- L-Artikolu 78 (a) - l-isem u d-dettalji ta’ kuntatt tal-qrati jew l-awtoritajiet kompetenti b'ġuriżdizzjoni biex jittrattaw applikazzjonijiet għal dikjarazzjoni ta’ eżekutorjetà skont l-Artikolu 45(1) u appelli kontra deċiżjonijiet dwar tali applikazzjonijiet skont l-Artikolu 50(2)
- L-Artikolu 78 (b) - il-proċeduri ta’ biex tiġi kkontestata d-deċiżjoni mogħtija fuq appell imsemmija fl-Artikolu 51
- L-Artikolu 78 (c) - informazzjoni rilevanti rigward l-awtoritajiet kompetenti biex joħorġu ċ-Ċertifikat skont l-Artikolu 64
- L-Artikolu 78 (d) - il-proċeduri ta’ rimedju msemmija fl-Artikolu 72
- L-Artikolu 79 - Stabbiliment u emendar sussegwenti tal-list li fiha l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 3(2)
Sib informazzjoni għal kull reġjun
- Belġjube
- Bulgarijabg
- Repubblika Ċekacz
- Danimarkadk
- Ġermanjade
- Estonjaee
- Irlandaie
- Greċjael
- Spanjaes
- Franzafr
- il-Kroazjahr
- Italjait
- Ċiprucy
- Latvjalv
- Litwanjalt
- Lussemburgulu
- Ungerijahu
- Maltamt
- Olandanl
- Awstrijaat
- Polonjapl
- Portugallpt
- Rumanijaro
- Slovenjasi
- Slovakkjask
- Finlandjafi
- Svezjase
- Renju Unituk
L-Artikolu 78 (a) - l-isem u d-dettalji ta’ kuntatt tal-qrati jew l-awtoritajiet kompetenti b'ġuriżdizzjoni biex jittrattaw applikazzjonijiet għal dikjarazzjoni ta’ eżekutorjetà skont l-Artikolu 45(1) u appelli kontra deċiżjonijiet dwar tali applikazzjonijiet skont l-Artikolu 50(2)
Il-qrati distrettwali (okrožna sodišča) huma kompetenti għall-konjizzjoni ta' talbiet għal dikjarazzjoni ta' eżegwibbiltà skont l-Artikolu 45(1).
Lista tal-qrati distrettwali tinsab hawnhekk.
Il-qrati distrettwali huma kompetenti għall-konjizzjoni ta' rimedji legali kontra deċiżjonijiet dwar talbiet ta' din ix-xorta b'konformità mal-Artikolu 50(2).
Lista tal-qrati distrettwali tinsab hawnhekk.
L-Artikolu 78 (b) - il-proċeduri ta’ biex tiġi kkontestata d-deċiżjoni mogħtija fuq appell imsemmija fl-Artikolu 51
Parti tista' tressaq appell (pritožba) kontra deċiżjoni mill-qorti distrettwali dwar oġġezzjoni għal dikjarazzjoni ta' eżegwibbiltà. Dan l-appell irid jitressaq fi żmien 30 jum min-notifika tad-deċiżjoni li qed tiġi kkontestata. L-appell irid jitressaq quddiem il-qorti distrettwali, li mbagħad tgħaddih lill-Qorti Suprema tar-Repubblika tas-Slovenja (Vrhovno sodišče Republike Slovenije). L-appell jiġi nnotifikat lill-parti l-oħra, li trid twieġeb fi żmien 30 jum. Deċiżjoni dwar appell tittieħed mill-Qorti Suprema.
Vrhovno sodišče RS
Tavčarjeva 9
1000 Ljubljana
tel.: (01) 366 44 44
faks: (01) 366 43 01
posta elettronika: urad.vsrs@sodisce.si
L-Artikolu 78 (c) - informazzjoni rilevanti rigward l-awtoritajiet kompetenti biex joħorġu ċ-Ċertifikat skont l-Artikolu 64
Iċ-Ċertifikat Ewropew tas-Suċċessjoni jinħareġ minn qorti lokali (okrajno sodišče) li tieħu deċiżjoni fi proċedimenti dwar wirt.
Lista tal-qrati lokali tinsab hawnhekk.
L-Artikolu 78 (d) - il-proċeduri ta’ rimedju msemmija fl-Artikolu 72
Kull min hu intitolat jitlob Ċertifikat Ewropew tas-Suċċessjoni jista' jappella mid-deċiżjonijiet li ġejjin: deċiżjoni tal-qorti dwar talba għal Ċertifikat Ewropew tas-Suċċessjoni; deċiżjoni tal-qorti li tirrettifika Ċertifikat Ewropew tas-Suċċessjoni; deċiżjoni tal-qorti li temenda Ċertifikat Ewropew tas-Suċċessjoni; deċiżjoni tal-qorti li tannulla Ċertifikat Ewropew tas-Suċċessjoni. L-appell irid jitressaq fil-proċedimenti dwar il-wirt, jiġifieri quddiem il-qorti li tkun ħarġet id-deċiżjoni dwar is-suċċessjoni, fi żmien 30 jum min-notifika ta' dik id-deċiżjoni. L-appell ma jissospendix l-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni.
Il-qorti fejn jitressaq l-appell tista' temenda jew tirrevoka d-deċiżjoni preċedenti tagħha biss billi tagħti deċiżjoni ġdida. Jekk ma tagħmilx hekk, din il-qorti tirrinvija l-appell lil qorti superjuri (višje sodišče) għal deċiżjoni.
Lista tal-qrati superjuri tinsab hawnhekk.
L-Artikolu 79 - Stabbiliment u emendar sussegwenti tal-list li fiha l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 3(2)
Fir-Repubblika tas-Slovenja, il-qrati għandhom kompetenza esklużiva f'materji ta' suċċessjoni, li jfisser li ma hemm l-ebda awtorità jew professjoni legali oħra skont it-tifsira tal-Artikolu 3(2) tar-Regolament b'kompetenza f'materji ta' suċċessjoni li teżerċita funzjonijiet ġudizzjarji jew li taġixxi skont delega ta' setgħat minn awtorità ġudizzjarja jew li taġixxi taħt il-kontroll ta' awtorità ġudizzjarja.
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.