- L-Artikolu 78 (a) - l-isem u d-dettalji ta’ kuntatt tal-qrati jew l-awtoritajiet kompetenti b'ġuriżdizzjoni biex jittrattaw applikazzjonijiet għal dikjarazzjoni ta’ eżekutorjetà skont l-Artikolu 45(1) u appelli kontra deċiżjonijiet dwar tali applikazzjonijiet skont l-Artikolu 50(2)
- L-Artikolu 78 (b) - il-proċeduri ta’ biex tiġi kkontestata d-deċiżjoni mogħtija fuq appell imsemmija fl-Artikolu 51
- L-Artikolu 78 (c) - informazzjoni rilevanti rigward l-awtoritajiet kompetenti biex joħorġu ċ-Ċertifikat skont l-Artikolu 64
- L-Artikolu 78 (d) - il-proċeduri ta’ rimedju msemmija fl-Artikolu 72
L-Artikolu 78 (a) - l-isem u d-dettalji ta’ kuntatt tal-qrati jew l-awtoritajiet kompetenti b'ġuriżdizzjoni biex jittrattaw applikazzjonijiet għal dikjarazzjoni ta’ eżekutorjetà skont l-Artikolu 45(1) u appelli kontra deċiżjonijiet dwar tali applikazzjonijiet skont l-Artikolu 50(2)
Il-Qorti tal-Appell
Id-dettalji ta' kuntatt tal-Qrati tal-Appell kollha jinsabu fl-indirizz li ġej: https://www.giustizia.it/giustizia/it/mg_4.wp billi tillimita t-tiftixa għall-Qrati tal-Appell biss
L-Artikolu 78 (b) - il-proċeduri ta’ biex tiġi kkontestata d-deċiżjoni mogħtija fuq appell imsemmija fl-Artikolu 51
Il-Qorti Suprema tal-Kassazzjoni ta’ RUMA
Piazza Cavour
00193 Roma (RM)
L-Italja
Tel. +39 06 68831
Faks +39 06 6883423
Web: http://www.cortedicassazione.it/
Btala lokali: id-29 ta' Ġunju
Il-proċedura nazzjonali hija dik ta' "appell fuq punt tad-dritt" (ricorso per Cassazione).
L-Artikolu 78 (c) - informazzjoni rilevanti rigward l-awtoritajiet kompetenti biex joħorġu ċ-Ċertifikat skont l-Artikolu 64
Nutara
Id-dettalji ta' kuntatt tan-Nutara jinsabu fl-indirizz li ġej: http://www.notariato.it/it/utilita/ricerca_notaio.jsp .
L-Artikolu 78 (d) - il-proċeduri ta’ rimedju msemmija fl-Artikolu 72
Talba skont l-Artikolu 739 tal-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili.
(a)
- Il-Qorti Ġenerali (Tribunale), komposta minn tliet imħallfin, tal-post ta’ residenza tan-Nutar.
(b)
Id-dettalji ta' kuntatt tal-Qrati Ġenerali jinsabu fl-indirizz li ġej: https://www.giustizia.it/giustizia/it/mg_4.wp billi tillimita t-tiftixa għall-Qrati Ġenerali.
(c)
Talba skont l-Artikolu 739 tal-kodiċi ta’ proċedura ċivili ssir b'rikors quddiem il-Qorti, li tiddeċiedi in camera. It-talba trid issir fit-terminu perentorju ta' għaxart ijiem mill-komunikazzjoni tad-deċiżjoni tal-awtorità li toħodha jekk tingħata fil-konfront ta' parti waħda, jew min-notifika jekk tingħata fil-konfront ta' iktar minn parti waħda.
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.