikjarazzjoni ta’ eżekutorjetà skont l-Artikolu 45(1) u appelli kontra deċiżjonijiet dwar tali applikazzjonijiet skont l-Artikolu 50(2)

Il-qrati kompetenti huma l-Qrati Distrettwali.

  • Il-Qorti Distrettwali ta’ Nikosija

Indirizz: Charalambou Mouskou, 1405 Nicosia, Cyprus

Tel.: (+357) 22865518

Faks: (+357) 22304212/22805330

Posta elettronika: chief.reg@sc.judicial.gov.cy

  • Il-Qorti Distrettwali ta’ Limassol

Indirizz: Leoforos Lordou Vyronos 8, P.O. Box 54619, 3726 Limassol, Cyprus

Tel.: (+357) 25806100/25806128

Faks: (+357) 25305311

Posta elettronika: chief.reg@sc.judicial.gov.cy

  • Il-Qorti Distrettwali ta’ Larnaca

Indirizz: Leoforos Artemidos, 6301 Larnaca P.O. Box 40107, Cyprus

Tel.: (+357) 24802721

Faks: (+357) 24802800

Posta elettronika: chief.reg@sc.judicial.gov.cy

  • Il-Qorti Distrettwali ta’ Paphos

Indirizz: Corner of Neofytou and Nikou Nikolaïdi, 8100 Paphos, P.O. Box 60007, Cyprus

Tel.: (+357) 26802601

Faks: (+357) 26306395

Posta elettronika: chief.reg@sc.judicial.gov.cy

  • Il-Qorti Distrettwali ta’ Famagusta

Indirizz: Sotiras 2, Megaro Tzivani, 5286 Paralimni, Cyprus

Tel.: (+357) 23730950/23742075

Faks: (+357) 23741904

Posta elettronika: chief.reg@sc.judicial.gov.cy

L-Artikolu 78 (b) - il-proċeduri ta’ biex tiġi kkontestata d-deċiżjoni mogħtija fuq appell imsemmija fl-Artikolu 51

Jekk jogħġbok innota li l-verżjoni bil-lingwa oriġinali ta' din il-paġna il-Grieg ġiet emendata reċentement. Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.
Jekk jogħġbok innota li dawn il-lingwi li ġejjin: l-Ingliż diġà ġew tradotti.

Il-liġi Ċiprijotta ma tipprovdix għal xi proċedura sabiex tiġi kkontestata deċiżjoni mogħtija mill-Qorti Suprema (Anótato Dikastírio) wara appell.

Madankollu, jekk id-deċiżjoni li tiddikjara l-eżegwibbiltà tiġi appellata permezz ta’ rikors għal talba privileġġjata (pronomiakó éntalma) mismugħa minn imħallef tal-Qorti Suprema, allura jista’ jiġi ppreżentat appell (éfesi) kontra d-deċiżjoni tal-imħallef, kif isir fil-kawżi ċivili.

Fi kwalunkwe każ, jekk jiġi ddikjarat li kien hemm ksur tad-drittijiet tal-bniedem, jista’ jsir rikors individwali quddiem il-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem (QEDB) fi Strasburgu.

L-Artikolu 78 (c) - informazzjoni rilevanti rigward l-awtoritajiet kompetenti biex joħorġu ċ-Ċertifikat skont l-Artikolu 64

L-awtorità tal-ħruġ għaċ-Ċertifikat Ewropew tas-Suċċessjoni hija l-Qorti Distrettwali (Eparchiakó Dikastírio) li għandha ġuriżdizzjoni lokali, kif imsemmi aktar il-quddiem f’każ ta’ rikors għal dikjarazzjoni ta' eżegwibbiltà.

L-Artikolu 78 (d) - il-proċeduri ta’ rimedju msemmija fl-Artikolu 72

Il-forma ta’ rimedju disponibbli kontra deċiżjoni meħuda mill-awtorità tal-ħruġ, jiġifieri l-Qorti Distrettwali, fir-rigward tal-ħruġ ta’ Ċertifikat huwa appell quddiem il-Qorti Suprema, skont ir-Regoli tal-Proċedura Ċivili (Thesmoí Politikís Dikonomías).

Bħala eċċezzjoni, il-Qorti Suprema tista’ tawtorizza l-preżentata ta’ talba privileġġjata, fejn imbagħad japplikaw ir-regoli kif imsemmija hawn fuq.

L-Artikolu 79 - Stabbiliment u emendar sussegwenti tal-list li fiha l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 3(2)

L-unika awtorità li teżerċità funzjonijiet ġudizzjarji jew taġixxi skont delega ta' setgħat mingħand awtorità ġudizzjarja jew taġixxi taħt il-kontroll ta’ awtorità ġudizzjarja huwa r-Reġistratur (protokollitís) ta’ kull Qorti Distrettwali, skont l-Artikolu 13 tal-Liġi dwar l-Amministrazzjoni tal-Patrimonju, Kap.189. Madankollu, il-kundizzjonijiet għal dawn il-kompetenzi previsti fl-Artikolu 3(2) tar-Regolament mhumiex sodisfatti, allura r-Reġistratur ma jitqiesx bħala “qorti” fi ħdan it-tifsira tar-Regolament.

Skont id-definizzjoni tat-terminu “deċiżjoni” fl-Artikolu 3(1)(g) tar-Regolament, l-unika kompetenza tar-Reġistratur li tissodisfa l-kundizzjonijiet kollha tal-Artikolu 3(2) tar-Regolament hija d-determinazzjoni tal-ispejjeż tar-rikorsi u l-proċedimenti b’mod ġenerali marbuta mas-suċċessjoni, għalhekk meta’ jkun qiegħed jeżerċita dik il-kompetenza r-Reġistratur jaqa’ taħt it-tifsira ta’ “qorti” skont ir-Regolament.

L-aħħar aġġornament: 12/07/2024

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.