- L-Artikolu 78 (a) - l-isem u d-dettalji ta’ kuntatt tal-qrati jew l-awtoritajiet kompetenti b'ġuriżdizzjoni biex jittrattaw applikazzjonijiet għal dikjarazzjoni ta’ eżekutorjetà skont l-Artikolu 45(1) u appelli kontra deċiżjonijiet dwar tali applikazzjonijiet skont l-Artikolu 50(2)
- L-Artikolu 78 (b) - il-proċeduri ta’ biex tiġi kkontestata d-deċiżjoni mogħtija fuq appell imsemmija fl-Artikolu 51
- L-Artikolu 78 (c) - informazzjoni rilevanti rigward l-awtoritajiet kompetenti biex joħorġu ċ-Ċertifikat skont l-Artikolu 64
- L-Artikolu 78 (d) - il-proċeduri ta’ rimedju msemmija fl-Artikolu 72
- L-Artikolu 79 - Stabbiliment u emendar sussegwenti tal-list li fiha l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 3(2)
L-Artikolu 78 (a) - l-isem u d-dettalji ta’ kuntatt tal-qrati jew l-awtoritajiet kompetenti b'ġuriżdizzjoni biex jittrattaw applikazzjonijiet għal dikjarazzjoni ta’ eżekutorjetà skont l-Artikolu 45(1) u appelli kontra deċiżjonijiet dwar tali applikazzjonijiet skont l-Artikolu 50(2)
Jekk jogħġbok innota li dawn il-lingwi li ġejjin: diġà ġew tradotti.
L-imħallef li jisma’ t-talbiet għal miżuri provviżorji (voorzieningenrechter) fil-qorti distrettwali (rechtbank).
L-Artikolu 78 (b) - il-proċeduri ta’ biex tiġi kkontestata d-deċiżjoni mogħtija fuq appell imsemmija fl-Artikolu 51
Jekk jogħġbok innota li dawn il-lingwi li ġejjin: diġà ġew tradotti.
Appell fuq punt tal-liġi (beroep in cassatie) quddiem il-Qorti Suprema (Hoge Raad). Il-Qorti Suprema ma terġax tidħol fil-mertu tal-kawża. Il-Qorti Suprema taħdem fuq il-fatti kif kienu ġew stabbiliti mill-qorti li semgħet l-ewwel appell (f’dan il-każ il-qorti distrettwali). Il-Qorti Suprema tivverifika jekk il-qorti interpretatx u applikatx il-liġi b’mod korrett u jekk is-sentenza konċernata hix ġustifikata b’mod suffiċjenti u li jinftiehem. Il-proċedura għal appell fuq punt tal-liġi hija maħsuba biex tippromwovi u tiżgura uniformità legali, l-iżvilupp tal-liġi u l-protezzjoni tal-liġi.
L-Artikolu 78 (c) - informazzjoni rilevanti rigward l-awtoritajiet kompetenti biex joħorġu ċ-Ċertifikat skont l-Artikolu 64
Jekk jogħġbok innota li dawn il-lingwi li ġejjin: diġà ġew tradotti.
Nutar (notaris). Id-dettalji ta’ kuntatt tan-nutara b'esperjenza speċifika jistgħu jinkisbu mill-Assoċjazzjoni Rjali Netherlandiża tan-Nutara tad-Dritt Ċivili (Koninklijke Notariële Beroepsorganisatie - KNB).
Koninklijke Notariële Beroepsorganisatie (KNB)
Tel: +31 70 3307111
Fax: +31 70 3602861
Posta elettronika: info@knb.nl
PO Box 16020, 2500 BA The Hague
Indirizz għall-viżitaturi: Spui 184, 2511 BW The Hague
L-Artikolu 78 (d) - il-proċeduri ta’ rimedju msemmija fl-Artikolu 72
Jekk jogħġbok innota li dawn il-lingwi li ġejjin: diġà ġew tradotti.
L-imħallef tal-canton (kantonrechter) tal-qorti distrettwali. Il-proċedura tibda bil-preżentazzjoni ta’ rikors. Il-qorti distrettwali ssejjaħ lil partijiet interessati. Il-partijiet interessati jistgħu jippreżentaw risposta qabel jibdew il-proċedimenti jew, bl-awtorizzazzjoni tal-imħallef, matul il-proċedimenti. Huma jistgħu wkoll jippreżentaw ir-risposta tagħhom kontra r-rikors oralment waqt is-seduta ta’ smigħ. Fl-aħħar tas-seduta, l-imħallef jiffissa data għall-għoti tas-sentenza.
L-Artikolu 79 - Stabbiliment u emendar sussegwenti tal-list li fiha l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 3(2)
Fin-Netherlands ma hemmx awtorità tat-tip imsemmi fl-Artikolu 3(2) tar-Regolament.
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.