- SIB QRATI/AWTORITAJIET KOMPETENTI
- L-Artikolu 78 (a) - l-isem u d-dettalji ta’ kuntatt tal-qrati jew l-awtoritajiet kompetenti b'ġuriżdizzjoni biex jittrattaw applikazzjonijiet għal dikjarazzjoni ta’ eżekutorjetà skont l-Artikolu 45(1) u appelli kontra deċiżjonijiet dwar tali applikazzjonijiet skont l-Artikolu 50(2)
- L-Artikolu 78 (b) - il-proċeduri ta’ biex tiġi kkontestata d-deċiżjoni mogħtija fuq appell imsemmija fl-Artikolu 51
- L-Artikolu 78 (c) - informazzjoni rilevanti rigward l-awtoritajiet kompetenti biex joħorġu ċ-Ċertifikat skont l-Artikolu 64
- L-Artikolu 78 (d) - il-proċeduri ta’ rimedju msemmija fl-Artikolu 72
- L-Artikolu 79 - Stabbiliment u emendar sussegwenti tal-list li fiha l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 3(2)
Sib informazzjoni għal kull reġjun
SIB QRATI/AWTORITAJIET KOMPETENTI
L-għodda ta' tiftix hawn taħt se tgħinek tidentifika qorti/qrati jew awtorità(jiet) kompetenti għal strument legali Ewropew speċifiku. Jekk jogħġbok innota li għalkemm sar kull sforz biex tiġi aċċertata l-preċiżjoni tar-riżultati, jista' jkun hemm xi każijiet eċċezzjonali li jikkonċernaw id-determinazzjoni ta' kompetenza li mhumiex neċessarjament koperti.
L-Artikolu 78 (a) - l-isem u d-dettalji ta’ kuntatt tal-qrati jew l-awtoritajiet kompetenti b'ġuriżdizzjoni biex jittrattaw applikazzjonijiet għal dikjarazzjoni ta’ eżekutorjetà skont l-Artikolu 45(1) u appelli kontra deċiżjonijiet dwar tali applikazzjonijiet skont l-Artikolu 50(2)
Jekk jogħġbok innota li dawn il-lingwi li ġejjin: diġà ġew tradotti.
Deċiżjoni ta’ qorti barranija eżegwibbli fil-pajjiż li tingħata fih hija eżegwibbli fil-Latvja ladarba tkun ġiet irrikonoxxuta fil-Latvja f’konformità mal-proċedura fis-seħħ.
Għajr meta l-konvenzjoni u r-regolamenti rilevanti jipprevedu mod ieħor, il-proċedura biex tkun aċċertata dikjarazzjoni ta’ eżegwibbiltà ta’ dan it-tip prevista fir-Regolament (UE) Nru 650/2012 hija stipulata mill-Kapitolu 77 tad-Dritt tal-Proċedura Ċivili (Civilprocesa likuma), li jittratta r-rikonoxximent tad-deċiżjonijiet tal-qrati barranin. Il-qorti bil-ġurisdizzjoni biex tisma’ r-rikorsi għal dikjarazzjoni ta' eżegwibbiltà f’konformità mal-Artikolu 45(1) hija għaldaqstant il-qorti distrettwali jew tal-belt (rajona (pilsētas) tiesa) tal-post li d-deċiżjoni għandha tiġi eżegwita fih jew il-post tar-residenza ddikjarat tal-konvenut, jew fin-nuqqas ta’ tali post, il-post ta' residenza effettiv tal-konvenut jew l-uffiċċju rreġistrat effettiv tiegħu.
Deċiżjoni tal-qorti distrettwali jew tal-belt li tirrikonoxxi jew tirrifjuta li tirrikonoxxi deċiżjoni ta’ qorti barranija tista’ tiġi kkontestata billi jitressaq ilment anċillari (blakus sūdzība) quddiem il-qorti reġjonali (apgabaltiesa), u d-deċiżjoni tal-qorti reġjonali tista’ tiġi kkontestata billi jitressaq ilment anċillari quddiem il-Qorti Suprema (Augstākā tiesa).
Hawnhekk wieħed isib lista tal-qrati distrettwali jew tal-belt u tal-qrati reġjonali: Il-portal tal-qrati Latvjani
L-Artikolu 78 (b) - il-proċeduri ta’ biex tiġi kkontestata d-deċiżjoni mogħtija fuq appell imsemmija fl-Artikolu 51
Jekk jogħġbok innota li dawn il-lingwi li ġejjin: diġà ġew tradotti.
Deċiżjoni tal-qorti distrettwali jew tal-belt li tirrikonoxxi jew tirrifjuta li tirrikonoxxi deċiżjoni ta’ qorti barranija tista’ tiġi kkontestata billi jitressaq ilment anċillari quddiem il-qorti reġjonali, u d-deċiżjoni tal-qorti reġjonali tista’ tiġi kkontestata billi jitressaq ilment anċillari quddiem il-Qorti Suprema.
Parti fil-kawża li l-post tar-residenza ddikjarat tagħha jkun fil-Latvja, jew fin-nuqqas ta’ dan, li l-post ta’ residenza effettiv tagħha jew l-uffiċċju rreġistrat effettiv tagħha jkun fil-Latvja, tista’ tressaq ilment anċillari fi żmien 30 jum minn meta tiġi riċevuta kopja tad-deċiżjoni; parti fil-kawża li l-post tar-residenza ddikjarat tagħha jew il-post ta’ residenza effettiv tagħha jew l-uffiċċju rreġistrat effettiv tagħha ma jkunx fil-Latvja, tista’ tressaq ilment anċillari fi żmien 60 jum minn meta tiġi riċevuta kopja tad-deċiżjoni.
Hawnhekk wieħed isib lista tal-qrati Latvjani: Il-portal tal-qrati Latvjani
L-Artikolu 78 (c) - informazzjoni rilevanti rigward l-awtoritajiet kompetenti biex joħorġu ċ-Ċertifikat skont l-Artikolu 64
Jekk jogħġbok innota li dawn il-lingwi li ġejjin: diġà ġew tradotti.
Dment li l-Latvja jkollha ġurisdizzjoni f’suċċessjoni transfruntiera skont l-Artikoli 4, 7, 10 u 11 tar-Regolament (UE) Nru 650/2012, jista’ jinħareġ ċertifikat Ewropew ta’ suċċessjoni minn kwalunkwe nutar iċċertifikat (zvērināts notārs).
Hawnhekk wieħed isib lista tan-nutara ċċertifikati: Is-sit web tan-nutara
L-Artikolu 78 (d) - il-proċeduri ta’ rimedju msemmija fl-Artikolu 72
Fuq talba ta’ parti interessata, in-nutar iċċertifikat li jkun fassal iċ-ċertifikat Ewropew tas-suċċessjoni jista’ jemenda, jimmodifika jew jirtira ċ-ċertifikat f’konformità mal-Artikolu 71 tar-Regolament (UE) Nru 650/2012 u jista’ wkoll jissospendi l-effetti taċ-ċertifikat f’konformità mal-Artikolu 73 tar-Regolament.
Sabiex jagħmel hekk, in-nutar irid ifassal l-att notarili (notariāls akts) li jemenda, jimmodifika, jirtira jew jissospendi ċ-ċertifikat, u mingħajr dewmien jgħarraf lill-persuni kollha li jkunu nħarġulhom kopji ċċertifikati taċ-ċertifikat jew estratti miċ-ċertifikat.
L-Artikolu 79 - Stabbiliment u emendar sussegwenti tal-list li fiha l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 3(2)
Jekk jogħġbok innota li dawn il-lingwi li ġejjin: diġà ġew tradotti.
F’konformità mal-Artikolu 3(2) tar-Regolament (UE) Nru 650/2012 u l-Artikolu 324 1 tad-Dritt tan-Nutara (Notariāta likums), nutar li jittratta każ ta’ suċċessjoni transfruntiera japplika r-regoli tad-Dritt tan-Nutara għajr fejn ikun previst mod ieħor mil-liġi tal-Unjoni Ewropea li jkun direttament applikabbli fil-Latvja.
Rikors għal suċċessjoni (mantošanas iesniegums) irid jiġi ppreżentat lil nutar li jipprattika fil-qasam imsemmi fl-Artikolu 252 tad-Dritt tan-Nutara, iżda jekk l-aħħar post ta’ residenza ddikjarat tad-deċedut jew il-post fejn ikun jinsab il-patrimonju jew il-biċċa l-kbira tiegħu ma jkunx magħruf, ir-rikors jista’ jiġi ppreżentat lil kwalunkwe nutar iċċertifikat.
Il-proċedimenti biex tkun aċċertata dikjarazzjoni ta’ eżegwibbiltà ta’ sentenza għandhom jitressqu quddiem il-qorti distrettwali jew tal-belt.
Hawnhekk wieħed isib lista tan-nutara ċċertifikati: Is-sit web tan-nutara
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.