- L-Artikolu 78 (a) - l-isem u d-dettalji ta’ kuntatt tal-qrati jew l-awtoritajiet kompetenti b'ġuriżdizzjoni biex jittrattaw applikazzjonijiet għal dikjarazzjoni ta’ eżekutorjetà skont l-Artikolu 45(1) u appelli kontra deċiżjonijiet dwar tali applikazzjonijiet skont l-Artikolu 50(2)
- L-Artikolu 78 (b) - il-proċeduri ta’ biex tiġi kkontestata d-deċiżjoni mogħtija fuq appell imsemmija fl-Artikolu 51
- L-Artikolu 78 (c) - informazzjoni rilevanti rigward l-awtoritajiet kompetenti biex joħorġu ċ-Ċertifikat skont l-Artikolu 64
- L-Artikolu 78 (d) - il-proċeduri ta’ rimedju msemmija fl-Artikolu 72
- L-Artikolu 79 - Stabbiliment u emendar sussegwenti tal-list li fiha l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 3(2)
L-Artikolu 78 (a) - l-isem u d-dettalji ta’ kuntatt tal-qrati jew l-awtoritajiet kompetenti b'ġuriżdizzjoni biex jittrattaw applikazzjonijiet għal dikjarazzjoni ta’ eżekutorjetà skont l-Artikolu 45(1) u appelli kontra deċiżjonijiet dwar tali applikazzjonijiet skont l-Artikolu 50(2)
Skont l-Artikolu 45(1) tar-Regolament, ir-rikorsi għal dikjarazzjoni ta’ eżegwibbiltà jinstemgħu mill-qorti distrettwali (okresní soud), fi Praga l-obvodní soud, in Brno, il-Městský soud).
L-appelli kontra d-deċiżjonijiet wara rikors għal dikjarazzjoni ta’ eżegwibbiltà skont l-Artikolu 50(2) tar-Regolament jinstemgħu mill-qorti reġjonali (krajský soud) (fi Praga, il-Městský soud). L-appelli għandhom jitressqu quddiem il-qorti li d-deċiżjoni tagħha stess qed tiġi appellata.
L-Artikolu 78 (b) - il-proċeduri ta’ biex tiġi kkontestata d-deċiżjoni mogħtija fuq appell imsemmija fl-Artikolu 51
Jistgħu jintużaw biss il-proċeduri straordinarji ta’ appell li ġejjin:
- žaloba pro zmatečnost [rikors għal annullament]
- žaloba na obnovu řízení [rikors biex terġa tinfetaħ il-kawża]
- dovolání [appell]
Dawn il-proċeduri straordinarji ta’ appell elenkati għandhom jitressqu quddiem il-qorti li ddeċidiet dwar il-kawża fil-prim’istanza.
L-Artikolu 78 (c) - informazzjoni rilevanti rigward l-awtoritajiet kompetenti biex joħorġu ċ-Ċertifikat skont l-Artikolu 64
Qorti biss tista’ toħroġ Ċertifikat Ewropew ta’ Suċċessjoni. Jekk il-proċedimenti ta’ suċċessjoni diġà nfetħu, iċ-ċertifikat jinħareġ mill-Kummissarju tal-Qorti tal-qorti responsabbli għal dawk il-proċedimenti taħt l-Artikolu 100(1) tal-Att Nru 292/2013 dwar il-Proċeduri Ġudizzjarji Speċjali.
Jekk iċ-Ċertifikat ta’ Suċċessjoni Ewropew ikollu jiġi korrett, emendat jew revokat wara li jkunu tlestew il-proċedimenti ta’ suċċessjoni, dak l-att tal-qorti ma jistax isir minn nutar fil-kapaċità ta' Kummissarju tal-Qorti, għaliex il-kompetenza tiegħu tkun skadiet; in-nutar/a ma j/tibqax Kummissarju tal-Qorti.
L-Artikolu 78 (d) - il-proċeduri ta’ rimedju msemmija fl-Artikolu 72
Il-krajský soud [il-qorti reġjonali] (fi Praga, il-Městský soud) tiddeċiedi dwar l-appelli mressqa quddiem nutar fil-kapaċità ta’ Kummissarju tal-Qorti jew quddiem il-okresní soud [il-qorti distrettwali] liema deċiżjoni tagħha tkun qed tiġi appellata.
L-Artikolu 79 - Stabbiliment u emendar sussegwenti tal-list li fiha l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 3(2)
Skont l-Artikolu 100(1) tal-Att Nru 292/2013 dwar il-Proċeduri Ġudizzjarji Speċjali, l-atti tal-qorti tal-prim’istanza fi proċedimenti ta’ suċċessjoni jsiru minn nutar, fil-kapaċità ta’ Kummissarju tal-Qorti, awtorizzat mill-Qorti, sakemm ma jkunx previst mod ieħor.
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.